F'din is-sezzjoni għandek issib risposti għal serje ta' mistoqsijiet li jsiru b'mod frekwenti u informazzjoni oħra li tista' tkun utli għalik.
Jekk ma ssibx l-informazzjoni li tkun qed tfittex, inti ġentilment mitlub sabiex tikkuntattja l-help desk.
EURES (Servizzi ta’ l-impjiegi Ewropej) hija newterk ta’ kooperazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi ta’ l-impjiegi. Trade union u organizazzjonijiet ta’ min iħaddem jipparteċipaw ukoll bħala sħab. L-għan tan-netwerk ta’ l-EURES hu li jiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (is-27 membru ta’ l-Unjoni Ewropea, flimkien man-Norveġja, Liechtenstein u l-Iżlanda) u l-Isvizzera.
EURES tkopri 31 pajjiż: L-Awstrija, l-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, l-Finlandja, Franza, l-Ġermanja, l-Greċja, l-Islanda, l-Irlanda, I-Kroazja, il-Liechtenstein, l-Lussemburgu, l-Litwanja, l-Latvja, Malta, n-Norveġja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugal, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u l-Ungerija.
L-EURES jimmira kemm lejn dawk li qed ifittxu impjieg minn pajjiżi tal-EURES interessati fid-dritt tagħhom li jiċċaqilqu liberament lejn pajjiż ieħor għal xogħol jew studju kif ukoll l-impjegaturi li jixtiequ jirreklutaw tali ħaddiema.
EURES joffri netwerk ta’ konsulenti li jistgħu jagħtu informazzjoni, għajnuna u assistenza lil dawk li qed ifittxu xogħol u lil min iħaddem permezz ta’ kuntatti personali. Il-konsulenti ta’ l-EURES huma speċjalisti mħarrġa li jipprovdu t-tliet servizzi bażiċi ta’ l-EURES lil persuni li juru interess fis-suq tax-xogħol Ewropew li jinkludu kemm min qed ifittex kif ukoll min lest li joffri mpjieg. Dawn it-tliet servizzi jinvolvu l-provvista ta’ informazzjoni, l-iggwidar u t-tqegħid f’post tax-xogħol.
Hemm iktar minn 900 konsulent ta’ l-EURES madwar l-Ewropa u n-numru qed ikompli jikber. Id-dettalji sabiex tkun tista’ tikkuntattjhom u l-indirizzi tagħhom jinstabu fuq il-paġna “Fittex għal konsulenti ta’ l-EURES” fis-taqsima “Is-Servizzi tal-EURES” tal-portal jew inkella ikklikja fuq il-buttuna “Ikkuntattja Konsulent ta’ l-EURES” li tinstab fuq ħafna mill-paġni tal-portal.
EURES hu servizz bla ħlas għal min qed ifittex ix-xogħol u għal min iħaddem, u huwa soġġett għal kundizzjonijiet stabbiliti mill-membri individwali ta’ l-EURES.
Id-database tal-postijiet vakanti ta’ l-EURES jiġi aġġornat kuljum. Informazzjoni dwar it-tendenzi tas-suq tax-xogħol u l-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien jiġu aġġornati b’mod regolari mill-korrispondenti nazzjonali ta’ l-EURES.
Il-portal ta’ l-EURES mhux biss joffri informazzjoni fuq l-impjiegi disponibbli fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fl-Iżvizzera, imma joffri wkoll informazzjoni dwar it-tendenzi fis-suq tax-xogħol fil-pajjiżi kollha u r-reġjuni taż-ŻEE, informazzjoni prattika fuq il-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien u tax-xogħol fl-Ewropa, kif ukoll database onlajn li jkollu s-CVs ta' min qed ifittex ix-xogħol.
Is-sezzjoni tal-portal tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Għajxien u tax-Xogħol fiha dettalji ta’ numru ta’ affarijiet importanti dwar kif issib akkommodazzjoni, kif issib skola, kif tgħix, leġislazzjoni soċjali, tqabbil ta’ kwalifiki, eċċ.
Il-portal tal-mobilità EURES huwa disponibbli f’sitta u għoxrin lingwa ta’ l-Unjoni Ewropea/ ŻEE, li huma: il-Bulgaru, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, l-Irlandiż, l-Iżlandiż, it-Taljan, il-Kroat, il-Latjvan, il-Litwan, l-Ungeriż, l-Olandiż, il-Malti, in-Norveġiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż u l-Iżvediż.
