Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 19 Ottubru 2022
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 2 min qari

Kif tirrekluta l-interns għall-kumpanija tiegħek

Inti impjegatur li taf dwar il-benefiċċji relatati mal-internships, u ħejjejt programm tajjeb ta’ internship. Iżda issa wasal iż-żmien għall-aktar parti diffiċli − issib il-kandidati adatti. Fortunatament, ħejjejna ftit suġġerimenti dwar ir-reklutaġġ tal-interns.

How to recruit interns for your company

Issieħeb mal-universitajiet lokali

Skont it-tip ta’ internship li qed toffri l-kumpanija tiegħek (full-time jew part-time), il-gradwati reċenti u l-istudenti universitarji jistgħu jkunu l-kandidati perfetti. Ikkuntattja ċ-ċentri tal-karrieri tal-universitajiet lokali tiegħek u ara x’jistgħu jagħmlu biex jippromwovu l-pożizzjoni vakanti ta’ internship tiegħek. Xi universitajiet għandhom ukoll bord tal-impjiegi fejn tista’ tirreklama l-offerta ta’ internship tiegħek. Idea oħra hija li tikkuntattja lill-professuri universitarji mill-qasam tiegħek u tara jekk jistgħux jgħinuk tippromwovi l-pożizzjoni vakanti tiegħek fost l-istudenti tagħhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, xi universitajiet jorganizzaw fieri tal-impjiegi – opportunità tajba ħafna biex jinġabru CVs.

Uża l-media soċjali

Il-media soċjali hija mod tajjeb ħafna biex tirreklama l-post vakanti ta’ internship tiegħek u biex tilħaq il-kandidati adatti. Minbarra li tħabbar il-pożizzjoni vakanti fuq il-paġna tal-media soċjali korporattiva tiegħek, tista’ tikkunsidra li tippubblika fi gruppi komunitarji għal persuni li qed ifittxu impjieg kif ukoll fuq LinkedIn. Jekk tiddeċiedi li tinvesti ftit fir-reklami tal-media soċjali, tista’ saħansitra timmira l-pubblikazzjonijiet tiegħek b’tali mod li jkunu jistgħu jarawhom in-nies li jkollhom l-esperjenza adatta u li jkunu jinsabu fid-demografija rilevanti.

Poġġi l-pożizzjoni vakanti tiegħek fuq l-EURES

Mod tajjeb ħafna kif ixxerred il-kelma dwar il-pożizzjoni ta’ internship tiegħek huwa l-EURES. B’aktar minn 800 000 CVs, l-EURES jista’ jgħinek issib l-intern adatt minn grupp wiesa’ ta’ kandidati, mingħajr ħlas. Tgħallem aktar dwar ir-reklamar ta’ pożizzjoni fuq l-EURES. Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu tal-EURES ikkuntattjaKonsulent tal-EURES f’pajjiżek.

Niedi programm ta’ rakkomandazzjoni

Dan l-aħħar suġġeriment huwa applikabbli biss jekk diġà rreklutajt interns. Ikkuntattja l-interns attwali tiegħek biex tara jekk jistgħux jirrakkomandaw oħrajn. X’aktarx li jkunu jafu studenti jew gradwati oħra b’esperjenza simili li jkunu jixtiequ japplikaw. L-inklużjoni ta’ premju fil-programm ta’ rakkomandazzjoni tiegħek tħeġġeġ aktar rakkomandazzjonijiet.

Programm ta’ internship żviluppat tajjeb jista’ jrendi ħafna benefiċċji, kemm għan-negozju tiegħek kif ukoll għall-intern. Ara s-suġġerimenti tagħna dwar il-mod kif tispikka bħala impjegatur preferut ta’ interns fost il-kompetituri tiegħek.

 

Links relatati:

Irreklama impjieg

Iċċettja mal-Konsulenti tal-EURES

Kif tiżviluppa programm ta’ internship kompetittiv għall-kumpanija tiegħek

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-bażi ta’ data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
  • Ideat u Suġġerimenti
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.