Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet12 April 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Kif ser jidher il-post tax-xogħol fl-2050?

Ir-robots, l-awtomazzjoni u l-mudelli ġodda ta’ negozju diġà għandhom rwol sinifikanti fil-post tax-xogħol. Ma hemm l-ebda dubju li t-teknoloġija qed ikollha impatt kbir fuq il-mod ta’ kif naħdmu. Iżda nistgħu nagħmlu xi previżjonijiet għall-futur? Matul id-deċennji li ġejjin, it-tendenza lejn l-awtomazzjoni kif ser tiżviluppa?

What will the workplace look like in 2050?
ThinkStock

Tajjeb li jingħad li n-nies jeħtieġ li jżommu l-ħiliet tagħhom aġġornati u li taħriġ frekwenti ser ikun kruċjali sabiex jibqgħu infurmati sew dwar il-bidliet. Il-ġejjieni tax-xogħol dalwaqt ser isir “is-sopravivenza ta’ dak li l-aktar jadatta ruħu”, qal Paul Mason, direttur tat-teknoloġiji emerġenti għal Innovate UK, meta tkellem f’Artiklu tal-Gazzetta Guardian riċenti.

Esperti nġabru flimkien għal diskussjoni madwar mejda organizzata mill-Guardian, li kienet tinkludi akkademiċi, mexxejja tan-negozju u ekonomisti. Ħafna minnhom qablu li t-taħriġ ser ikun aktar importanti minn qatt qabel, iżda Mark Spelman, membru tal-kumitat eżekuttiv għall-Forum Ekonomiku Dinji, jgħid li f’din id-dinja ġdida ser ikun hemm rebbieħa u telliefa.

“L-idea ta’ taħriġ kontinwu hija ottimista – Nimmaġina li ser ikun hemm taħriġ intensiv ta’ ġurnata fejn in-nies jitgħallmu ħiliet ġodda malajr u mbagħad jiġu impjegati għal xahar meta jkunu meħtieġa,” qal hu. Dan jista’ jagħmel ix-xogħol part-time u x-xogħol freelance aktar prevalenti.

Anand Chopra-McGowan, kap tal-iżvilupp tan-negozju għall-grupp tal-edukazzjoni tal-intrapriżi fl-Assemblea Ġenerali, tara wkoll żmien meta “xogħol għall-ħajja” ikun ħaġa tal-passat.

“Il-ħaddiema tal-ġejjieni ser ikollhom jadattaw ħafna ruħhom u jlaħħqu ma’ tlett irwoli jew aktar differenti fl-istess ħin,” kompla jgħid hu. Għalhekk l-edukazzjoni kontinwa ser ikollha rwol kruċjali biex tgħin lin-nies jiżviluppaw ħiliet ġodda.

Iżda għalkemm il-post tax-xogħol li qed jinbidel iġib l-isfidi tiegħu, il-parteċipanti fid-diskussjoni mill-ewwel osservaw li t-teknoloġija tista’ tkun ukoll ta’ għajnuna kbira. “Jekk inti tuża t-teknoloġija biex tnaqqas l-inċidenti, tipproduċi ikel għan-nies u tiffranka l-ħin – dan jipprovdi valur soċjetali kbir,” spjega Spelman. Huwa jżid jgħid li attwalment dan ma jaqbilx mal-idea ta’ massimizzazzjoni tal-profitti. “Fil-ġejjieni jeħtieġ li npoġġu flimkien il-valur soċjetali u l-valur tal-azzjonisti.”

S’issa t-teknoloġija ntużat biex il-prattiki l-qodma jsiru aktar mgħaġġlin u orħos, iżda ser naslu fi żmien fejn il-kompjuters jistgħu jitgħallmu u jadattaw. Peress li aħna, il-bnedmin, niddisinjaw u noħolqu kompjuters biex jagħmlu dak li aħna rriduhom jagħmlu, avvanzi ġodda ser iwieġbu għall-mod ta’ kif in-nies iridu t-teknoloġija tinbidel.

Għalkemm il-ġejjieni tax-xogħol mhuwiex ċar, il-bord qabel li ħaġa waħda hija ċerta: in-natura tax-xogħol ser tinbidel – ix-xogħlijiet ta’ għada mhux ser ikunu l-istess bħax-xogħlijiet tal-lum. Forsi issa wasal iż-żmien li nagħtu ħarsa lejn il-portal tal-EURES dwar opportunitajiet ta’ taħriġ madwar l-UE!

 

Links relatati:

Meħud ukoll mill-Guardian: Intelligent steps to future-proof your job against the robot revolution

The European Commission’s Life Long Learning Programme

Drop’pin Tomorrow's jobs: An insight into the future of work

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent ta’ EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.