L-għan tagħna huwa li nipprovdu informazzjoni kemm jista’ jkun possibbli fil-26 linwga iżda mill-anqas bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.
l-informazzjoni fis-sezzjoni “Ħajja u Xogħol” hija disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż in kwistjoni wkoll.
Kull ċittadin ta’ l-UE għandu d-dritt li jaħdem u jgħix f’kull Stat Membru mingħajr ma jiġi diskriminat fuq bażi ta’ nazzjonalità. Il-moviment liberu ta’ persuni huwa waħda mill-libertajiet fundamentali garantiti mit-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea (Art. 3, 39, 40) u mil-leġiżlazzjoni Ewropea.
Ir-regoli tal-Komunità dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema japplikaw ukoll għall-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, l-Liechtenstein u n-Norveġja). ). L-Iżvizzera għandha ftehim bilaterali ma’ l-UE rigward il-moviment ħieles tal-persuni.
Huwa importanti li wieħed jinnota li wara t-tkabbir ta’ l-UE fl-2004 u fl-2007, jeżisti perijodu transitorju ta’ massimu ta’ seba’ snin li matulhom il-liġi tal-Komunità mhux se tapplika bis-sħiħ fl-UE ta’ wara t-tkabbir. Iktar informazzjoni tinstab disponibbli fis-taqsima “Ħajja u Xogħol”, “Moviment Liberu tal-ħaddiema”
Mobilità aktar tax-xogħol, bejn l-impjiegi (mobilità tax-xogħol) u fi ħdan u bejn il-pajjiżi (mobilità ġeografika), tikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali, livell għoli ta' l-impjiegi, u biex tibbilanċja l-iżvilupp sostenibbli. Hi tgħin ukoll lill-ekonomija Ewropea, l-ħaddiema jaddattaw ruħhom għaċ-ċirkustanzi li qed jinbidlu mingħajr diffikultà u b’mod effiċjenti, u tipprovdi l-impuls għat-tibdil fl-ekonomija global kompetitiva. Iktar mobilità bejn l-Istati Membri tgħin ukoll iktar integrazzjoni politika mill-qrib ma' l-UE.
Miljuni ta’ impjiegi għadhom vakanti fl-UE filwaqt li r-rata tal-qgħad hija moderatament għolja (bejn 7 u 10 % matul l-aħħar snin). Barra minn hekk, aktar minn nofs dawk li jiċċaqilqu waqt li jkunu bla impjieg fil-fatt isibu impjieg fi żmien sena jew inqas, meta mqabbla ma’ dawk li jibqgħu f’pajjiżhom bla impjieg.
L-Ewropa toffri bosta opportunitajiet lil kull min jixtieq jiċċaqlaq sabiex jimxi ’l quddiem. Minkejja li x-xejra ta’ ċaqliq barra mill-pajjiż qed tikber, l-Ewropej għandhom it-tendenza li jibqgħu fl-istess post.
Hemm ħafna affarijiet x’jinkisbu minn perjodu ta’ studju jew xogħol barra: bdil veru ta’ l-ambjent, persuni b’orizzonti ġodda, kuntatti ta’ kuljum ma’ kultura differenti, opportunità li titgħallem lingwa ġdida, opportunità li taħdem u tistudja ma’ nies li ġejjin minn sfond differenti, skambji ta’ ideat u qsim ta' esperjenzi.
Il-postijiet disponibbli fl-“EURES Fittex Xogħol” ikopru varjetà wiesgħa ta’ okkupazzjonijiet u jinkludu opportunitajiet permanenti u temporanji.
Kull post tax-xogħol battal għandu informazzjoni dwar kif wieħed għandu japplika u lil min għandu jikkuntattja. Il-persuna ta’ kuntatt tista’ tkun jew konsulent ta’ l-EURES li jipproċessa l-applikazzjoni jew, f’każijiet oħra, tista’ tiġi kkuntattjata direttament il-persuna li timpjega.
L-impjiegi li jinsabu fil-Portal ta’ l-EURES huma rreklamati mill-Membri u mill-Imsieħba ta’ l-EURES, b’mod partikolari s-Servizzi ta’ l-Impjieg Pubbliku Ewropew. Dawn jużaw l-EURES sabiex jirreklamaw impjiegi li għalihom il-persuna li timpjega hija interessata li tirrekluta ħaddiema minn pajjiżi Ewropej oħrajn. Dawn “l-impjiegi EURES” tindika li l-persuna li timpjega hija interessata b’mod partikolari fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn pajjiżi Ewropej oħrajn.
Sabiex tiżdied it-trasparenza tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa l-impjiegi kollha li huma rreklamati mis-Servizzi ta’ l-Impjieg Pubbliku Ewropew jintwerew fuq is-sît tagħna gradwalment sakemm kollox jiġi inkluż fl-2005.
Le. Postijiet vakanti fl-istituzzjoniet Ewropej huma ppubblikati fil-websajt ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Għażla tal-Personal tal-Komunità Ewropea (EPSO): http://epso.europa.eu/
Faċli ħafna li tuża l-“EURES Fittex Xogħol” u tagħmel it-tfittxija tiegħek fuq din is-sistema kompjuterizzata. Dawk li qed ifittxu x-xogħol jistgħu jagħżlu, per eżempju, pajjiż, reġjun, professjoni, tip ta’ kuntratt, jew jikkombinaw dawn id-diversi kriterji biex isibu xogħol.
Id-database ta’ tfittxija għal imjieg ta’ l-EURES tiġi aġġornata kuljum mis-servizzi ta’ l-impjieg Ewropej u n-notifiki ta’ impjiegi jidhru fis-sistema sakemm ikunu attwali biss.
Punti li żżomm f’moħħok meta tuża l-EURES Job-Search:
Filwaqt li ħafna mid-dettalji dwar ix-xogħol, bħat-tip ta’ kuntratt, esperjenza u livell ta’ edukazzjoni meħtieġa eċċ, huma tradotti fit-tliet lingwi, dan mhux dejjem hu l-każ għat-titolu u t-test ta’ l-avviż. Tiftixa bil-keyword billi tuża keywords f’lingwa waħda tista’ ma ttellax għalhekk il-postijiet vakanti kollha disponibbli fid-database. Jekk, per eżempju, inti tfittex billi tuża l-kelma bl-Ingliż “waiter” bħala keyword, probabbli inti ma ssibx l-istess avviżi li inti ssib jekk tuża l-keyword Franċiża “serveur”. Il-kategoriji predefiniti taħt “professjoni”, “esperjenza meħtieġa”, “post” eċċ, madanakollu jkopru, t-tliet verżjonijiet tal-lingwa.
L-“Eures Fittex xogħol” jinstab disponibbli fl-26 lingwa uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea/ŻEE u l-utenti jistgħu jagħmlu t-tfittxija tagħhom f’kull waħda minn dawn il-lingwi.Madanakollu għandek tkun taf li minħabba l-fatt li l-postjiiet tax-xogħol vakanti li jinstabu fuq il-portal ta’ l-EURES huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, importati direttament mid-databases nazzjonali tal-postijiet vakanti, allura il-kontenut ta’ l-avviż tal-post vakanti (titolu u deskrizzjoni tax-xogħol) huwa ġeneralment miktub fil-lingwa nazzjonali tal-pajjiż ta’ oriġini. Dettalji oħra dwar ix-xogħol, bħat-tip ta’ kuntratt, esperjenza u livell ta’edukazzjoni meħtieġ eċċ. huma tradotti fil-lingwi kollha.
Tfttxija bl-użu ta’ Keywords f’lingwa waħda għalhekk mhux bilfors turik il-postijiet vakanti kollha disponibbli fid-database. Jekk, per eżempju, inti tfittex billi tuża l-kelma bl-Ingliż “waiter” bħala keyword, probabbli inti ma ssibx l-istess notifiki li inti ssib jekk tuża l-keyword Franċiża “serveur”. Il-kategoriji pre-definiti taħt “professjoni”, “esperjenza meħtieġa”, “post” eċċ, jkopru madanakollu l-verżjonijiet lingwistiċi kollha.
Għandek tkun taf li huwa f’idejn min iħaddem sabiex jiddeċiedi f’liema lingwa jippreżenta l-post tax-xogħol vakanti fl-“EURES Fittex Xogħol”. Imma jekk min iħaddem ikun interessat b’mod partikolari sabiex jimpjega internazzjonalment allura f’dan il-każ il-post tax-xogħol vakanti jista’ jiġi ppublikat f’wieħed jew bosta lingwi li mhux bilfors ikunu dik ta’ min iħaddem.
Kull post vakanti jkollu informazzjoni dwar kif tapplika u lil min tikkuntatja. Il-kuntatt jista’ jkun jew konsulent ta’ l-EURES li jipproċessa l-applikazzjoni jew, f’xi każijiet, il-kuntatt jista’ jsir direttament ma’ min iħaddem.
Diversi servizzi online tal-EURES huma disponibbli mingħajr ħlas mingħajr reġistrazzjoni Tista’ tirreġistra f’L-EURES Tiegħi u tagħmel it-tiftixa tiegħek għall-impjiegi. Madankollu, l-EURES huwa għodda li tiffaċilita t-tlaqqigħ tal-impjiegi bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema li jgawdu d-dritt tal-moviment liberu fis-suq intern Ewropew. Is-sejbien ta’ impjieg permezz tal-EURES ma jaffettwax ir-rekwiżiti nazzjonali għall-aċċess taċ-ċittadini mhux tal-UE għas-suq tax-xogħol (jiġifieri r-reġim tal-permessi tax-xogħol u/jew tar-residenza). Għal aktar informazzjoni mmirata lejn ċittadini mhux tal-UE jekk jogħġbok żur il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni (europa.eu).
Tista’ ssib opportunitajiet għal traineeships u apprendistati permezz tat-taqsima Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol fuq il-portal tal-EURES. Hawnhekk, kull pajjiż jiddeskrivi l-qafas legali nazzjonali għat-traineeships u l-apprendistati, kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar fejn wieħed jista’ jsib opportunitajiet, appoġġ u finanzjament.
Għadd ta’ pajjiżi jipprovdu wkoll opportunitajiet għat-traineeships u l-apprendistati permezz tas-servizz tal-EURES Sib Impjieg Bħas-servizzi kollha fuq l-EURES, dan is-servizz huwa bla ħlas. Ikkunsidra li tirreġistra permezz tal-EURES sabiex tgawdi minn funzjonalitajiet żejda bħall-issejvjar tal-profil tat-tiftix tiegħek u t-tqabbil.
“EURES Fittex Xogħol” jinsab disponibbli għall-utenti kollha anki jekk dawn ma jkunux irreġistrataw għal kont fil-“EURES tiegħi”. Madankollu, ir-reġistrazzjoni fl-“EURES tiegħi” toffrilek iktar servizzi:
- tista’ titfa’ is-CV tiegħek li jtik iktar ċans sabiex min iħaddem ikun jista’ jintraċċak għal possibilità ta’ mpjieg
- tista’ toħloq is-CV tiegħek f’kull lingwa ta’ l-UE u dan jista’ jiġi faċilment tradott f’lingwi oħra
- tista’ tidefinixxi u żżomm profili fil-“Fittex Xogħol” u b’hekk tirċievi notifiki permezz ta’ l-e-mail kull meta jkun hemm xogħlijiet li jkunu jaqblu mal-profil tiegħek.
L-ewwel trid toħloq kont "EURES tiegħi". Wara li tirreġistra, segwi l-istruzzjonijiet murija bil-proċedura pass pass u imla l-oqsma obbligatorji kollha. Dan is-servizz hu b'xejn.
Tista’ timmodifika s-CV tiegħek fi kwalunkwe ħin, wara li tilloggja bil-user-ID u bil-password tiegħek, mur fuq “Is-CV tiegħi” taħt “Persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol”.
Il-persuni li qed ifittxu impjieg iridu jżuru l-kont tal-EURES tagħhom b’mod regolari sabiex il-profil tagħhom jibqa’ aċċessibbli għall-impjegaturi. Jekk persuna li qed tfittex impjieg ma tkunx żaret il-kont tal-EURES tagħha għal sitta u għoxrin ġimgħa, is-CV tagħha ma tibqax aċċessibbli għall-impjegaturi. Jekk persuna li qed tfittex impjieg ma tkunx żaret il-kont tal-EURES tagħha għal sena, is-CV tal-EURES tagħha titħassar. Kontijiet mhux miżjura jitħassru b’mod awtomatiku wara sentejn.
Aċċess sħiħ għas-CV hu permess għall-konsulenti ta’ l-EURES u għal min iħaddem li jkunu wkoll irreġistaw fl-“EURES CV-Onlajn”. Int tista’ tiddeċiedi għalik innifsek jekk tkunx trid li xi informazzjoni personali, bħall-isem, l-indirizz eċċ, tkunx tidher jew le.
Jekk inti tagħżel l-opzjoni “anonima” fl-“EURES CV-Onlajn”, min iħaddem xorta ikun jista’ jikkuntattjak imma jkun jista’ jagħmel dan biss permezz tas-servizz EURES sabiex ma jsirx jaf id-dettalji personali tiegħek.
Jekk titlef il-password jew l-isem tal-utent tal-EURES tiegħek, tista’ tagħżel li tirċevihom permezz ta’ email. Ikklikkja fuq “My EURES” fuq il-paġna ewlenija, fil-paġna li ġejja daħħal l-email tiegħek jekk attwalment m’intix awtentikat u kklikkja fuq “Li jmiss”. Imbagħad, ikklikkja fuq “Tlift il-Password tiegħi” (tista’ tintalab iddaħħal il-kodiċi captcha moħbi fl-immaġni) u kklikkja “Immaniġġja Password mitlufa”. Awtomatikament tintbagħatlek link bl-email biex tissettja mill-ġdid il-password tiegħek, għandek tuża din il-link fi żmien 24 siegħa. Wara li tikklikkja fuq il-link, tintalab password ġdida u tintalab tikkonfermaha. Il-proċess jiġi ffinalizzat meta tikklikkja “Issottometti”.
Jekk tlift kemm l-isem tal-utent kif ukoll il-password tiegħek jeħtieġ li tikkuntattja lill-helpdesk tal-EURES. Id-dettalji ta’ kuntatt jistgħu jinstabu taħt ”Is-Servizzi tal-EURES – Ikkuntattja l-Helpdesk tal-EURES” fuq il-Portal.
Tista’ tbiddel l-informazzjoni personali tiegħek meta trid; kemm tagħmel konnessjoni mal-EURES billi tuża l-user-ID u l-password tiegħek, mur fuq “Il-profil tiegħi” u biddel id-data.
Wara li tilloggja fil-EURES, mur fuq “Il-profil tiegħi” u agħżel “ħassar il-kont”. L-informazzjoni kollha dwarek se titħassar mill-bażi ta’ data. Jekk fil-futur tkun trid li jkollok aċċess għal “EURES CV-Online”, trid terġa’ tirreġistra.
Is-servizzi onlajn ta’ l-EURES huma disponibbli bla ebda ħlas għal kull min għandu aċċess għal Web. Int tista’ tirreġistra fl-EURES Tiegħi u tagħmel it-tiftixa tiegħek għax-xogħlijiet. Madanakollu, il-fatt li int issib xogħol minn fuq l-EURES ma jbiddel xejn mill-obbligi legali u l-proċeduri amministrattivi li jistgħu japplikaw għaċ-ċittadini mhux membri ta’ l-UE.
Biex min iħaddem ikollu aċċess għall-“EURES CV-Onlajn”, l-impriża ta’ dik il-persuna li tħaddem trid tkun ibbażata f’wieħed mit-30 pajjiż membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew fl-Isvizzera, u jkollha numru validu tal-VAT jew numru Nazzjonali ta’ Reġistrazzjoni. Ladarba in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħek ikun ġie approvat, inti tkun tista’ jkollok aċċess għas-servizzi mingħajr ħlas li l-EURES joffri għal min iħaddem.
Ġaladarba tkun irreġistrajt fuq il-EURES se jkollok aċċess għas-CVs tal-persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol fil-bażi ta’ data tal-EURES, barra minn hekk tista’ taħżen il-kriterji tat-tiftix li jikkorrispondu għar-rekwiżiti tiegħek, tista’ tirċievi twissijiet bl-email hekk kif jiġu rreġistrati persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol li jaqblu mal-kriterji tiegħek u tista’ tikkuntattjahom b’messaġġi personalizzati direttament permezz tal-EURES.bqgħu kurrenti.
Dawk il-persuni li jħaddmu u li jixtiequ jirreklamaw post vakanti fl-EURES għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fil-paġna “Irreklama xogħol” fis-taqsima “Min Jimpjega”. Il-proċeduri jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Xi pajjiżi għandhom “self-service” li jippermetti lil min iħaddem sabiex jippublikaw il-postijiet ta’ xogħol vakanti tagħhom onlajn. F’kull każ, int tista’ dejjem tikkuntattja l-konsulenti EURES u titlob assistenza minn għandhom.
Id-database ta’ l-“EURES Fittex Xogħol” hu aġġornat kuljum mis-servizzi ta’ l-impjiegi Ewropej, u notifiki ta’ postijiet vakanti jibqgħu biss fis-sistema sa kemm ji
Fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), libertà tal-moviment tan-nies huwa dritt bażiku, li jħalli ċ-ċittadini taż-ŻEE biex jaħdmu f’pajjiż ieħor taż-ŻEE mingħajr permess. Il-moviment liberu tal-ħaddiema jgħodd għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri ġodda fuq il-ftehim transitorji stabbiliti fit-Trattati tas-Sħubija. Din it-taqsima li ssegwi “L-Ftehim Transitorji li saru minħabba Stati Membri Ġodda", titratta speċifikament mal-mistoqsijiet li jikkonċernaw l-Istati Membri Ġodda.
Li tgħix u taħdem f’pajjiż Ewropew ieħor jista’ jippreżenta xi ostakoli, tali bħal taddotta kultura ġdida, taħdem f'lingwa barranija, u tiffamilijarizza lilek nnifsek ma’ taxxa u sistemi tas-sigurtà nazzjonali mhux familjari. Inti tista’ tiprepara lilek nnifsek mill-aħjar billi tkun informat tajjeb bil-pajjiż ta’ l-għażla tiegħek. Il-kwalitajiet personali tiegħek u d-determinazzjoni għandhom rwol importanti biex isibu xogħol kif, dażgur, il-kwalifiki u li tkun taf lingwa barranija.
Qabel ma’ tibda tfittex xogħol, huwa mportanti li tirrealizza li mhux neċessarjament eħfef li ssib xogħol barra xħin imqabbel ma’ pajjiżek (ir-rata tal-qagħad globali ta’ l-Unjoni Ewropea xorta għada għolja). Xorta waħda, xi setturi fis-suq tax-xogħol Ewropew jistgħu joffru opportunitajiet konsiderevoli, bħal pereżempju settur turistiku u s-settur tas-servizzi (servizzi finanzjarji, kosulenza ta’ l-immaniġjar, s-settur tal-kostruzzjoni, s-settur ta’ l-IT u xi partijiet tas-settur tas-saħħa) kif ukoll x-xogħol staġjonali fl-agrikultura. Inti għandel tiftakar ukoll li hemm differenzi konsiderevolli fl-opportunitajiet ta’ xogħol bejn ir-reġjuni taż-Żona Ekonomika Ewropea u li s-sitwazzjoni tista’ tinbidel malajr. Iktar informazzjoni dwar dan tista’ ssibha fit-taqsima “Tgħix u Taħdem"
Biex issib xogħol qabel titlaq, int għandek:
- Iżżur il-portal Web tal-mobilità tax-xogħol ta’ l-EURES, fejn issib postijiet vakanti tax-xogħol, informazzjoni dwar l-kundizzjonijiet ta’ l-għajxien u tax-xogħol, informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol kif ukoll links għall-informazzjoni bżonjuża oħra. Hemmhekk tista’ wkoll tagħmel s-CV tiegħek disponibbli għal min jista’ jħaddem ma’ l-Ewropa kollha.
- Ikkuntatja l-uffiċċju lokali jew reġjonali għall-parir. Huma jista’ jkollhom konsulent ta l-EURES li jista’ jipprovdilek b’aktar minn parir personalizzat. Hu/hi jista’ jiċċekja l-offerti fis-sistema ta’ l-EURES u ma’ konsulenti ta’ l-EURES fil-pajjiż li inti tipproponi biex tmur.
- Iċċekja n-notifiki dwar postijiet vakanti fil-gazzetti tal-pajjiż li “jilqek” (libreriji pubbliċi kbar normalment jirċivuhom fuq bażi irregolari). Ftakar li ħafna rivisti speċjalizzati jistgħu jirreklamaw għall-oqsma professjonali partikolari.
- Ikkuntatja s-Servizz Pubbliku ta’ l-Impjiegi, li jkun kapaċi jagħtik parir. Ftakar li bħala ċittadin taż-ŻEE inti għandek l-istess drittijiet fi Stat Membru ieħor daqs iċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż. Itlob biex tkellem lil konulent ta’ l-EURES li għandu l-esperjenza li jgħin ċittadini barranin.
Ftakar li l-iktar mod komuni ta’ kif iġġib informazzjoni dwar il-postijiet vakanti tax-xogħol hu permez tas-Servizz Pubbliku ta’ l-Impjiegi.
Madanakollu, li ġej jagħmel sens li tippruvahom:
- F’ħafna Stati Membri, hemm aġenziji privati, speċjalment dawk speċjalizzati biex issib xogħol temporanju. Inti għandek tiċċekja jekk huma jżommux flus għas-servizzi tagħhom u ssir taf minn qabel dwar il-kuntratti ta’ l-impjiegi.
- Aġenziji ta’ riklutaġġ privati jeżistu ukoll imma normalment jilħqu livelli maniġerjali jew setturi partikolari tali bħal computing jew finanzjament.
- Għal studenti, fieri tax-xogħol jew ċentri ta' gwida tal-karriera għandhom rwol importanti fit-tiftix tax-xogħol.
- applikazzjonijiet spontanji ma’ ditti qed isiru komuni. Inti għandek issib kemm tiflaħ dettalji dwar id-ditta, għax is-suċċess jiddependi fuq l-abilità tiegħek li turi kemm inti tintegra ruħhek fl-istruttura u l-ħtiġijiet tagħhom. Inti għandek timla applikazzjoni fl-ittra tiegħek, tagħti l-kwalifiki tiegħek, esperjenza u r-raġunijiet ta’ interess partikolari tiegħek fid-ditta. Inkella ħafna kumpaniji għandhom is-siti tagħhom għar-riklutaġġ onaljn, fejn inti tista’ tissottometti aplikazzjoni eletronika.
- Netwerking huwa mportanti ħafna f’ħafna pajjiżi, għax l-ewwel notifika hi ħafna drabi bil-fomm.
- Tqatta’ ftit żmien fil-pajjiż ta’ l-għażla tiegħek fuq taħriġ jew stage huwa mod ideali ta’ kif issir taf il-pajjiż u tipprovdi opportunitajiet ta’ tiftix ta’ xogħol fuq il-post. Ħafna kumpaniji kbar jorganizzaw stages.
Wieħed mill-aktar elementi importanti hu li ssib kif jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki tiegħek fil-pajjiż li “jilqek”. Il-punt kruċjali, għal dawk bi kwalifiki professjonali, hu jekk il-professjoni hix regolata jew le. Il-professjonijiet regolati huma dawk il-professjonijiet li jirristrinġu l-persuni li jkollhom ċertu kwalifiki (avukati, accountants, għalliema, inġiniera, paramediċi, tobba, dentisti, kirurgi veterinarji, spiżjara u periti, per eżempju). F’xi wħud min dawn il-professjonijiet, lista ta’ kwalifikiċi rikonoxxuti jew bħalhom ġew stabiliti, filwaqt li oħrajn, l-ekwivalenza hi deċiża fuq bażi każ b’każ, billi tikkonsidra t-tul u l-kontenut tal-kors. Jekk il-professjoni tiegħek m’hix regolata, inti tista’ tibda tipprattika malli ssib xogħol, imma inti trid tsserva kwalunkwe proċeduri neċessarji applikabbli għall-professjoni tiegħek fil-pajjiż li jospitak, imma li tista’ tkun differenti min dik li inti mdorri għaliha.
Inti għandek tassigura li tkun fassalt Curriculum Vitae strutturat tajjeb, immirat għal xogħol speċifiku. Inti għandek tittroduċih fil-lingwa tal-pajjiż li jilqek, flimkien mal-kwalifiki tiegħek (ara fuq). Ħafna mill-Istati Membri jistennew li s-suġġett tal-grad jew diploma tiegħek jkollu dirrettament x'jaqsam max-xogħol għal dak li tkun applikajt għalih, filwaqt li pajjiżi oħrajn jagħtuha importanza inqas. L-UE addottat il-Curriculum Vitae Standard Ewropew. Addattat kemm għall-gradwati vokazzjonali kif ukoll għal dawk akkademiċi, dan il-CV EUROPASS jagħti stampa ċara tal-kapaċità tal-kandidat u s-snajja tiegħu mal-pajjiżi ta' l-UE. Dan is-CV huwa bħal issa disponibbli f'20 lingwa ta' l-UE fl-"EURES CV-Onlajn".
Bħal f’pajjiżek għandek tipprepara lilek nnifsek tajjeb għall-intervista tax-xogħol. Kun ċert li jkollok informazzjoni bażika dwar l-intrapriża u tkun lest li ssaqsi mistoqsijiet dwarhom u dwar l-aspetti partikolari tax-xogħol. Inti ser tkun mistenni li turi li inti titkellem tajjeb il-lingwa tal-pajjiż li jospitak u turi kif il-kapaċitajiet u l-attributi prinċipali tiegħek jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ min iħaddmek għal dak ix-xogħol partikolari. Ħafna ditti kbar ma’l-UE jużaw ċentri ta’ assessjar biex jiġġudikaw kif impjegati potenzjali jġibu ruħhom f’sitwazzjoni reali tal-ħajja.
X’dokumenti tieħu miegħek għall-intervista?
Normalment int ikollok bżonn:
- diversi kopji tas-CV tiegħek fil-lingwa adatta;
- traduzzjoni ċertifikata għad-diploma tiegħek (normalment iġġibha mill-istitut edukattiv tal-ministeru relevanti);
- fotokopji ta’ l-aħħar ta’ l-iskola, grad ta’ l-università jew kwalifika oħra;
- il-passaport tiegħek jew kartà ta’ l-identità valida;
- kopja taċ-ċertifikat tat-twelid;
- l-E-form addattata li tintitulak biex tkopri s-servizzi tas-saħħa (eż E111); u
- xi ritratti tal-passaport
Jekk inti bħalissa tinsab bla xogħol u trid issib xogħol ieħor f’pajjiż ieħor taż-ŻEE, inti tista’ titrasferixxi l-benefiċċju tal-qagħad tiegħek għal 3 xhur. Madanakollu, hemm regoli stretti u kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-benefiċċji u għalhekk inti jabillek li tikkuntattja s-servizz ta’ l-impjiegi lokali tiegħek jew l-aġenzija tal-benefiċċji addattata qabel tieħu xi azzjoni. Jekk inti ma ssibx xogħol ieħor wara 3 xhur, inti tista tintalab li titlaq, għalkemm l-awtoritajiet jistgħu jagħlqu għajnejhom jekk inti tipprova l-possibilitajiet li ssib xogħol huma tajbin. Taqsimiet oħrajn bħat-taqsima “Tgħix u Taħdem” fiha iktar informazzjoni bżonnjuża dwar dan.
Tista' ssib aktar għajnuniet u suġġerimenti, pariri mill-esperti, kif ukoll stejjer ta' ispirazzjoni fuq it-taqsima “Aħbarijiet” tal-Portal tal-EURES. Sabiex tirċievi aġġornamenti ġodda direttament fil-mailbox tiegħek, irreġistra għall- bulletin “EURES & You” (EURES u Int).
Bħala ċittadin tal-UE – jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja – għandek ċerti drittijiet meta tagħmel ċerti attivitajiet fil-pajjiżi Ewropej l-oħrajn. Dawn jinkludu ċ-ċaqliq, l-għajxien, l-istudju u n-negozju.
Sew jekk qed tfittex aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE; teħtieġ assistenza personalizzata jew parir fuq kwistjoni relatata mal-UE; jew teħtieġ soluzzjoni għall-problema tiegħek fil-livell tal-UE, din il-paġna toffri aċċess mgħaġġel u dirett għas-servizzi li jistgħu jwieġbu għall-mistoqsijiet tiegħek.
Il-punti ta' kuntatt tal-UE għaċ-ċittadini u n-negozji
Tnejn - Ġimgħa 08:30 - 18:00 (Ħin Ċentrali Ewropew)
Il-mistoqsijiet tiegħek jingħataw tweġiba bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan jew bl-Ispanjol.
Se mmur ngħix f'pajjiż ieħor tal-Ewropa - kif nikseb permess ta' residenza? X'inhuma r-regoli dwar it-tariffi tar-rowming? It-titjira tiegħi ġiet ikkanċellata - x'inhuma drittijieti? Liema għotjiet tal-UE tista' tapplika għalihom l-organizzazzjoni tiegħi? Biex issib tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u aktar, ikkuntattja lis-servizz tal-informazzjoni ċentrali Europe Direct.
Ikkuntattja konsulent ta' l-EURES