Min jaf li kieku tiffoka fuq il-ħiliet li qed ifittxu l-kumpaniji? Matul dawn l-aħħar snin, LinkedIn intraċċat il-ħiliet li l-kumpaniji jeħtieġu l-aktar fuq bażi annwali u reċentement il-kumpanija ħarġet is-sejbiet tagħha għall-2019. Bl-użu tad-data li ġabru mis-sit web tagħhom dwar il-ħiliet li hemm domanda kbira għalihom meta mqabbla mal-provvista tagħhom, it-tim ta’ Linkedln naqqas in-numru stmat ta’ 50,000 ħila għat-30 li hemm l-aktar domanda għalihom (5 “personali” u 25 “tekniċi”).
Skopri aktar liema ħiliet ġew inklużi fil-lista hawn taħt...
Il-ħiliet pesonali
Hemm it-tendenza li l-ħiliet personali li l-kumpaniji qed ifittxu jibqgħu pjuttost konsistenti minn sena għal sena, għalkemm hekk kif id-dinja tagħna qed issir dejjem aktar diġitali, l-importanza tagħhom qed tikber.
- Kreattività: Filwaqt li l-kompjuters u l-intelliġenza artifiċjali jistgħu jagħmlu ħafna affarijiet, il-kreattività tibqa’ karatteristika umana prezzjuża.
- Persważjoni: Ftit huma l-prodotti li jbigħu lilhom infushom; jiddependu minn kumpaniji li jimpjegaw lil ħaddiema bil-kapaċità li jipperswadu lill-konsumaturi biex jixtruhom.
- Kollaborazzjoni: Il-ħidma f’tim tinsab fil-qalba ta’ kull negozju tajjeb u proġetti dejjem aktar innovattivi jirrikjedu ħaddiema li dejjem aktar jaħdmu tajjeb f’tim.
- Adattabilità: Id-dinja moderna tagħna qed tinbidel malajr, u dawk li jistgħu jadattaw b’mod effettiv għall-ambjenti, għat-tekniki u għat-teknoloġiji ġodda tagħha jirnexxu.
- Immaniġġar tal-ħin: Li tkun kapaċi timmaniġġa l-ħin tiegħek b’mod effettiv hija ħila li tibbenefika minnha tul il-karriera tiegħek kollha.
Il-ħiliet tekniċi
Mhix sorpriża li l-lista hija ddominata minn ħiliet relatati mat-teknoloġija u mal-qasam diġitali, iżda xi wħud aktar tradizzjonali rnexxielhom isibu posthom fiha wkoll:
- Cloud Computing: Illum kollox jidher li huwa konness ma’ cloud, li jfisser li l-ħiliet relatati huma partikolarment attraenti għall-impjegaturi.
- Intelliġenza artifiċjali (AI, Artificial intelligence): Minn Alexa għal Siri, l-AI saret parti sew minn ħajjitna u din ix-xejra jidher li se tkompli.
- Raġunament analitiku: Fid-dinja hawn ħafna data. Il-kapaċità li tissintesizza dik id-data u tużaha biex tieħu deċiżjonijiet infurmati tingħata valur kbir mill-kumpaniji.
- Immaniġġar tan-nies: Li tkun kapaċi timmaniġġa n-nies u li tieħu l-massimu minnhom hija ħila antika, iżda importanti.
- Disinn tal-esperjenza tal-utent (UX, user experience): Minħabba l-aspettattivi tal-konsumatur u l-livell ta’ kompetizzjoni li dejjem qed jiżdiedu, hemm domanda kbira għal dawk li jistgħu jtejbu s-sodisfazzjon tal-utent bi prodott.
- Żvilupp ta’ applikazzjoni mobbli: L-apps jkomplu jkunu negozju modern b’saħħtu fid-dinja dejjem aktar teknoloġika tagħna.
- Produzzjoni ta’ vidjos: L-industrija tal-produzzjoni tal-vidjos qed tikber u l-kumpaniji qegħdin ifittxu impjegati b’għarfien tat-tekniki l-aktar riċenti.
- Tmexxija fil-bejgħ: Il-bejgħ iġib miegħu il-profitti, u b’hekk din il-ħila hija verament essenzjali għal kwalunkwe kumpanija kummerċjali.
- Traduzzjoni: Grazzi għat-teknoloġija, il-kumpaniji jistgħu jilħqu lill-udjenzi fid-dinja kollha faċilment. Madanakollu, biex jikkomunikaw magħhom b’mod effettiv jeħtieġu l-ħiliet ta’ traduttur.
- Produzzjoni ta’ awdjo: Il-popolarità dejjem tiżdied tal-podcasts, il-kotba awdjo u forom oħra ta’ komunikazzjoni tal-widna rat żieda fid-domanda għal dawk li jipproduċuhom.
- Proċessar tal-lingwa naturali (NLP): Filwaqt li l-kompjuters qegħdin isiru aktar sofistikati, xorta jeħtieġu l-għajnuna biex jifhmu l-lingwi tal-bnedmin. U dan huwa fejn jintużaw il-ħiliet tal-NLP.
- Computing xjentifiku: Jekk kapaċi ssolvi problemi li jinvolvu ammonti kbar ta’ data b’mod effiċjenti, il-kumpaniji se jilqgħuk b’idejhom miftuħa.
- Żvilupp ta’ logħob: Il-logħob sar industrija ħafna aktar importanti matul dawn l-aħħar deċennji, biex b’hekk inħolqu opportunitajiet ġodda.
- Kummerċjalizzazzjoni tal-midja soċjali: Sakemm il-midja soċjali tkompli tkun mod popolari biex il-kumpaniji jilħqu l-udjenzi tagħhom, se jibqa’ jkun hemm domanda għal dawk b’ħiliet relatati.
- Animazzjoni: Il-popolarità tal-vidjos u r-ritorn tal-GIFs poġġa l-ħiliet tal-animazzjoni fil-lista tal-aqwa 25.
- Analiżi tan-negozju: Aktar ma jgħaddi ż-żmien, l-analisti qed isiru dejjem aktar importanti għall-kumpaniji li qed ifitxxu li jtejbu s-sistemi tagħhom u jagħtu spinta lill-profitti tagħhom.
- Ġurnaliżmu: Aktar u aktar kumpaniji qegħdin ifittxu kittieba tas-sengħa li kapaċi joħolqu kontenut li jappella.
- Kummerċjalizzazzjoni diġitali: L-użu tad-diġitali ġie akkumpanjat mill-użu tal-kummerċjalizzazzjoni diġitali – u l-bżonn ta’ ħiliet relatati.
- Iddisinjar industrijali: Id-domanda għal disinji eleganti, effettivi u prattiċi ilha deċennji sħaħ.
- Strateġiji kompetittivi: Quddiem kompetizzjoni dejjem tikber, il-kumpaniji jeħtieġu lil min jista’ jgħinhom iżommu pass ’il quddiem mir-rivali tagħhom.
- Sistemi ta’ assistenza għall-konsumaturi: Numru ta’ diżastri ta’ servizzi tal-konsumatur ta’ profil għoli fl-2018 saħħew l-importanza ta’ sistema b’saħħitha li taqdi lill-konsumatur direttament.
- Ittestjar ta’ softwer: M’hemm xejn agħar għal kumpanija milli toħroġ prodott li jkun mimli bugs. Għalhekk hemm bżonn ta’ persuni li jittestjaw is-softwer.
- Xjenza tad-data: Il-volum ta’ informazzjoni disponibbli llum u l-ħtieġa ta’ interpretazzjoni li wasslu biex ħiliet bħax-xjenza tad-data jiġu inklużi f’din il-lista.
- Grafika tal-kompjuter: Konsumaturi moderni jistennew li kull fejn iħarsu jaraw grafika tal-kompjuter avvanzata ħafna, u dan jagħmel lil impjegati b’dawn il-ħiliet assi prezzjuż għal kwalunkwe impjegatur.
- Komunikazzjonijiet korporattivi: Bħal fir-rigward tas-sistemi ta’ assistenza għall-konsumaturi, id-diżastri tal-PR ta’ profil għoli tal-2018 urew kemm huwa importanti li l-kumpaniji jkollhom impjegati li jisgħu jikkomunikaw b’mod effettiv.
Links relatati:
LinkedIn: Il-ħiliet li l-kumpaniji jeħtieġu l-aktar l-2019
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-Xogħol u l-Għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 7 Frar 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Partijiet interessati esterni
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Midja soċjali
- Żgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles