Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet28 Jannar 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Għajnuna biex Svediżi żgħażagħ jibnu karriera fil-qasam tal-ospitalità Daniża

Apprendisti Svediżi li riedu jidħlu fis-settur tal-ospitalità Daniża ngħataw spinta grazzi għall-kors ta' ġimagħtejn, organizzat permezz ta' kooperazzjoni transkonfinali tal-EURES fir-reġjun ta' Øresund. Tmexxa bħala studju pilota biex tiġi żgurata rabta mill-qrib bejn dak li ġie mgħallem fil-kors u l-ħtiġijiet espressi mill-impjegatur.

Helping young Swedes build a career in Danish hospitality
ThinkStock

L-ewwel kors ta' ġimagħtejn, Edukazzjoni ta' Servizz għaż-Żgħażagħ, ħarreġ lil 25 ruħ f'suġġetti bħalma huma l-psikoloġija u s-servizz tal-mistednin, it-taħriġ fil-lingwa Daniża, l-għajxien u x-xogħol fir-reġjun u l-liġi tax-xogħol Daniża. Inkluda wkoll preżentazzjonijiet mogħtija minn impjegatur potenzjali, Scandic.

"Fittixna li nagħtu s-setgħa lill-parteċipanti fis-suq tax-xogħol, mhux biss billi nagħtuhom kwalifika iżda wkoll billi nżidulhom il-fiduċja fihom infushom u nagħtuhom għarfien prattiku li jista' jintuża fis-suq tax-xogħol. Inħossu li r-riżultati jindikaw li l-proġett pilota kien suċċess," jgħid Morten Hjorth Jahnsen, Koordinatur Transkonfinali ta' Øresund.

Minn fost il-50 li applikaw intgħażlu 25 żagħżugħ/a. Minn dawn, 2 ġew offruti karigi ma' Scandic f'Kopenhagen, 14 sabu xogħol part-time jew full-time fl-Isvezja u 3 iddeċidew li jkomplu bl-istudji tagħhom.

Kif marret il-kooperazzjoni?

"L-impjegatur kellu l-opportunità li jikkummenta fuq il-kontenut tal-kors qabel beda sabiex ikunu jafu dak li tgħallmu l-parteċipanti. Dan ħaffef il-proċess ta' reklutaġġ, iffranka l-ħin kemm għal dawk li kienu qed ifittxu xogħol kif ukoll għar-reklutatur. Il-kors innifsu tħallas mis-servizzi tal-impjiegi pubbliċi tal-Isvezja u tmexxa minn Konsulent tal-EURES Svediż," jispjega Morten.

Konsulent tal-EURES fil-post li fih tinqeda minn kollox għal pariri u informazzjoni, Øresunddirekt, għen ukoll lill-apprendisti sabiex isibu saqajhom fit-triq tal-impjieg tagħhom. Il-punt ta' informazzjoni joffri seminars, drop-ins għal laqgħat personali u informazzjoni permezz ta' email u fuq it-telefown. Is-sħubija transkonfinali ħallset l-ispejjeż tal-ivjaġġar ta' dawk li kienu qegħdin ifittxu xogħol biex imorru għall-intervisti.

Idea li minnha jiggwadanja kulħadd

"Vantaġġ maġġuri tal-proġett huwa dak li jiffoka fuq settur li jipprovdi limitu baxx ta' dħul fis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ mingħajr wisq esperjenza fis-suq tax-xogħol," jgħid Morten.

Huwa jispjega li l-Isvediżi, b'mod ġenerali huma apprezzati ferm mill-impjegaturi fis-settur tas-servizzi f'Kopenhagen. "Għalhekk, b'mod ġenerali, il-proġett jissodisfa l-għanijiet tiegħu u tana l-opportunità li nitgħallmu lezzjonijiet importanti. Aħna sejrin nirfinaw l-approċċ tagħna fi proposti futuri għal-lukandi u għal setturi oħrajn."

 

Links relatati

Il-Ħajja u x-Xogħol fid-Danimarka

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.