Din id-dikjarazzjoni tal-privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.
Operazzjoni ta’ pproċessar:
- Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-persuni li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi
- In-Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-Persunal tal-EURES
Kontrollur tad-Data: L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol - Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES
Referenza tar-reġistrazzjoni: DPR-ELA-2022- 0009 u r-Reġistrazzjoni tad-DPR-ELA-2022-0044
1. Introduzzjoni
L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem “ELA”) hija impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. L-ELA tiġbor u tkompli tipproċessa d-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tispjega ir-raġuni għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l-informazzjoni, u liema drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
L-informazzjoni b’rabta mal-operazzjoni ta’ pproċessar "Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES): Chats fil-Portal tal-EURES” imwettqa mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES hija ppreżentata hawn taħt.
2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
L-iskop tal-operazzjoni tal-ipproċessar: L-Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek biex tipproċessa mistoqsijiet/messaġġi li jistgħu jiġu skambjati bejn dawk li qed ifittxu impjieg, il-ħaddiema, l-istudenti, l-impjegaturi jew il-persunal tal-EURES, imwettqa b’mod sigur fil-portal tal-EURES.
Id-data personali tiegħek mhijiex se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati, inkluż it-tfassil ta’ profil.
3. Fuq liema raġunijiet ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?
Nipproċessaw id-data personali tiegħek minħabba:
Dawk li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi tad-data:
Skont l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1725, inti tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal fini speċifiku wieħed jew aktar.
Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):
Skont l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni.
Bażi ġuridika:
- Ir-Regolament (UE) 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol.
- Ir-Regolament (UE) 2016/589 , “ir-Regolament tal-EURES”, u b’mod partikolari l-Kapitolu III tiegħu, jiddefinixxi l-iskopijiet tal-ipproċessar, speċifikament biex ikun jista’ jsir tlaqqigħ bejn il-postijiet tax-xogħol battala ma’ CVs/Profili tal-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg u jistabbilixxi kundizzjonijiet ġenerali għall-ipproċessar.
- Aktar dispożizzjonijiet għall-ipproċessar tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tad-diversi partijiet involuti fl-ipproċessar huma stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1257.
Aħna ma nipproċessawx kategoriji speċjali ta’ data personali, għalhekk l-Artikolu 10 tar-Regolament ma japplikax.
4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw ulterjorment
Sabiex twettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar, l-Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES tiġbor il-kategoriji li ġejjin ta’ data personali:
L-isem, il-kunjom, l-indirizz tal-posta elettronika, il-pajjiż ta’ residenza, il-mistoqsija.
Għall-persuni li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi:
Il-forniment ta’ data personali mhuwiex obbligatorju.
Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):
Il-forniment ta’ data personali huwa obbligatorju, kif meħtieġ għall-ġestjoni tal-Portal tal-EURES, skont l-istruttura maħluqa mir-Regolament tal-EURES (ir-Regolament (UE) 2016/589), b’mod partikolari l-Artikolu (12)(4).
Ksibna d-data personali tiegħek mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni tal-EURES speċifiku.
5. Għal kemm żmien inżommu d-data personali tiegħek?
L-unità tal-Informazzjoni u tal-EURES iżżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew tal-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri għal 12-il xahar mill-aħħar messaġġ relatat ma’ konverżazzjoni. Hemm xi każijiet speċifiċi, għal investigazzjoni speċifika, li l-konverżazzjonijiet jistgħu jinżammu għal żmien itwal.
6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
Id-data personali kollha f’format elettroniku (ittri elettroniċi, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data mtellgħin, eċċ.) jinħażnu jew fuq is-servers tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol jew tal-kuntratturi tagħha.
Il-kuntratturi tal-ELA huma marbuta bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni tal-ipproċessar tad-data tiegħek f’isem l-ELA, u bl-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw direttament mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UE (“GDPR” ir-Regolament (UE) 2016/679).
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, l-ELA stabbiliet għadd ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar.
7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-persunal tal-ELA responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni tal-ipproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju “ħtieġa ta’ tagħrif”. Tali persunal jirrispetta l-ftehimiet ta’ kunfidenzjalità statutorji u, fejn meħtieġ, dawk addizzjonali.
Trasferimenti internazzjonali ta’ data:
Għall-persuni li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi:
Jekk tkun qbilt, il-kontrollur jittrasferixxi d-data personali tiegħek lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera.
Il-kontrollur jittrasferixxi d-data personali tiegħek abbażi ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni Ewropea għall-Iżvizzera1.
Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):
Il-kontrollur se jittrasferixxi d-data personali tiegħek lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Iżvizzera.
L-informazzjoni li niġbru mhux se tingħata lil xi parti terza, ħlief sal-punt u l-iskop li nistgħu nkunu meħtieġa nagħmlu dan bil-liġi.
8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għad-data personali tiegħek u r-rettifika tagħha f’każ li d-data personali tiegħek ma tkunx preċiża jew ma tkunx kompluta. Fejn applikabbli, għandek id-dritt li tħassar id-data personali tiegħek, li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li toġġezzjona għall-ipproċessar, u d-dritt għall-portabbiltà tad-data.
Għal dawk li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi:
Inti tajt il-kunsens tiegħek biex tipprovdi d-data personali tiegħek lill-Unità tal-Informazzjoni u tal-EURES għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma int tkun irtirajt il-kunsens.
Għall-utenti tan-network tal-EURES (persunal tal-EURES):
Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq legalment skont l-Artikolu 5(1)(a) għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħek.
Inti tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom hi mogħtija taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni tal-ipproċessar speċifika waħda jew aktar, jekk jogħġbok fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Reġistrazzjoni tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura 10 hawn taħt).
9. Informazzjoni ta’ Kuntatt
Il-Kontrollur tad-Data
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725; jew jekk għandek kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tissottometti lment dwar il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data: euresela [dot] europa [dot] eu (eures[at]ela[dot]europa[dot]eu)
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Awtorità
Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (data-protectionela [dot] europa [dot] eu (data-protection[at]ela[dot]europa[dot]eu)) fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edpsedps [dot] europa [dot] eu (edps[at]edps[dot]europa[dot]eu)) jekk tqis li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.
10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar iddettaljata?
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-ELA jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali mill-ELA, li jkunu ġew iddokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru permezz tal-link li ġejja: https://www.ela.europa.eu/en/privacy-policy
Din l-operazzjoni speċifika tal-ipproċessar ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-referenza ta’ Reġistrazzjoni li ġejja: DPR-ELA-2022- 0009 Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-persuni li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi u r-Reġistrazzjoni DPR-ELA-2022-0044 Network Ewropew tas-Servizzi tal-Impjiegi (EURES) għall-Persunal tal-EURES.