Qabel ma Lucia ttrasferiet ruħha lejn Franza - vjaġġ li ħadilha 18-il siegħa fuq minibus - studjat fin-Nitra Hotel Academy f'art twelidha, is-Slovakkja, fejn kisbet diploma li tkopri is-servizz u l-ġestjoni fl-industrija tal-ospitalità.
Lucia mbagħad fittxet li tikseb xi esperjenza professjonali barra l-pajjiż u, bl-għajnuna tal-iskema L-ewwel impjieg EURES tiegħek (YfEJ), sabet l-apprendistat tagħha fil-brasserie Le Cap Horn ta' Laval.
Il-YfEJ joffri lil dawk li qegħdin ifittxu impjieg, opportunità biex jiksbu esperjenza ta’ xogħol ta' valur f'pajjiż barrani, billi jintroduċihom għal pajjiż ġdid, kultura u ħafna drabi lingwa ġdida. Għal Lucia, dan l-inċentiv kulturali u lingwistiku kien il-motivazzjoni ewlenija biex tipparteċipa fl-iskema. "Jien ridt li ntejjeb il-Franċiż tiegħi u nsir naf kultura oħra, għalhekk iddeċidejt li mmur ngħix fi Franza" qalet Lucia. "Qabel dan, qatt ma ħdimt barra minn pajjiżi."
Għal apprendisti bħal Lucia, xogħol barra mill-pajjiż iġib esperjenzi u sfidi ġodda. Hija spjegat li "L-aktar ħaġa diffiċli kienet il-lingwa Franċiża. Sibtha faċli fl-iskola, iżda r-realtà hija ħafna iktar diffiċli. Hemm ukoll bosta affarijiet li jissorprenduni, minħabba li Franza hija differenti ħafna mis-Slovakkja."
Biex tkun tista' tistabbilixxi ruħha fi Franza, Lucia rċeviet appoġġ finanzjarju mill-YfEJ u ġiet offruta akkomodazzjoni f'dar lokali li taqsam ma' apprendisti żgħażagħ oħra.
L-apprendistat doppju ta' Lucia jfisser li tqatta' madwar tliet ġimgħat fix-xahar taħdem bħala wejtress fil-brasserie u l-bqija tal-ħin tagħha tistudja fis-Centre de Formation des Apprentis des Villes de la Mayenne (CFA VM, Ċentru ta’ Taħriġ għall-Apprendisti għal Bliet f’Mayenne).
Lucia mhijiex l-ewwel apprendista Slovakka li ħadmet f’Le Cap Horn. Fil-fatt, il-brasserie ilha tirrekluta apprendisti mill-pajjiż għal dawn l-aħħar erba’ snin - b’ħafna suċċess - bis-saħħa ta' sħubija mas-CFA VM, li jirrappreżenta l-YfEJ billi jlaqqa' flimkien in-negozji lokali u nies barranin li qed ifittxu xogħol.
Kif jispjega l-Maniġer Ġenerali ta’ Le Cap Horn, Gilles Poulain, dan ta lill-brasserie aċċess għal grupp ta' apprendisti potenzjali li joffru entużjażmu u passjoni għas-settur li qed jesperjenza provvista limitata fuq livell lokali. "Issa ilni erba’ snin nirrekluta apprendisti mis-Slovakkja," qal Gilles. "Żgħażagħ ħabrieka u interessati fis-settur - xi ħaġa li hija nieqsa fir-reġjun tagħna".
Lucia u l-apprendisti Slovakki sħabha impressjonaw ukoll lil Gilles bil-ħiliet lingwistiċi tagħhom, kemm bil-Franċiż kif ukoll bl-Ingliż. Skont Vincent Ledauphin, Kap tal-Programmi Ewropej fis-CFA VM, il-preżenza ta’ apprendisti multilingwi minn barra l-pajjiż fil-postijiet tax-xogħol iġġib dimensjoni Ewropea li hija tajba għall-klijenti u tista' tgħin biex il-persunal Franċiż ikun aktar miftuħ u konxju tal-Ewropa.
Bl-entużjażmu, il-ħiliet lingwistiċi u l-prospetti internazzjonali tagħhom, Lucia u dawk li ġew qabilha għamlu aktar milli sempliċement għenu biex jimlew vojt fil-ħiliet, li jirriżulta fi sħubija li hija ta’ benefiċċju reċiproku kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegat.
Din is-sħubija hija parti minn proġett pilota ta’ konsorzju ta' 33 ċentru ta’ taħriġ Ewropew, inklużi s-CFA VM u Nitra Hotel Academy, immexxija mill-assoċjazzjoni tal-ħaddiema Les Compagnons du Devoir. Il-proġett għandu l-appoġġ tal-MPE Franċiż Jean Arthuis u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea, u hemm tama li se jispira sħubiji simili ta’ suċċess madwar l-Ewropa fil-ġejjieni.
L-ewwel Impjieg EURES tiegħek hija skema tal-mobbiltà fl-impjiegi tal-Unjoni Ewropea. Sabiex issir taf aktar dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg u taħriġ fl-UE kollha jew biex issib impjegati bil-ħiliet li inti qiegħed/qiegħda tfittex, ikkuntattja wieħed mis-servizzi tal-impjiegi tal-iskema jew ikkuntattja lill-Konsulent lokali tal-EURES tiegħek permezz tal-portal tal-EURES.
Links relatati:
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 25 April 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Partijiet interessati esterni
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles