In-numru ta’ żgħażagħ Ewropej li jmorru l-università żdied sew f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin. F’ħafna pajjiżi, l-università kienet meqjusa bħala l-pass naturali li jmiss wara li wieħed jispiċċa l-iskola u kien hemm ftit alternattivi għaż-żgħażagħ għajr li wieħed imur direttament fil-post tax-xogħol. Filwaqt li f’dawn l-aħħar snin l-attitudnijiet inbidlu, bl-importanza tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) u l-apprendistati li kisbet trazzjoni, bosta negozji u organizzazzjonijiet għadhom jinsistu li l-impjegati potenzjali tagħhom ikollhom lawrja.
Għal xi industriji - partikolarment dawk xjentifiċi jew mediċi - ir-rekwiżiti tar-rwoli huma tali li lawrja universitarja hija verament essenzjali. Imma xi ngħidu dwar dawk l-industriji li mhumiex f’din il-pożizzjoni? Jistgħu jkunu qed jitilfu l-kandidat perfett sempliċiment għax dak iż-żagħżugħ għażel li jaħdem minflok ma jistudja?
Iva, naħsbu li jistgħu.
Esperjenza fid-dinja reali
Dawk li mhumiex gradwati għandhom x’joffru daqs dawk gradwati, biss b’modi differenti. Filwaqt li jistgħu ma jkollhomx l-għarfien u t-tekniki l-aktar avvanzati li kors universitarju jista’ jgħallem, huma aktar probabbli li jkollhom esperjenza ta’ xogħol rilevanti - possibbilment snin ta’ esperjenza - u din l-esperjenza fid-dinja reali hija prezzjuża immens meta tiġi biex tmexxi n-negozju tiegħek ’il quddiem. L-għarfien tal-industrija, tal-klijenti, tal-proċeduri u tal-approċċi jagħmlu impjegat kapaċi jindirizza sitwazzjonijiet differenti b’intuwizzjoni, xi ħaġa li gradwat jista’ ma jkollux.
Ħiliet personali
Komunikazzjoni, ħidma f’tim, solvien ta’ problemi, negozjar... ix-xogħol huwa ħafna aktar minn sempliċiment għarfien prattiku. Filwaqt li l-ħajja universitarja ċertament se tolqot aspetti ta’ komunikazzjoni effettiva u ħidma bħala tim, dawn il-"ħiliet personali" normalment jiġu żviluppati permezz ta’ esperjenza fuq post tax-xogħol. Il-ħaddiema żgħażagħ jitgħallmu jimmaniġġjaw ir-responsabbiltà, jaħdmu taħt pressjoni u jamministraw l-iskadenzi b’mod li l-kontropartijiet tagħhom ibbażati fl-università jistgħu ma jitgħallmux.
L-għarfien tal-post tax-xogħol
Meta tidħol fl-ewwel impjieg post-universitarju tista’ tieħu xokk. Mhux biss huwa ambjent kompletament ġdid, iżda l-ħajja fuq post tax-xogħol teħtieġ approċċ differenti mill-ħajja fl-università. Biex titgħallem kif iġġib ruħek b’mod xieraq u taġġusta ruħek biex taħdem ma’ kollegi, li kollha għandhom l-approċċi u d-difetti tagħhom, tista’ tieħu l-ħin.
Dawk li jkollhom esperjenza ta’ xogħol minflok lawrja x’aktarx li jkollhom tranżizzjoni aktar faċli peress li jkunu diġà esperjenzaw l-ambjent tax-xogħol qabel. Huma ser ikunu jistgħu jikkontribwixxu lill-kumpanija mill-ewwel grazzi għall-ħiliet pre-eżistenti tagħhom, minflok ma jkollhom għalfejn jagħmlu taħriġ kif ikollu bżonn gradwat.
B’mod ugwali
Naturalment, mhux qed ngħidu li l-kumpaniji qatt ma għandhom iħaddmu gradwati - wara kollox, il-gradwati għandhom ħafna x’joffru u l-ħin fl-università jgħallem lezzjonijiet siewja. Iżda billi jżommu l-għażliet tagħhom miftuħa u jikkunsidraw dawk b’esperjenza tax-xogħol b’mod ugwali, in-negozji u l-organizzazzjonijiet se jibbenefikaw mill-aħjar taż-żewġ għażliet u jsibu l-kandidat ideali biex jingħaqdu mal-kumpanija tagħhom
Persunal tajjeb għandu bżonn post tax-xogħol tajjeb, allura għaliex ma tħarisx lejn il-5 suġġerimenti tagħna biex toħloq post tax-xogħol ta’ suċċess għal ftit ispirazzjoni?
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 25 Ottubru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles