Wara tmien snin jaħdem fl-IT fir-Rumanija, Corneliu Ionut Preotu kien lest għal sfida ġdida, u għalhekk iddeċieda li jmur jgħix id-Danimarka. Issa, jaħdem bħala Maniġer tas-Sigurtà fl-IT fl-industrija tal-ħalib ma’ Arla Foods. Magdalena Houška, mill-Kroazja, u Alpár Imets, mir-Rumanija, ġew id-Danimarka madwar ħames snin ilu biex isegwu lawrji fl-inġinerija tas-softwer fil-VIA University College. Illum, it-tnejn li huma jaħdmu bħala Inġiniera tas-Sistemi fil-kumpanija tas-softwer tal-kompjuter Systematic, filwaqt li jaħdmu speċifikament fuq proġetti ta’ difiża. Angelo Agatino Nicolosi telaq mill-Italja u mar jgħix id-Danimarka 11-il sena ilu. Huwa jaħdem bħala teknoloġista fl-industrija tal-moda ma’ Bestseller, kumpanija tal-ħwejjeġ b’madwar 20 marka tal-moda fid-dinja kollha.
Għaliex id-Danimarka?
Id-Danimarka tista’ tkun post tajjeb ħafna għall-professjonisti tal-IT li jixtiequ jirrilokaw għal għadd ta’ raġunijiet. Wieħed mill-benefiċċji ewlenin huwa li l-industrija tal-IT tad-Danimarka hija innovattiva u tħares ’il quddiem. “Is-suq tal-IT fid-Danimarka huwa dinamiku ħafna u progressiv fl-istess ħin. Huwa aġġornat mal-progress fid-dinja tal-IT,” spjega Corneliu.
Għal ħafna, l-opportunità li tistudja u taħdem f’ambjent fejn jiġi mitkellem l-Ingliż toffri vantaġġ kbir. “Kelli diversi opportunitajiet. Xtaqt nistudja bl-Ingliż, u fid-Danimarka kelli din l-opportunità,” qal Alpár. Huwa apprezza wkoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol fid-Danimarka. “Nista’ nifhem sew jekk xi ħadd irid imur Silicon Valley. Jiġru ħafna affarijiet eċċitanti hemm. Iżda, dak li jogħġobni dwar il-fatt li naħdem fid-Danimarka huwa li, għalkemm iħeġġuk taħdem ħafna u tagħmel xogħlok sew, tiġi skoraġġut ukoll milli taħdem iżżejjed — mhux biss għaliex mhuwiex tajjeb għalik personalment, iżda wkoll għaliex dan lanqas mhuwa tajjeb għall-kumpanija,” huwa kompla jgħid.
Angelo japprezza wkoll il-fatt li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jingħata importanza fid-Danimarka, kif ukoll il-kwalità tal-ħajja inġenerali. “Ġejt offrut xogħol ma’ Google u Facebook diversi drabi. Iżda ma ridtx, għaliex waħda mill-affarijiet li hija importanti għalija mhijiex biss il-karriera tiegħi, iżda wkoll il-possibbiltà li jkolli familja,” huwa spjega. “Is-sistema tas-sigurtà soċjali li ssib hawnhekk fid-Danimarka, ma ssibha mkien ieħor fid-dinja. Hija unika ħafna,” kompla jgħid.
Kultura ta’ xogħol fl-industrija tal-IT Daniża
Meta ġew mistoqsija dwar il-kultura tax-xogħol fid-Danimarka, l-erba’ professjonisti kollha tal-IT semmew li ħassewhom importanti fuq il-post tax-xogħol. “Dak li jogħġobni l-aktar f’xogħli huwa l-libertà fuq ix-xogħol u li nagħmel l-għażliet tiegħi stess,” qalet Magdalena.
Il-kumpaniji Daniżi ġeneralment għandhom struttura organizzattiva ċatta, li jfisser li hemm ġerarkija baxxa ħafna. “Forsi l-aspett l-aktar importanti ta’ dak li ġabni u żammni fid-Danimarka huwa l-istruttura tal-post tax-xogħol. Napprezza l-fatt li nista’ nitkellem mal-maniġer tiegħi direttament, mingħajr passi ta’ ġerarkija li jostakolaw id-djalogu. Tista’ ssemma’ leħnek mal-maniġer u l-kollegi tiegħek meta tħoss li għandek tagħmel dan,” spjega Corneliu.
“Jekk għandek idea tajba ħafna, ma tagħmilx differenza jekk tkunx mort taħdem fil-kumpanija tliet xhur ilu jew jekk tkunx ilek hawn 20 sena – għandek l-istess vuċi bħal kwalunkwe persuna oħra u jekk l-ideat tiegħek ikunu tajbin, se jsiru realtà,” ikkonkluda Angelo.
F’dak li jirrigwarda l-progress fil-karriera, Alpár huwa ottimist: “Fid-Danimarka tingħata s-setgħa fuq il-post tax-xogħol, f’termini ta’ kif tikber int u kif tara lilek innifsek tikber fl-organizzazzjoni, biex dan ikun tajjeb għalik kif ukoll għall-organizzazzjoni.”
Workindenmark, is-servizz pubbliku tal-impjieg li l-maġġoranza tal-Persunal tal-EURES tad-Danimarka jagħmel parti minnu, iqabbel kandidati bi kwalifiki għolja ma’ impjiegi battala fid-Danimarka permezz tal-portal tal-EURES u l-bank tas-CV ta’ Workindenmark. Dan iħeġġeġ lin-nies biex imorru jaħdmu fid-Danimarka kemm online kif ukoll fil-fieri tal-impjiegi, kif ukoll joffri appoġġ lill-kandidati biex iħejju s-CV u l-ittra ta’ akkumpanjament tagħhom għas-suq tax-xogħol Daniż.
Jekk qed tfittex li ssegwi karriera fl-IT, id-Danimarka tista’ tkun il-post għalik. Għaliex ma tidħolx fuq Workindenmark.dk jew fil-portal tal-EURES illum biex tibda t-tfittxija tiegħek għal impjieg fid-Danimarka?
Links relatati:
Aqra aktar:
Il-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 24 Ottubru 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles