Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet22 Novembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kollox jiffoka fuq fejn trid tmur, mhux fejn tistudja

Hi rringrazzjatni għal darba tnejn talli daħħaltha fil-kumpanija għal internship. Għaliex? Għax xi student universitarju kien ġegħelha temmen li “nies bħalha” dejjem kienu se jkunu fl-aħħar tal-kju biex jiġu impjegati minn “nies bħali”.

It’s about where you want to go, not where you study

Allura min jien? Jisimni Mathieu Lozar u jien il-Kuntatt tal-Marketing ’il Barra fil-Lbiċ tal-Ewropa f’CupoNation u Black-Friday.sale, kumpanija bil-kwartieri ġenerali fi Munich, il-Ġermanja. Kull xahar nirċievi applikazzjonijiet għal internship minn madwar l-Ewropa kollha, u numru sew ta’ dawn l-istudenti jispiċċaw jagħmlu internship magħna biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol f’ambjent ta’ negozju internazzjonali.

U hi min kienet? Mara b’talent fil-qasam tal-marketing. Hi kellha portafoll tajjeb ħafna, esperjenza soda, marki tajbin u l-aktar importanti: ideat dwar kif hi setgħet tikkontribwixxi għat-“Tim CupoNation”. Kienet lesta titgħallem u tikkontribwixxi, li t-tnejn huma importanti ħafna fl-opinjoni tiegħi. Li ma kellhiex kien sfond universitarju. Kienet studjat f’istituzzjoni privata oħra li offriet l-istess tip ta’ edukazzjoni u minħabba dan, hi ħasbet li kienet se tkun fi żvantaġġ.

Għalija, m’għandux x’jaqsam fejn studjajt, imma fejn trid tasal. F’ċerti limiti, ovvjament – “il-ħajja iebsa tal-iskola” mhix biżżejjed! Iżda jekk iddeċidejt li tikseb edukazzjoni għolja, allura ddeċidejt li tilħaq għan. Ħadt l-ewwel pass minn fost ħafna passi u għedt lilek innifsek: “Se nqatta’ l-ħin u nonfoq il-flus fuq dan għax irrid nasal hemm.”

Hemm tista’ tfisser bosta affarijiet. Għalliem, ġurnalist, figurista jew psikologu... il-professjoni hi totalment f’idejk. L-aktar ħaġa importanti hi li għandek għan, u li int iffukat/a biex tilħqu. Ma tmurx tgħix ġo Munich minn belt oħra sempliċiment għax int “speċi ta' motivat/a” biex tara dwar xiex inhi din l-esperjenza.

Diment li xi ħadd ikollu edukazzjoni relevanti u solida, mela dan jinteressani bħala impjegat potenzjali. Kieku jien iffukajt biss fuq l-istudenti universitarji, kont nitlef bosta nies b’talent. Tifhimnix ħażin, jien nimpjega studenti universitarji wkoll (hemm bosta nies b’talent kbir hemm barra), iżda mhux f’numri ogħla minn skejjel ta’ edukazzjoni għolja oħra.

Din tmur lil hinn mill-marki. Din hija dwar it-talent, li tkun trid titgħallem, li tkun trid tikkontribwixxi u fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, kemm trid il-ħaġa. Din hija dwar nies li jridu jirnexxu, u li se jagħtu l-almu tagħhom biex jilħqu l-għanijiet tagħhom. Dak li jinteressani, mhux x’tip ta’ status għandha l-iskola.

Ma nistax nitkellem f’isem il-kumpaniji moderni kollha, iżda l-impressjoni tiegħi hi li ħafna jaħsbuha l-istess bħali. Mela jekk il-kunċett li “l-università hi l-unika għażla” hu dik il-ħaġa li qed iżżommok milli tikseb edukazzjoni xi mkien ieħor, eħles minn dawk il-biżgħat u mur għal xiex trid.

Int taf tkun il-persuna li qed infittex biex nimpjega.

Jekk l-istudju ma jgħoddx għalik, allura hemm ħafna għażliet oħra. Għax ma tipprovax edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (ETV)? Ara l-artikli tagħna dwar l-ETV għal parir tajjeb ħafna, opportunitajiet u informazzjoni.

 

Links relatati:

CupoNation

Black-Friday.sale

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.