Il-ħiliet lingwistiċi huma fatturi ewlieni
Iberostar huwa katina ta’ ospitalità globali li tispeċjalizza f’lukandi u kumplessi turistiċi lussużi. Il-grupp għandu ħafna kumplessi turistiċi madwar id-dinja, inkluż fi Spanja, il-Greċja u l-Montenegro. Fl-2015, Iberostar irrikorra għand l-EURES għal appoġġ biex isib persunal staġonali għal-lukandi Ewropej tiegħu.
“Bdejna l-kollaborazzjoni tagħna mal-EURES Slovenja minħabba li kellna bżonn insibu persunal b’ħiliet lingwistiċi fl-Ingliż u fil-Ġermaniż,” jispjega Alberto. “Wara li ċċekkjajna l-possibbiltajiet kollha tagħna, iddeċidejna li s-suq tal-ħaddiema Sloven huwa post tajjeb biex wieħed imur [biex ifittex il-ħaddiema].”
Id-divertiment huwa parti kbira mill-offerta ta’ Iberostar. B’mod partikolari, il-grupp jeħtieġ professjonisti biex imexxu l-attivitajiet ta’ saħħa u benesseri tiegħu, speċjalment matul l-eqqel staġun tal-vaganzi. Il-lukandi mhux dejjem ikunu jistgħu jsibu persunal adattat lokalment, għalhekk huwa importanti li jattiraw l-applikazzjonijiet minn barra l-pajjiż, kif jispjega Alberto.
“Għandna ħafna Sloveni jaħdmu fi Spanja u l-Greċja. Hekk kif għandna bżonn persuni li jiddevertu lin-nies u li huma kapaċi jitkellmu żewġ jew tliet lingwi tal-UE, huwa diffiċli li dawn il-ħtiġijiet kollha jiġu koperti biss mill-ħaddiema lokali; għal din ir-raġuni qed nikkollaboraw mal-EURES Slovenja.”
Avvenimenti annwali
“Kull sena nħejju jum għall-intervisti fi [il-kapitali Slovena] Ljubljana fi Frar jew Marzu biex naraw lill-kandidati u nintroduċulhom l-kumpanija,” jgħid Alberto.
L-isforzi ta’ reklutaġġ ewlenin ta’ Iberostar qed iseħħu matul dan il-perjodu tax-xitwa, hekk kif qed ifittex li jimpjega ħaddiema qabel l-istaġun l-aktar popolari tas-sajf. Għall-ħaddiema li qed ifittxu esperjenza ġdida barra minn pajjiżhom, kif inhu komuni fis-settur tal-ospitalità, dan jista’ jippreżenta opportunità ta’ benefiċċju reċiproku.
Minkejja n-natura qasira tar-reklutaġġ staġonali, Alberto jinsisti li hemm opportunitajiet għall-impjegati biex jibqgħu fit-tul, jikbru fi ħdan il-kumpanija u saħansitra jsiru maniġers.
Huwa jgħid li “il-kollaborazzjoni tagħna mal-EURES Slovenja hija ta’ suċċess; kull sena mill-2015 ’l hawn impjegajna ħafna ħaddiema Sloveni tajbin u dawn qed jaħdmu magħna fil-kumplessi tagħna fi Spanja u l-Greċja”.
“Kont fi triqti lejn il-Greċja fi żmien xahar”
Waħda mill-ħaddiema li bbenefikat mill-kooperazzjoni ta’ Iberostar mal-EURES kienet Aleksandra, li telqet mis-Slovenja biex taħdem fil-Greċja.
“Applikajt ma’ Iberostar permezz tal-EURES,” tgħid Aleksandra. “Kont rajt reklam [li jgħid] li Iberostar kien qed ifittex persuni li jiddevertu lin-nies fil-qasam tas-saħħa u l-isport, minn madwar id-dinja kollha.”
“Għalhekk ħadt ċans. Fl-aħħar kelli laqgħa ftit jiem wara fis-Slovenja, u wara kelli wkoll intervista fuq Skype. Impjegawni, u kont fi triqti lejn il-Greċja fi żmien xahar.”
Aleksandra ma kellha l-ebda problema matul il-proċess ta’ reklutaġġ kollu. Iżda għaliex xtaqet tiċċaqlaq? “Għaliex le?” tgħid Aleksandra. “Nies ġodda, esperjenza ġdida, inħobb dak li nagħmel.”
Bis-saħħa tal-EURES, Aleksandra setgħet issib impjieg li permezz tiegħu tagħmel dak li tħobb fl-ambjent ġdid u eċċitanti ta’ pajjiż differenti tal-UE.
Sadanittant, id-deskrizzjoni ta’ Alberto tal-esperjenza ta’ Iberostar turi l-benefiċċji tal-EURES għall-impjegaturi fis-settur tal-ospitalità, b’mod partikolari dawk li jeħtieġu persunal multilingwi u staġonali.
Biex issir taf aktar dwar din l-inizjattiva, ikkuntattja lil Katarina Kavčič mill-EURES Slovenja fuq katarina [dot] kavcicess [dot] gov [dot] si (katarina[dot]kavcic[at]ess[dot]gov[dot]si).
Aqra aktar:
Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 31 Mejju 2019
- Forfattere
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles