Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 21 Marzu 2018
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 3 min qari

Kif tikteb CV iffokat fuq il-kisbiet

Tħallix li s-CV tiegħek isir lista tedjanti ta’ responsabbiltajiet u kompiti. Enfasizza l-kisbiet tiegħek u uri lir-reklutaturi kif tista’ tikseb ir-riżultati.

How to write an achievements-focused CV
EURES

Jekk qed tittama li s-CV tiegħek jappella għar-reklutaturi u jgħinek tikkompeti ma’ applikanti b’iktar esperjenza, allura l-kisbiet - irrispettivament minn kemm ikunu kbar jew żgħar - iridu jkunu parti ewlenija tiegħu.

X’jgħodd bħala kisba?

Biex inti kburi l-iktar fil-ħajja tax-xogħol tiegħek? M’hemmx għalfejn tkun għamilt miljun - jistgħu jkunu affarijiet sempliċi bħal pereżempju li rnexxielek tegħleb sfida personali biex titgħallem xi ħaġa ġdida, jew li għent lill-impjegatur tiegħek jaqta’ l-kostijiet b’mod innovattiv. 

Kulħadd jikseb kisbiet żgħar fil-ħajja tax-xogħol tiegħu. Jekk m’intix ċert/a x’tinkludi, il-fatt li titkellem ma’ eks-kollegi, jew li taqra evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni passati jaf jgħinek. Il-kisbiet tiegħek m’hemmx għalfejn ikunu barra min-normal; hemm bżonn biss li dawn juru li int għandek fiduċja fik innifsek, li tifhem il-modi li bihom xogħlok jista’ jkollu impatt fuq negozju, u li inti ffokat/a fuq l-ilħuq tar-riżultati.

Naturalment, inti xorta telenka r-rwoli u r-responsabbiltajiet fis-CV tiegħek, iżda li tiffoka fuq il-kisbiet sempliċement ifisser li tmur pass lil hinn. Billi żżid is-suċċessi għal kull rwol, inti tista’ turi li ma kontx biss qed twettaq rwol u tagħmel il-kompiti - assumejt responsabbiltajiet, wettaqt il-kompiti sew u ħloqt konsegwenzi pożittivi li għenu lill-oħrajn.

U int m’hemmx għalfejn tkun iġġenerajt ix-xogħol inti stess - li tintalab tieħu ħsieb proġett, taċċettah bil-qalb, ittemmu fil-ħin u tilħaq - jew taqbeż - ir-riżultati mixtieqa definittivament jgħodd bħala suċċess.

Aħseb dwar dak li impjegatur jista’ jkun li jrid minn impjegat ġdid. Billi turihom dak li ksibt għal ħaddieħor, inti qed turi li għandek il-potenzjal li tikseb affarijiet kbar għalihom ukoll.

Uża d-data

L-aħjar mod kif tippreżenta riżultat fuq CV hu li tipprova tikkwantifah b’xi mod jew b’ieħor. Uża l-fatti, iċ-ċifri u d-data biex tispjega dak li għamilt, u jekk possibbli, il-bidliet li għamilt. Pereżempju, inti tista’ tispjega kif naqqast l-ispejjeż, kif żidt il-bejgħ jew kif għamilt proċess iktar effiċjenti.

Aħseb f’kull riżultat bħala storja qasira. Introduċi l-proġett jew kompitu, u uri l-ħiliet li użajt u l-azzjonijiet konkreti li ħadt. Imbagħad, il-parti importanti: spjega x’benefiċċji nkisbu għall-kumpanija bħala riżultat tal-azzjonijiet tiegħek. U semmi x’tgħallimt mill-esperjenza; l-impjegaturi jkunu jridu jaraw li inti żviluppajt professjonalment ukoll.

Hu perfettament aċċettabbli li tislet il-kisbiet tiegħek biex toħloq sezzjoni separata bil-”kisbiet ewlenin” fil-parti ta’ fuq tas-CV tiegħek. Din is-sezzjoni tista' tinkludi wkoll il-premjijiet li rbaħt, il-kwalifiki li ksibt u l-promozzjonijiet.

Finalment, ftakar li l-għan tas-CV tiegħek huwa li jiftaħ il-bibien, għalhekk m’hemmx għalfejn tidħol f’wisq dettall - dak tista’ tagħmlu fl-intervista. Fassal is-CV tiegħek speċifikament għal kull applikazzjoni, għamlu interessanti u li jqanqal interess, u jkun hemm iktar ċans li l-impjegaturi jistednuk biex tgħidilhom iktar.

Qed tfittex iktar informazzjoni dwar it-tfassil ta’ CV? Ara l-5 pariri tagħna biex tissimplifika s-CV tiegħek. U ftakar li l-ebda CV ma huwa komplut mingħajr ittra ta’ introduzzjoni mill-aqwa!

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.