Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 11 Lulju 2024
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

20 sena flimkien: Żewġ deċennji ta’ opportunità u tkabbir għal Malta u s-Slovenja

Fl-1 ta’ Mejju 2024, l-UE ċċelebrat l-20 anniversarju mill-akbar tkabbir tagħha, bl-adeżjoni simultanja ta’ 10 pajjiżi ġodda. Skopri x’fisser dan għas-swieq tax-xogħol ta’ Malta u tas-Slovenja.

20 years together: Two decades of opportunity and growth for Malta and Slovenia

Għoxrin sena ilu, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja ngħaqdu mas-sħubija politika, ekonomika u kulturali l-aktar sinifikanti. Meta għamlu dan, huma kisbu aċċess għal benefiċċji bħall-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni, kif ukoll bdew igawdu minn standards ogħla ta’ għajxien u xogħol, u opportunitajiet akbar.

Sa mit-tkabbir tal-2004:

  • Inħolqu 26 miljun impjieg ġdid madwar l-UE, li 6 miljun minnhom jinsabu fl-10 Stati Membri ġodda.
  • Aktar minn 2.7 miljun żgħażagħ mill-10 pajjiżi l-ġodda pparteċipaw fil-programm Erasmus+.
  • Il-faqar naqas b’mod sinifikanti fl-10 pajjiżi wkoll: minn 37 % fl-2005 għal 17 % fl-2020, u n-numri għadhom qed jonqsu.

Malta

Bħal ma ġara fil-parti l-kbira tal-Istati Membri l-ġodda tal-UE, l-ekonomija ta’ Malta aktar milli rduppjat mill-adeżjoni tagħha ’l hawn, u dan kellu effett dirett fuq ix-xenarju tal-impjiegi tagħha, u żied b’mod sinifikanti l-opportunitajiet ta’ impjieg. 

EURES Malta għandu rwol vitali fl-għoti ta’ appoġġ u gwida lill-individwi Maltin li qed ifittxu opportunitajiet ta’ impjieg barra minn pajjiżhom. Bl-għajnuna tan-network, il-Maltin li qed ifittxu impjieg jistgħu jaċċessaw postijiet tax-xogħol vakanti, jirċievu informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol f’pajjiżi oħra tal-UE, u jibbenefikaw minn għajnuna personalizzata fit-tfittxija tagħhom għal impjieg.

Skont Daniela Caruana, eżekuttiv għoli fis-Servizzi tar-Reklutaġġ tal-EURES Malta:

“L-adeżjoni ta’ Malta mal-UE fetħet ħafna opportunitajiet għal Maltin li qed ifittxu impjieg, u ffaċilitat l-aċċess għal suq tax-xogħol akbar u aktar varjat. Barra minn hekk, is-sħubija fl-UE ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u tal-ħiliet Maltin fl-UE kollha, u b’hekk għamlitha aktar faċli għall-professjonisti Maltin li jfittxu avvanzi fil-karriera u opportunitajiet barra mill-pajjiż.”

Is-Slovenja

Is-Slovenja huwa pajjiż ieħor li bbenefika b’mod sinifikanti meta sar Stat Membru tal-UE fl-2004, u konsegwentement ingħaqad mal-familja tal-EURES fl-istess sena.

Nada Senada Plestenjak tal-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tal-EURES Slovenja qalet:

“[Is-sħubija fl-EURES] tatna l-opportunità li nipprovdu appoġġ komprensiv lil dawk li qed ifittxu impjieg matul il-vjaġġ tagħhom, kemm qabel ma jmorru jgħixu f’pajjiż ieħor, waqt li jkunu qed jaħdmu barra minn pajjiżhom, kif ukoll meta jirritornaw f’pajjiżhom. Barra minn hekk, in-network tal-EURES għandu rwol importanti fl-għoti ta’ għajnuna personalizzata lill-ħaddiema transfruntiera.”

Nada bdiet il-vjaġġ tagħha mal-EURES fl-2008 bħala Konsulent tal-EURES fl-Uffiċċju Reġjonali tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi f’Ljubljana.

“Dak iż-żmien, organizzajna ħafna sessjonijiet ta’ ħidma għall-persuni li kienu qed ifittxu impjieg, għall-impjegaturi u għal partijiet ikkonċernati oħra, prinċipalment biex inqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-mobbiltà Ewropea. Konna nagħmlu ħafna proġetti ta’ reklutaġġ mal-Konsulenti tal-EURES minn pajjiżi oħra biex ngħinu liċ-ċittadini Sloveni jsibu impjieg xieraq barra minn pajjiżhom. […] Issa qed nattivaw il-potenzjal kollu tax-xogħol disponibbli biex insibu kandidati adatti għall-impjegaturi Sloveni, filwaqt li nipprovdu appoġġ aktar imfassal apposta għall-persuni li qed ifittxu impjieg u għall-persuni ripatrijati.”

Qed tfittex xogħol fl-UE? Konsulent tal-EURES qiegħed hawn biex jgħinek.

 

Links relatati:

Il-Kunsill Ewropew – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, It-tkabbir tal-2004: fatti u ċifri

Il-Kunsill Ewropew – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, L-20 anniversarju tat-Tkabbir tal-Unjoni Ewropea tal-2004 – Nattivi tal-Istati Membri jikkummentaw dwar kif l-adeżjoni bbenefikat lil pajjiżhom u biddlitilhom ħajjithom.

Aqra aktar: 

Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq X

Il-EURES fuq LinkedIn

Il-EURES fuq Instagram

Temi
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.