Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 25 Ottubru 2018
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 5 min qari

L-ewwel impjieg EURES tiegħek jgħin spiżjara Portugiżi jsibu xogħol fl-Iskandinavja

L-industrija farmaċewtika fl-Iżvezja ġiet trasformata fl-2009, meta regolament mill-ġdid tas-suq monopolizzat mill-istat fetħu għas-settur privat.

Your first EURES job helps young Portuguese pharmacists to find work in Scandinavia
Andreia Carona

Is-suq sploda, u n-nuqqas ta’ spiżjara kkwalifikati li rriżulta, fl-isfond ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ għamilha diffiċli għall-impjegaturi biex jirreklutaw minn ġewwa l-Iżvezja.

Min-naħa l-oħra, fil-Portugall, kien hemm - u għad hemm - wisq spiżjara u mhux biżżejjed impjiegi, l-aktar minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja. Hekk kif LloydsApotek fl-Iżvezja rat opportunità ta’ benefiċċju reċiproku, flimkien mas-sieħba Norveġiża tagħha Vitusapotek, ingħaqdet ma’ EURES Portugall biex tirrekluta spiżjara permezz tal-programmL-ewwel impjieg EURES tiegħek  (YfEJ).

Il-persunal ta’ LloydsApotek fl-Iżvezja jaħdem fi sħubija mal-kontropartijiet tiegħu fin-Norveġja, li għandhom bżonnijiet ta’ reklutaġġ simili. Skont Mia Makower, li taħdem bħala Partner Kummerċjali fir-Riżorsi Umani f’LloydsApotek fl-Iżvezja u li hi responsabbli mir-reklutaġġ internazzjonali, il-proċess tar-reklutaġġ kollu hu appoġġat ukoll mill-Persunal tal-EURES f’dawn it-tliet pajjiżi.

“Kollox isir mal-kollegi tal-EURES,” spjegat Mia. “Matul il-proċess kollu, huma sieħeb.”

“Iż-żewġ Konsulenti tal-EURES fl-Iżvezja u fin-Norveġja qegħdin jaħdmu flimkien mill-qrib f’dan il-proċess u qegħdin ukoll f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Konsulenti tal-EURES fil-Portugall.” 

L-EURES jgħin jippromwovi opportunitajiet ta’ impjieg f’LloydsApotek u f’Vitusapotek lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu impjieg fil-Portugall, jiġbor CVs minn kandidati interessati, u jpoġġihom f’kuntatt ma’ Mia u l-kollegi tagħha. Waħda mill-ħafna spiżjara li rreklutat LloydsApotek mill-Portugall hija Andreia Carona li għandha 27 sena, li bdiet taħdem għall-kumpanija fir-Rebbiegħa tal-2016.

“Din l-avventura bdiet f’Settembru 2015 meta rajt l-offerta tal-impjieg fuq il-portal tal-EURES,” ftakret Andreia. “Il-kumpanija marret il-Portugall biex titkellem dwar l-impjieg u kienu l-Konsulenti tal-EURES li qalulna dwar il-programm tal-YfEj.”

Il-motivazzjoni tagħha li tmur barra minn pajjiżha biex taħdem kienet ċara: “Fil-Portugall kelli impjieg iżda l-opportunitajiet u s-salarju ma kinux dawk li stennejt wara ħames snin l-università u bl-esperjenza tiegħi. Dejjem ħsibt li mmur naħdem barra minn pajjiżi u kien għalhekk li applikajt għal dan l-impjieg.”

Andreia rċeviet appoġġ finanzjarju minn YfEj biex tattendi għall-intervista ta’ xogħol tagħha f’Porto u biex tagħmel il-kwalifiki akkademiċi tagħha rikonoxxuti barra. LloydsApotek organizzat ukoll kors biex Andreia titgħallem il-lingwa Żvediża. Dan il-kors kellha tagħmlu fil-Portugall qabel ma marret fl-Iżvezja, minħabba l-fatt li l-impjegati jeħtieġ li juru livell profiċjenti tal-Iżvediż sabiex jiksbu l-liċenzja tagħhom ta’ spiżjar. Waqt ix-xogħol, issa Andreia titkellem u tikteb bl-Iżvediż kuljum.

