Fatati. Kien hawn li beda kollox għal Hannele u l-EURES tal-Finlandja meta kienu qed jippjanaw l-avveniment ta’ reklutaġġ l-aktar riċenti tagħhom. “Għal xi impjegaturi r-reklutaġġ ta’ ħaddiema internazzjonali jqanqal l-istess biża’ li jqanqlu l-fatati,” iċċajtat hi. “U bħal f’kull kastell antik ieħor, hemm il-fatati f’Häme, allura ġietni l-idea li nibni l-avveniment fuq dik il-bażi.”
Il-Kastell ta’ Häme jinsab fit-tarf ta’ lag f’Hämeenlinna, il-Finlandja. Kien il-post perfett għal avveniment li laqa’ aktar minn 80 parteċipant, inklużi persuni li qegħdin ifittxu impjieg u impjegaturi. L-għan aħħari tal-avveniment kien li dawn iż-żewġ gruppi jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ, jgħaddu informazzjoni, esperjenzi u kuntatti lil xulxin u, wieħed jittama, jiffirmaw xi kuntratti ta’ impjieg.
Kellhom ukoll l-opportunità li jgawdu minn seminar b’panel ta’ diskussjoni u fiera ta’ reklutaġġ fuq il-post bi stands - u bi żvilupp spettrali. “Biex nagħmluha [il-fiera ta’ reklutaġġ fuq il-post] aktar attraenti, kien hemm grupp ta’ persuni li jipprovdu d-divertiment li introduċew lill-viżitaturi tal-istand għal storja ta’ reklutaġġ li tixbah lil Ghostbusters,” kompliet Hannele.
Is-suċċess tal-avveniment inqabad fuq vidjo li l-EURES tal-Finlandja rrilaxxa f’Diċembru 2019. Meta mistoqsija dwar il-messaġġ li l-ispettaturi għandhom jieħdu magħhom mill-vidjo, Hannele qalet “li billi tissoċjalizza u tgħaddi informazzjoni, esperjenzi u kuntatti lil ħaddieħor, jirnexxilek tirnexxi fir-reklutaġġ internazzjonali. U billi tinkludi xi ftit divertiment, se tattira aktar parteċipanti ġodda għas-sena ta’ wara.”
Meta ma jkunx qed jorganizza avvenimenti ta’ reklutaġġ fuq it-tema tal-fatati, it-tim tal-EURES tal-Finlandja jkun qed jipprovdi firxa ta’ appoġġ lill-persuni li qegħdin ifittxu impjieg u lill-impjegaturi fil-Finlandja u lil hinn. Huwa xogħol importanti għal pajjiż li qed jesperjenza nuqqas ta’ ħaddiema kkwalifikati f’oqsma bħall-kura tas-saħħa, ix-xogħol tal-metall, il-loġistika, is-servizzi u t-turiżmu (b’mod partikolari f’Lapland).
“Għall-persuni li qegħdin ifittxu impjieg, aħna nipprovdu gwida għar-reklutaġġ u l-użu tal-portal tal-EURES,” spjegat Hannele. Aħna noffru wkoll parir dwar L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek, appoġġ finanzjarju u korsijiet tal-lingwa Finlandiża ssussidjati fuq il-post tax-xogħol.”
Għall-impjegaturi, l-appoġġ għandu x’jaqsam mas-servizzi ta’ reklutaġġ, il-gwida u l-appoġġ finanzjarju għat-taħriġ tal-lingwa. “Ir-reklutaġġ tal-ħaddiema minn pajjiżi oħra jgħin lill-kumpaniji jsiru internazzjonali huma stess u jilħqu swieq internazzjonali,” qalet Hannele. “Dawn il-ħaddiema jibbenefikaw ukoll lill-kumpanija fuq bażi ta’ kuljum billi jwasslu ħiliet ġodda fil-lingwa u jżidu l-fehim ta’ kulturi oħra.”
Is-sit web tal-EURES joffri minjiera ta’ informazzjoni u opportunitajiet kemm għall-persuni li qegħdin ifittxu impjieg li jixtiequ jmorru jgħixu l-Finlandja, kif ukoll għall-impjegaturi Finlandiżi li qegħdin ifittxu li jimpjegaw ħaddiema minn pajjiżi oħra.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq firxa ta’ siti web oħra:
- persuni li qegħdin ifittxu impjieg:
- impjegaturi:
Links relatati:
Persuni li qegħdin ifittxu impjieg
Ifittxu li jimpjegaw ħaddiema minn pajjiżi oħra
Welcome Guide (Gwida ta’ Merħba)
Info Finland (Informazzjoni dwar il-Finlandja)
This is Finland (Din hi l-Finlandja)
Finnish Immigration Service (Servizz Finlandiz tal-Immigrazzjoni)
Aqra aktar:
European Job Days (Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi)
Sib il-Persunal tal-EURES..
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom se jsiru
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 17 Frar 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Partijiet interessati esterni
- Aħbarijiet interni tal-EURES
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles