Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet tal-EURES (474)
RSSFl-Ewropa u fid-dinja kollha, kien hemm bżonn li n-negozji jsibu soluzzjonijiet innovattivi b’rispons għal COVID-19.
Li taħdem mill-bogħod għandu l-benefiċċji tiegħu. Ma tqatta’ l-ebda ħin tivvjaġġa lejn l-uffiċċju u tista’ tilbes il-ħwejjeġ l-aktar komdi li għandek. Iżda jekk qed taħdem mid-dar matul il-pandemija, tista’ ssibha diffiċli biex tikkollabora mal-kollegi tiegħek jew iżżomm rendikont tal-progress ta’ kulħadd.
Li titkellem lingwa barranija hija ħila imprezzabbli. Din iżżid il-kompetittività tiegħek fis-suq tax-xogħol, u hija għodda utli u spiss essenzjali meta tkun qed tgħix u taħdem barra minn pajjiżek. Ħafna riċerkaturi jemmnu wkoll li t-tagħlim ta’ lingwa ġdida huwa tajjeb għall-moħħ tiegħek.
Jekk qed taħdem u tistudja mid-dar minħabba l-COVID-19, jaf issib li għandek aktar ħin x’timla peress li ma tistax toħroġ u tagħmel xi affarijiet li normalment kont tagħmel.
Ħafna minna qed naħdmu jew nistudjaw mid-dar minħabba l-COVID-19. Qed nitgħallmu ngħixu r-rutini normali tagħna mingħajr ma noħorġu mid-dar. Filwaqt li jinstema’ faċli li wieħed joqgħod id-dar, dan iġib miegħu ħafna sfidi ġodda.
Ħafna minna ntlabna naħdmu mid-dar minħabba l-COVID-19. Jekk qatt ma ħdimt mid-dar qabel, jew jekk m’intix żgur jekk għandekx dak kollu li teħtieġ biex tagħmel dan, għamilna lista ta’ ħames affarijiet li teħtieġ biex tkun tista’ tibda. Anke jekk m’intix taħdem bħalissa, xi wħud minn dawn is-suġġerimenti jaf ikunu ta’ għajnuna jekk bħalissa qed tfittex impjieg jew qed tistudja mid-dar.
Hekk kif aktar u aktar nies qed jaħdmu mid-dar, l-intervisti bil-vidjo qed jiżdiedu. Li jkollok intervista online għal impjieg tista’ tkun skoraġġanti, speċjalment meta tkun l-unika ħaġa li tista’ tfixklek milli jkollok l-impjieg tal-ħolm tiegħek. Qed ngħinuk b’xi suġġerimenti importanti biex timpressjona lill-impjegatur futur tiegħek u biex tippreżenta ruħek bl-aħjar mod “virtwali” possibbli.
L-EURES reċentament iċċelebra għeluq il-25 sena tiegħu. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, il-persuni li qed ifittxu impjieg ġew mistiedna jikkondividu l-istejjer tal-EURES tagħhom sabiex ikollhom l-opportunità li jirbħu xi premjijiet kbar. Ir-rebbieħa issa ġew imħabbra u matul il-ftit xhur li ġejjin se nkunu qed nippreżentaw l-esperjenzi tagħhom.
Fi żmien meta l-COVID-19 qed jaffettwa l-UE kollha kemm hi, il-Kummissjoni Ewropea qed tikkoordina rispons Ewropew komuni għat-tifqigħa tal-COVID-19 biex issaħħaħ is-setturi tas-saħħa pubblika tagħna u ttaffi l-impatt soċjoekonomiku fl-UE.
Aktar minn qatt qabel bħalissa ħafna minna qed naħdmu mid-dar minħabba l-COVID-19. Vidjokonferenzi u laqgħat virtwali oħra qed isiru essenzjali, iżda x’jiġri jekk qatt ma kellek bżonn torganizza waħda qabel?