Andreia tfaħħar l-appoġġ li rċeviet kemm minn YfEj kif ukoll mill-impjegatur tagħha. "Il-Konsulent tal-EURES kien fundamentali fil-proċess kollu u hija ħaġa mill-aqwa li jkollok lil xi ħadd lil min tista’ ċċempel jekk ikollok xi mistoqsijiet,” qalet. “Il-kumpanija wkoll tagħmel xogħol tajjeb ħafna u tappoġġana f’kollox.”

Mia hija ugwalment pożittiva fil-fehma tagħha dwar il-programm YfEj u l-kollaborazzjoni tal-kumpanija ma’ EURES. Hi tħoss li hu essenzjali li n-nies jingħataw l-appoġġ kollu li għandhom bżonn meta jiċċaqilqu minn pajjiż għal ieħor, kemm ġewwa kif ukoll barra l-post tax-xogħol. “Qegħdin inċaqilqu nies - mhux numri,” qalet. “Jekk iċċaqlaq persuna minn pajjiż għal ieħor, għandek bżonn l-appoġġ miż-żewġ naħat, u hemm fejn jidħol l-EURES.”

“L-akbar vantaġġ huwa dak li għandna lil xi ħadd hemm [fil-Portugall] li jitkellem il-lingwa, xi ħadd li jaf il-biżgħat u t-tħassib tagħhom u li jista’ jitkellem magħhom personalment. Imbagħad meta jiġu hawn [fl-Iżvezja], apparti lili għandhom kontroparti mill-EURES li taħdem magħhom u li tgħinhom f’dak kollu li għandhom bżonn.”

L-EURES qed isir popolari mal-impjegaturi fl-Iżvezja, u mhumiex biss negozji fl-industrija farmaċewtika li għandhom bżonn tal-appoġġ: “Għandna bżonn dentisti, iġjenisti tas-snien, infermiera, kirurgi, tobba, kokijiet, kull tip ta’ professjoni,” qalet Mia.

Grazzi għall-kollaborazzjoni ta’ suċċess ma’ EURES, issa LloydsApotek ilha tirrekluta spiżjara mill-Portugall għal diversi snin - li wħud minnhom avvanzaw biex laħqu maniġers - u sitt impjegati ġodda Portugiżi lesti biex jissieħbu aktar tard din is-sena. Mia tittama li Andreia wkoll tibqa’ għal żmien twil u tilħaq maniġer.

M’għandniex xi ngħidu, jista’ jkun diffiċli tħalli lill-familja u lill-ħbieb warajk meta tmur tgħix barra pajjiżek, u mhux dejjem faċli tippjana għal żmien twil f’pajjiż ġdid. L-esperjenza ta’ Andreia kienet megħjuna mill-fatt li n-namrat tagħha Pedro ingħaqad magħha fl-Iżvezja fis-Sajf tal-2017, wara li rnexxielu jiżgura impjieg bħala inġinier solari. Pedro wkoll irċieva għajnuna minn YfEj bl-applikazzjoni tiegħu u bbenefika minn appoġġ finanzjarju hekk kif wasal fil-pajjiż.

Andreia tgħid li hi tirrakkomanda l-esperjenza tagħha ma’ YfEj lil żgħażagħ oħrajn Ewropej: “Ngħid għalija, naħseb li dan il-programm huwa tajjeb ħafna għal xi ħadd li jrid jipprova xi ħaġa ġdida, b’appoġġ u b’kumpaniji serji.”

L-ewwel impjieg EURES tiegħek huwa skema ta’ mobilità fix-xogħol tal-Unjoni Ewropea. Sabiex issir taf aktar dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u taħriġ fl-UE kollha jew biex issib ħaddiema bil-ħiliet li inti qiegħed tfittex, ikkuntattja lil wieħed mis-servizzi tal-impjiegi tal-iskema jew ikkuntattja lill-Konsulent lokali tal-EURES tiegħek permezz tal-portal tal-EURES.

 

Links relatati:

Reuters - Sweden needs more immigrants to counter ageing population

L-ewwel impjieg EURES tiegħek

Il-portal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Aħbarijiet esterni tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.