Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 8 Ottubru 2020
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 2 min qari

EURES tgħin lil Pere jibda karriera ġdida barra minn pajjiżu

Żjara f’avveniment ta’ informazzjoni fi Spanja kienet il-bidu tal-vjaġġ ta’ Pere ma’ EURES. Minn mindu seħħ l-avveniment, Pere mar jgħix il-Ġermanja u temm l-ewwel sena tiegħu ta’ taħriġ vokazzjonali.

EURES helps Pere begin a new career abroad
Pere Castellvell

Wara li ħadem f’diversi impjiegi f’setturi differenti f’pajjiżu, Pere Castellvell kien qed ifittex impjieg fis-settur tal-lukandi u tal-catering meta attenda l-avveniment “Għajxien u Xogħol fil-Ġermanja” fil-Katalonja, Spanja.

Fl-avveniment, Pere esprima interess f’opportunitajiet potenzjali fil-Ġermanja u tqiegħed f’kuntatt mal-Konsulent tal-EURES Sofia Tornikidou mis-Servizzi Internazzjonali ta’ Kollokament (Zentrale Auslands- und Fachvermittlung, ZAV), dipartiment tal-Aġenzija Federali Ġermaniża tal-Impjiegi.

Il-Konsulent tal-EURES tgħin biex jiġu identifikati l-opportunitajiet vokazzjonali

Sofia bdiet tgħin lil Pere jfittex opportunitajiet ta’ xogħol fil-Ġermanja. Sa dak iż-żmien, Pere kien qed jiffoka fuq is-settur tal-lukandi u tal-catering iżda ma setax isib ħafna opportunitajiet minħabba n-nuqqas ta’ ħiliet u esperjenza rilevanti tiegħu. Sofia ħeġġitu jwessa’ t-tfittxija tiegħu u jfittex apprendistat biex jispeċjalizza f’industrija differenti. Il-Ġermanja hija magħrufa sew għas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tagħha u Sofia kienet taf li kien se jkun hemm opportunitajiet għal Pere fil-pajjiż.

“Bħala konsulent tal-karriera, tajtu parir dwar opportunitajiet ta’ taħriġ vokazzjonali bħala żagħżugħ fil-Ġermanja,” hija tiftakar. “Wara li spjegajt is-sistema edukattiva fil-Ġermanja, issuġġerejt [li japplika għal] apprendistati. Aħna rrevedejna d-dokumenti tal-applikazzjoni flimkien u tkellimna dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament.”

Appoġġ finanzjarju permezz tal-Ewwel impjieg EURES tiegħek

Bl-għajnuna ta’ Sofia, Pere rnexxielu jikseb apprendistat bħala operatur ta’ maħżen ma’ kumpanija fi Stuttgart, il-Ġermanja. Sofia għenet ukoll lil Pere biex jirċievi appoġġ finanzjarju permezz tal-iskema “L-ewwel impjieg EURES tiegħek”. L-ewwel impjieg EURES tiegħek hija skema ta’ mobilità fix-xogħol għaċ-ċittadini tal-UE li għandhom bejn 18 u 35 sena li qed ifittxu impjieg jew opportunità ta’ taħriġ barra minn pajjiżhom fl-UE. L-iskema pprovdiet appoġġ finanzjarju biex tgħin fir-rilokazzjoni ta’ Pere lejn il-Ġermanja.

Ikompli l-karriera l-ġdida tiegħu fi rwol speċjalizzat

Meta Pere lesta l-apprendistat tiegħu fl-2019, il-kumpanija offrietlu opportunità biex javvanza l-karriera tiegħu billi jiġi mħarreġ bħala speċjalista tal-loġistika tal-maħżen. Pere jirrikonoxxi kemm għamel progress fil-karriera tiegħu minn mindu mar jgħix il-Ġermanja u huwa grat lejn l-EURES għall-appoġġ. “Grazzi, EURES u ZAV. Ninsab grat u kuntent li nista’ nuża din l-opportunità fantastika li tatni l-Ewropa,” huwa jgħid. “Niċċelebra din l-opportunità u nista’ nirrakkomanda t-taħriġ vokazzjonali.”

Bl-appoġġ tal-EURES, Pere kiseb ħiliet ġodda u kwalifika professjonali. Issa jixtieq ikompli jimxi ’l quddiem fil-karriera tiegħu u qed jaħdem fuq il-ħiliet tiegħu fil-lingwa Ġermaniża u Ingliża biex jippreparawh għal aktar sfidi. “Għad għandi lok fejn navvanza,” jgħid.

Jekk int ukoll għandek bejn 18 u 35 sena u interessat li ssib impjieg jew opportunità ta’ taħriġ f’pajjiż ieħor tal-UE, in-Norveġja jew l-Iżlanda, L-ewwel impjieg EURES tiegħek jista jgħinek. Biex issir taf aktar, ikkuntattja Konsulent tal-EURES jew żur: https://www.yourfirsteuresjob.eu/

 

Links relatati:

L-ewwel impjieg EURES tiegħek

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.