L-ewwel grupp ta’ okkupazzjonijiet li se ninvestigaw huma l-professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati. Dan ikopri persuni li jaħdmu fl-oqsma tal-liġi, ix-xjenzi soċjali, ir-reliġjon, l-arti u d-divertiment. Impjiegi speċifiċi jinkludu l-avukati, il-librara, il-kuraturi, l-ekonomisti, il-ġurnalisti, il-qassisin, il-ħaddiema fil-komunità, il-fotografi u l-kowċis tal-isport.
Fatti ewlenin
- It-tkabbir fl-impjiegi b’rabta mal-okkupazzjonijiet legali, soċjali u kulturali huwa mistenni li jkun ta’ madwar 29% bejn l-2018 u l-2030.
- Huwa mbassar li bejn l-2018 u l-2030, 6.4 miljun persuna se jħallu l-impjiegi fis-settur, u dan iwassal għal 9.7 miljun opportunità ta’ impjieg li jridu jimtlew sabiex jiġi ssodisfat it-tkabbir fid-domanda.
- Il-kreattività u r-riżoluzzjoni, l-awtonomija, u l-kapaċità li tinġabar u tiġi evalwata l-informazzjoni huma l-aktar kompiti u ħiliet importanti għall-impjegati f’dan il-qasam.
- L-impjegati għandhom it-tendenza li jkunu kkwalifikati ħafna u dan mhux mistenni li jinbidel sal-2030.
- Ħafna impjiegi legali, soċjali u kulturali jiddependu minn finanzjament pubbliku.
Kompiti u ħiliet
Il-kompiti u l-ħiliet ewlenin huma elenkati hawn taħt f’ordni bażika ta’ importanza ġenerali:
- Kreattività u riżoluzzjoni
- Awtonomija
- Ġbir u evalwazzjoni ta’ informazzjoni
- Ħidma f’tim
- Servizz u attendenza
- Litteriżmu
- Bejgħ u influwenza
- Użu tal-ICT
- Tagħlim, taħriġ u kkowċjar
- Rutina
- Ġestjoni u koordinazzjoni
- Numeriżmu
- Destrezza
- Saħħa
- Użu ta’ magni
X’inhuma x-xejriet għall-futur?
- Bejn l-2018 u l-2030, se jinħolqu madwar 3.3 miljun impjieg addizzjonali f’dawn is-setturi.
- It-tkabbir se jkun aktar baxx għall-professjonisti legali, soċjali u kulturali (17%) milli għall-professjonisti assoċjati (42 %). (Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li l-kampjuni ta’ daqs żgħir f’ħafna mill-pajjiżi għandu jfisser li dawn il-perċentwali għandhom jiġu ttrattati b’kawtela).
- Huwa probabbli li l-professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati jsiru dejjem aktar ikkwalifikati.
- Bejn l-2018 u l-2030, il-perċentwal ta’ professjonisti u professjonisti assoċjati fil-qasam li għandhom kwalifiki ta’ livell għoli huwa mistenni li jiżdied minn 65% għal 69%.
Liema fatturi li jirriżultaw f’tibdil se jaffettwaw il-ħiliet tagħhom?
Varjetà kbira ta’ impjiegi jaqgħu taħt l-intestatura ta’ “professjonisti legali, soċjali u kulturali u professjonisti assoċjati”, u b’hekk il-mod kif dawn l-impjiegi jiġu affettwati minn fatturi li jirriżultaw f’tibdil se jvarja. Madankollu, hemm xi xejriet ġenerali li huma mbassra għall-perjodu 2018-2030:
- L-avvanzi teknoloġiċi: Iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-użu tal-ICT tfisser li l-impjegati se jkunu meħtieġa jiżviluppaw ħiliet differenti u jadattaw għal kompiti ta’ xogħol differenti.
- Finanzjament pubbliku limitat: Ħafna impjiegi, b’mod partikolari fl-oqsma tas-servizzi pubbliċi, l-arti u d-divertiment, jiddependu minn finanzjament pubbliku. Minħabba li l-baġits pubbliċi se jkomplu jiġu limitati, il-prospetti ta’ impjieg ta’ dawn l-impjiegi se jiġu affettwati.
- It-tibdil demografiku: It-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE x’aktarx li joħloq domanda akbar għall-professjonisti tal-kura soċjali, iżda dawn l-impjiegi x’aktarx li jinbidlu wkoll minħabba limitazzjonijiet baġitarji u teknoloġiji ġodda.
- Il-globalizzazzjoni: Il-globalizzazzjoni li dejjem qed tiżdied se tara domanda akbar għall-ħaddiema li jistgħu jitkellmu aktar minn lingwa waħda. Ċerti rwoli jaf jinvolvu wkoll livell akbar ta’ xogħol transkonfinali.
- Ir-regolamentazzjoni tal-ambjent: Iż-żieda fis-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet ambjentali u l-ħtieġa li jiġi protett l-ambjent se joħolqu oqsma ġodda ta’ regolamentazzjoni kif ukoll domanda għal ħiliet li jippermettu lin-nies inaqqsu l-marka tal-karbonju tagħhom.
- Iż-żieda fl-awtomatizzazzjoni: L-awtomatizzazzjoni hija mistennija li jkollha impatt sinifikanti fuq l-okkupazzjonijiet bil-possibbiltà ta’ awtomatizzazzjoni tal-kompiti, u li tinkludi komunikazzjoni limitata, kollaborazzjoni u ħsieb kritiku. ll-professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati huma grupp ta’ okkupazzjonijiet li huwa f’riskju baxx ħafna ta’ awtomatizzazzjoni.
Kif jistgħu jintlaħqu dawn il-ħiliet?
Ħafna okkupazzjonijiet professjonali f’dan il-grupp huma regolati u l-korpi professjonali rilevanti għandhom rwol x’jaqdu biex jiżguraw li l-individwi jkollhom ħiliet xierqa fl-impjiegi tagħhom (eż. billi jispeċifikaw il-ħiliet speċifiċi meħtieġa mill-ħaddiema f’ċerti professjonijiet). Hemm diversi netwerks stabbiliti li jippermettu l-kondiviżjoni tal-prattika tajba bejn il-professjonisti u l-professjonisti assoċjati (eż. in-Netwerk Soċjali Ewropew).
L-iżgurar tal-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ħaddiema eżistenti huwa sfida komuni. Skont is-sotto-okkupazzjoni speċifika, l-isfida hija akbar għal professjonisti li fil-biċċa l-kbira tagħhom jaħdmu għal rashom (eż. l-avukati) jew freelancers (eż. il-ġurnalisti).
Links relatati:
Professjonisti legali, soċjali u kulturali u l-professjonisti assoċjati
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Marzu 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet interni tal-EURES
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles