Tibżax tagħmel żbalji.
Bħala intern, trainee jew apprendist, inti qiegħed hemm biex titgħallem. Il-kollegi tiegħek se jkunu konxji mill-fatt li mhux neċessarjament għandek esperjenza daqshom, u m’intix se tkun mistenni li mill-ewwel tagħmel kollox perfett. Tibżax tagħmel kompiti li ma jkunux fiż-żona ta’ konfort tiegħek - il-fatt li tieħu inizjattiva, teħel ftit u titgħallem mill-iżbalji tiegħek se jirrifletti fuqek ħafna aħjar minn nuqqas ta’ rieda li tinvolvi ruħek għax tibża’ li se tagħmel xi ħaġa ħażina.
Adatta għall-kultura tax-xogħol tal-kumpanija
Ara kif il-kollegi jġibu ruħhom u adatta l-imġiba tiegħek skont dan. X’qed jilbsu? Kif qegħdin jinteraġixxu bejniethom? x’tip ta’ suġġetti jitkellmu dwarhom fl-uffiċċju, u x’jevitaw? Oqgħod attent biex ma tinsiex, madankollu, li ħafna kollegi jkunu ilhom jaħdmu hemmhekk għal aktar żmien minnek, jew jistgħu jkollhom kuntratti li jkunu differenti minn tiegħek, allura għalkemm l-imgħallem tiegħek jaf jitlaq mill-uffiċċju kmieni kuljum, dan mhux neċessarjament se jkun aċċettabbli għalik ukoll!
Approfitta mill-opportunitajiet ta’ taħriġ u ta’ kwalifiki
Jekk tiġi offrut opportunitajiet ta’ taħriġ jew ta’ kwalifiki, aħtafhom! Ħafna kumpaniji jkopru l-ispejjeż tat-taħriġ għall-persunal tagħhom biex ituhom l-opportunità li jtejbu l-ħiliet u l-għarfien tagħhom f’oqsma rilevanti għar-rwoli rispettivi tagħhom. Dan mhux biss ikun jista’ jgħinek tagħmel ix-xogħol attwali tiegħek aħjar, iżda jtejjeb is-CV tiegħek u jgħinek tibni s-sett ta’ ħiliet tiegħek għall-progressjoni fil-karriera futura tiegħek.
Offri biex tagħmel aktar kompiti
Jekk għandek xi kapaċità żejda, staqsi lill-kollegi tiegħek jekk hemmx xi ħaġa li tista’ tgħinhom fiha. L-interns li lesti jagħmlu l-kompiti żgħar u ordinarji kif ukoll dawk akbar u aktar interessanti huma dawk li huma l-aktar apprezzati, u dawk li x'aktarx jiġu offruti pożizzjoni permanenti. Jekk jgħidulek li m’hemm xejn li tista’ tgħinhom fiha, tużax dan bħala skuża biex titgħażżen - ipprova aħseb kif tista’ tkun aktar ta’ għajnuna b’mod ġenerali. Għandek xi ideat li taħseb jistgħu jgħinu lill-kumpanija titjieb? Forsi tista’ tikteb mudell ta’ dokument biex tgħin tissimplifika proċess speċifiku, jew toħloq ktejjeb ta’ informazzjoni utli għall-impjegati l-ġodda? Il-fatt li turi li inti motivat u kreattiv, kif ukoll li inti ġenwinament investit fis-suċċess tal-kumpanija, se jsaħħaħ il-fiduċja tal-kollegi tiegħek fik u fil-kapaċitajiet tiegħek.
Teħodhiex personali
Jekk inti ġdid fid-dinja tax-xogħol, jista’ jkun faċli li tħalli lil moħħok jiġri bik b’mistoqsijiet bħal “X’jaħsbu l-kollegi l-ġodda tiegħi fuqi?”, “Għamilt _____ tajjeb?”, jew “X’ried ifisser ___ b’dik l-email?”. Ftakar li kulħadd qiegħed hemm biex jagħmel kompitu speċifiku, u għalkemm jista’ jkun hemm kunflitt dwar l-iskadenzi, il-prijoritajiet u d-deċiżjonijiet, dawn mhumiex (fil-biċċa l-kbira tagħhom) personali u ma jirriflettux x’jaħseb fuqek xi ħadd bħala persuna.
M’għandhiex għalfejn tkun xi ħaġa permanenti
Matul l-internship, it-traineeship jew l-apprendistat tiegħek, taf tiskopri li l-qasam jew il-kumpanija li qed taħdem fiha mhumiex tajbin għalik. Dan ma jfissirx li tkun ħlejt il-ħin tiegħek, peress li l-fatt li ssir taf x’ma jgħoddx għalik huwa importanti daqs meta ssir taf dak li jgħodd għalik. Xorta waħda tkun ksibt għadd ta’ ħiliet trasferibbli u esperjenza li x’aktarx se tgħinek issib impjiegi li aktar jgħoddu għalik fil-futur.
Nittamaw li dawn is-suġġerimenti jgħinuk tilħaq il-potenzjal professjonali kollu tiegħek!
Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Aqra aktar:
Sib Persunal tal-EURES
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 1 Novembru 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Ideat u Suġġerimenti
- Żgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles