Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet tal-EURES (459)
RSS
Ħerqan(a) li titla’ fil-ġerarkija tal-impriża u tavvanza fil-karriera tiegħek? Li tagħraf is-sinjali li jindikaw li inti lest(a) għal promozzjoni jista’ jgħinek biex tħejji lilek innifsek għas-suċċess u taħtaf opportunitajiet ġodda fil-kumpanija tiegħek.

Ilkoll kellna din il-problema – immorru fuq vjaġġ fuq xogħol għal ftit jiem, iżda mar-ritorn tagħna nsibu ma’ wiċċna inbox mimlija emails li ma nqrawx u kompiti pendenti. Dawn huma ftit suġġerimenti biex nibqgħu produttivi meta nivvjaġġaw fuq xogħol.

L-impjiegi staġonali huma mod tajjeb kif tikseb l-esperjenza, taqla’ l-flus, u tivvjaġġa, u din hija r-raġuni għalfejn huma perfettament adatti għaż-żgħażagħ. Kompli aqra biex tiskopri kif ix-xogħol staġonali nbidel meta mqabbel ma’ 10 snin ilu.

Qatt esperjenzajt nuqqas ta’ konċentrazzjoni u tħoss il-ħtieġa li tiċċekkja l-mowbajl tiegħek meta tkun qed taħdem jew tistudja? Naturalment, din tiġri lil kulħadd. Iżda kif inwaqqfu d-distrazzjoni? U x’effett għandha t-teknoloġija fuq l-attenzjoni tagħna?

Il-jiem ta’ valutazzjoni jippermettu lill-kandidati għal impjieg tiegħek jippreżentaw għadd ta’ kompetenzi, xi ħaġa li l-intervisti tradizzjonali ma jagħmlux. Madankollu, jeżistu kumplikazzjonijiet f’avvenimenti wiċċ imb wiċċ li l-jiem ta’ valutazzjoni virtwali jevitaw. Fil-fatt, il-jiem ta’ valutazzjoni virtwali għandhom ħafna vantaġġi.

Is-sindromu ta’ impustur huwa sens ta’ inadegwatezza li jesperjenzaw ħafna persuni, anke meta jkollhom suċċess fil-qasam tagħhom. Jista’ jġiegħel lil dak li jkun li jħoss li ma jistħoqqlux is-suċċess tiegħu u li ma għandux daqstant talenti bħall-oħrajn. Dan huwa l-mod kif għandek tindirizza dan is-sindromu.

Aktar kumpaniji qed jirrikonoxxu l-benefiċċji ta’ programmi ta’ skambju internazzjonali, li jistgħu jkunu mod eċċezzjonali biex l-impjegati jsegwu opportunitajiet ġodda u eċċitanti. Dawn huma erba’ raġunijiet għaliex naħsbu li l-programmi ta’ skambju ta’ xogħol jistgħu jkunu perfetti għalik.

F’din is-serje, nitkellmu ma’ impjegaturi Ewropej biex insiru nafu l-aħjar pariri tagħhom għal dawk li qed ifittxu impjieg. F’dan l-artiklu, nitkellmu ma’ Felomena Kurck tal-kumpanija tat-teknoloġija TELUS International.

Il-kombinazzjoni tax-xogħol mal-istudju hija importanti biex tinkiseb esperjenza u jiġu pprovduti flus addizzjonali biex tappoġġa lilek innifsek. Madankollu, xi wħud jistgħu jsibuha intimidanti għall-bidu. Segwi dawn is-suġġerimenti sempliċi biex jgħinuk tibqa’ effiċjenti fuq il-post tax-xogħol u fl-iskola.

Il-korrispondenza bl-emails tista’ tidher bħala kompitu trivjali, iżda hemm diversi regoli bażiċi li kull professjonist għandu jkun konxju minnhom.