Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet2 Frar 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

It-togħma ħelwa ta’ suċċess tieħu lil persuna li qed tfittex xogħol minn Marseille għal Ljubljana

Sentejn minn mindu żżewġet u ċċaqalqet minn Franza lejn is-Slovenja bl-għajnuna tal-EURES, il-kok tal-ħelu Valerie Labat-Gest issa qed tħejji ruħha biex tiftaħ il-ħanut proprju tagħha f’Istanbul.

The sweet taste of success takes one jobseeker from Marseille to Ljubljana
Valerie Labat-Gest

Għalkemm il-ħelu minn dejjem kien il-passjoni tagħha, Valerie qatt ma ħolmot li kien se jkun dik il-ħaġa li tagħmel karriera minnu. Iżda wara li fl-2013 sfat bla xogħol, iddeċidiet li din kienet l-aħjar opportunità għaliha biex issegwi l-ħolm tagħha.

“Waqt li kont f'sessjoni ta’ taħriġ f’Pariġi tkellimt ma’ kok tal-ħelu mis-Slovenja dwar in-negozju tal-ħelu fis-Slovenja u l-ħtieġa tal-pajjiż għall-għarfien espert Franċiż,” qalet. “Iddeċidejt li peress li ma kelli xejn x’nitlef, għaliex ma għandix nittanta xortija fis-Slovenja?” U b’hekk, marret tgħix f'Ljubljana bit-tama li meta tasal hemm issib xogħol.

Esperjenza siewja

Li tmur tgħix f’pajjiżi oħra u tbiddel il-karriera tiegħek meta jkollok 40 sena mhijiex xi ħaġa faċli. Biex tgħin bit-tranżizzjoni, l-ewwel waqfa ta’ Valerie f'Ljubljana kienet l-uffiċċju tal-EURES. Il-konsulenti għenu fl-evalwazzjoni tagħha u aġġornawlha s-CV u ħejjewha għal intervisti ta’ impjieg - utli għall-ħaddiema akbar fl-età li jista’ jkunu ilhom barra mis-suq tal-impjieg għal xi żmien u li l-ħiliet ta’ intervista tagħhom ikunu jeħtieġu jiġġeddu.

“EURES tassew għenni meta sentejn ilu wasalt għall-ewwel darba fis-Slovenja,” kompliet tgħid Valerie. “Il-fatt li kelli relazzjoni mill-qrib u personali mal-konsulent tiegħi kien il-qofol biex b’suċċess insib xogħol bħala kok tal-ħelu fil-Lukanda b’erba’ stilel Vander Hotel Urbani Resort - impjieg li ddedikajt ruħi għalih.”

Ix-xogħol ta l-possibbiltà lil Valerie biex titgħallem dwar tipi oħrajn ta’ ħelu u tekniki u biex tiżviluppa portafoll ta’ esperjenza. “Kelli l-opportunità li nsir naf pajjiż sabiħ u niltaqa’ ma’ nies ħelwin, li ħafna minnhom bqajna ħbieb sal-lum,” qalet hi.

Is-sejħa għal sfidi ġodda

L-esperjenza ta’ Valerie li taħdem bħala kok tal-ħelu fis-Slovenja malajr fetħitilha l-bibien għal opportunitajiet ġodda. Meta, minħabba ċ-ċirkostanzi personali, kellha tiċċaqlaq lejn Istanbul, ix-xogħol tagħha fis-Slovenja u l-ħiliet ta’ tiftix għal impjieg tagħha li tgħallmet mill-EURES irriżultaw li kienu imprezzabbli. “It-Torok iħobbu l-mod ta’ tisjir Franċiż u, grazzi għall-esperjenza tiegħi fil-ħelu, f’inqas minn xahar kont kapaċi nsib xogħol,” qalet Valerie.

Allura x’inhuwa ppjanat għal Valerie? “F’kollaborazzjoni mas-sieħeb Tork tiegħi, qed nippjana li niftaħ il-ħanut tal-ħelu Franċiż proprju tiegħi f’Istanbul,” kompliet tgħid. “Grazzi għall-appoġġ tal-bidu u t-taħriġ li akkwistajt mill-EURES, għandi l-ħiliet u l-fiduċja meħtieġa biex nagħmel dan in-negozju l-ġdid suċċess.”

 

Links relatati:

Il-EURES indirizza għall-ewwel darba l-bidla fid-direzzjoni ta’ Valerie fl-2014: Mill-proprjetà għal kok tal-ħelu

Is-Servizz tal-Impjieg tas-Slovenja

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.