Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet29 Mejju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

In-netwerking x’jista’ joffrili?

Il-ħiliet u l-esperjenza huma parti essenzjali minn kwalunkwe karriera ta’ suċċess. Iżda fid-dinja moderna tagħna, aktar ma tiżdied il-kompetizzjoni għall-impjiegi, aktar qed isir siewi l-qawl antik “Mhux x’taf imma lil min taf”. In-netwerking jista’ jagħtik vantaġġ fuq il-kompetizzjoni u jiftaħlek bibien li forsi lanqas biss kont taf li jeżistu.

What can networking do for me?

In-netwerking... iġib miegħu opportunitajiet ġodda u għarfien

Ma tistax tgħid ma’ min tiltaqa’ permezz tan-netwerking, x’esperjenzi jistgħu jikkondividu miegħek jew x’opportunitajiet jistgħu jinqalgħu. Jew min jista’ jkun parti min-netwerk tagħhom li dalwaqt jista’ jsir parti minn tiegħek In-netwerking jgħinek tifrex l-orizzonti tiegħek u ssir magħruf.

B’konsegwenza, aktar kemm tiltaqa’ ma’ nies, aktar tikseb għarfien dwar l-industrija partikolari li tinteressak. Aktar ma tista’ turi għarfien, aktar ma tkun tista’ tagħti impressjoni tajba u aktar ma n-netwerking tiegħek ikun jista’ jsir immirat. Huwa ċiklu pożittiv li jista’ biss jgħin il-possibbiltajiet tiegħek li ssib l-opportunità jew iċ-ċans li kont qed tfittex.

In-netwerking... jista’ jibni l-fiduċja u l-ħiliet ta’ komunikazzjoni

Li tmur fuq stranġier u taqbad konverżazzjoni mhux faċli, anke għall-aktar nies kunfidenti. Iżda aktar ma tagħmilha, aktar ma titgħallem dwar l-aħjar mod kif tavviċina lin-nies, kif taqbad diskursata u x’inhu suġġett tajjeb għal konverżazzjoni. Għalhekk qawwi qalbek u oħroġ hemm barra - tista’ tikseb aktar mill-interazzjoni minn sempliċi vantaġġ potenzjali fuq impjieg!

In-netwerking... huwa dwar l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet

Faċli wieħed jaħseb li n-netwerking huwa sempliċi opportunità biex tippromwovi lilek innifsek u dak li tista’ toffri. Iżda fil-verità huwa dwar il-ħolqien ta’ relazzjonijiet ma’ dawk ta’ madwarek - relazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal opportunitajiet fil-futur. Għalhekk kun żgur li tirreżisti t-tentazzjoni li titkellem dwarek innifsek biss! Tgħallem dwar in-nies li tiltaqa’ magħhom u l-kumpaniji tagħhom. Staqsi domandi daqs kemm twieġeb. U ibda żviluppa dawk ir-relazzjonijiet ferm importanti.

In-netwerking... jista’ jkun kemm online kif ukoll offline

Tradizzjonalment, in-netwerking kien ifisser li tattendi għal avveniment jew laqgħa soċjali. Iżda grazzi għal siti bħal LinkedIn, in-netwerking online żdied fil-popolarità u fl-aċċess. Il-benefiċċji tan-netwerking online jinsabu fil-kapaċità li tidħol f’kuntatt ma’ nies fid-dinja kollha b’sempliċi klikk ta’ buttuna. L-iżvantaġġi jinkludu nuqqas taʼ interazzjoni wiċċ imb wiċċ li xi kultant tistaʼ tkun essenzjali meta trid tħalli impressjoni tajba jew tipproġetta lilek innifsek bħala impjegat potenzjali. Għax ma tippruvax tgħaqqad iż-żewġ approċċi sabiex tiżgura li qed tikseb kemm jista’ jkun esponiment?

In-netwerking... huwa fit-tul

Il-biljetti tan-negozju huma għodda utli tan-netwerking, iżda faċli ħafna tiġborhom bl-aħjar intenzjoni, tpoġġihom fil-basket u qatt ma terġa’ tħares lejhom. Il-verità hi, meta xi ħadd jgħaddilek biljett tan-negozju, tkun qiegħed biss fil-bidu tal-vjaġġ. Li ssegwi l-kuntatti li tkun għamilt kważi huwa importanti daqs li li tkun għamilt dawk il-kuntatti fl-ewwel lok. Ibgħat email, agħmel telefonata - ma tagħmilx differenza. Li żżomm il-konverżazzjoni għaddejja jista’ jfisser li ismek huwa dak li jiġihom f’moħħhom meta titfaċċa opportunità ġdida.

In-netwerking... jieħu l-ħin u l-impenn

Sakemm m’intix verament xortik tajba, li tattendi avveniment wieħed jew tissieħeb ma’ komunità waħda mhux se jwasslek għal impjieg. In-netwerking jeħtieġ il-paċenzja u impenn sħiħ sabiex ikun effettiv. Filwaqt li kultant jista’ jiġik il-ħsieb li ħinek tista’ tqattgħu aħjar mod ieħor, l-investiment fin-netwerking jagħti l-frott grazzi għall-benefiċċji, kemm personali kif ukoll professjonali, li jista joffri fuq perjodu twil.

Tixtieq tibda’ tagħmel netwerking, imma mhux ċert minn fejn se tibda? Għax ma tagħtix ħarsa lejn Jiem l-Impjiegi Ewropej, online u fieri ta’ reklutaġġ fil-post li jiġbru flimkien lil dawk li qed ifittxu xogħol u lin-negozji mill-Ewropa kollha? Jew jekk diġà użajt in-netwerking biex jirnexxilek tikseb intervista għal xogħol, mela kun żgur li tagħti daqqa t’għajn lejn 5 suġġerimenti sabiex l-intervista tiegħek tkun eċċellenti.

 

Links relatati:

LinkedIn

Jiem l-Impjiegi Ewropej

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal- EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.