Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet5 Marzu 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Kapitolu ġdid: Ir-rilokazzjoni ta’ Jan lejn id-Danimarka

F’Marzu 2021, filwaqt li l-biċċa l-kbira mill-fruntieri madwar id-dinja ngħalqu minħabba l-pandemija tal-COVID-19, Jan Ciechanowicz u l-familja tiegħu marru joqogħdu d-Danimarka mill-Ġermanja biex jibdew kapitolu ġdid f’ħajjithom.

A new chapter: Jan’s move to Denmark

Jan jidentifika li huwa mill-Polonja, minkejja li huwa wkoll nofsu Ġermaniż. Attwalment, huwa qed jgħix ma’ martu, bintu ta’ erba’ snin u l-kelb f’Odense. Ir-rilokazzjoni tiegħu mill-Ġermanja ġiet appoġġata minn Workindenmark, EURES, International Community Odense u l-impjegatur il-ġdid tiegħu, Mobile Industrial Robots (MiR). Il-familja ta’ Jan kienet marret toqgħod f’pajjiż ieħor qabel u għal bosta snin kienu qed ifittxu post ġdid li jqisu bħala d-dar tagħhom.

“Minkejja li kont qed infittex impjieg b’mod attiv, il-pożizzjoni f’MiR fil-fatt instabet minn Workindenmark. Irreġistrajt online, tellajt is-CV tiegħi, u wara ftit jiem irċevejt email b’żewġ reklami ta’ impjieg, li ma kontx rajt qabel. Wieħed minnhom irriżulta li kien jaqbel perfettament,” qal Jan.

Helena Nielsen ilha taħdem bħala Konsulent fil-qasam tar-Reklutaġġ u Konsulent tal-EURES f’Workindenmark mill-2008. Hija spjegat li “Fix-xogħol tiegħi ta’ kuljum nappoġġa lill-impjegaturi Daniżi li qed ifittxu speċjalisti b’livell għoli ta’ ħiliet f’oqsma ta’ skarsezza fis-suq tax-xogħol Daniż,”. “Xi servizzi ta’ Workindenmark għall-impjegaturi Daniżi jinkludu r-reklamar ta’ pożizzjonijiet ta’ impjiegi vakanti fuq is-sit web ta’ Workindenmark u fuq il-portal tal-EURES.” Ir-rwol ta’ Helena jinvolvi wkoll it-tqabbil ta’ kandidati rreġistrati fil-bażi ta’ data tas-CVs tal-EURES ma’ impjiegi adatti. “Dan huwa l-mod kif sibt is-CV ta’ Jan – kienet taqbel tajjeb ħafna għal xi wħud mill-pożizzjonijiet vakanti.”

Helena għenet biex titqabbel is-CV ta’ Jan mal-impjieg tiegħu u biex huwa jagħmel kuntatt ma’ International Community Odense, korp li huwa appoġġat b’mod attiv mill-istat u li jgħin lil dawk li jkunu ġodda fiż-żona biex jissetiljaw. “Dan il-livell ta’ appoġġ huwa xi ħaġa li qatt ma konna esperjenzajna qabel,” isostni Jan. “Irċevejna informazzjoni dwar is-suġġetti kollha rilevanti għal persuni ġodda (mir-reġistrazzjoni u r-rilokazzjoni b’kelb, sa lista ta’ supermarkets bil-konsenja fid-dar), u kwalunkwe ħaġa oħra li staqsejna dwarha. Kulħadd kien ġentili ħafna u ta’ għajnuna!”

Flimkien mal-pariri, l-Iskema ta’ Mobilità Mmirata tal-EURES żiedet livell ieħor ta’ appoġġ, li jkopri l-ispejjeż kollha tar-rilokazzjoni. “Din hija distanza relattivament qasira bejn il-Ġermanja u d-Danimarka, iżda l-kumplikazzjonijiet miżjuda minħabba l-pandemija għamlu l-affarijiet pjuttost intensi, sal-punt li lanqas konna nafu jekk fil-fatt kienx permess li naqsmu l-fruntiera fil-jum ta’ qabel ir-rilokazzjoni,” qal Jan.

Huwa kkonkluda: “Lil dawk li qed jikkunsidraw li jmorru joqogħdu f’pajjiż ieħor u li ma għandhomx daqstant esperjenza f’dan il-qasam, nista’ nagħti parir wieħed: tkellmu man-nies. Staqsu mistoqsijiet, itolbu l-għajnuna, żommu attitudni miftuħa u kunu pożittivi. Jekk tridu verament tmorru toqogħdu f’pajjiż ieħor, xejn ma huwa diffiċli. Dejjem se jkun hemm nies li joffru l-għajnuna, trid biss issibhom. U biex jinstabu n-nies it-tajba, huwa assolutament meħtieġ li wieħed jitkellem ma’ oħrajn.”

 

Links relatati:

Workindenmark

International Community Odense

Skema ta’ Mobilità Mmirata tal-EURES

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi  tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.