Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet15 Mejju 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

EURES: Opportunitajiet għaż-żgħażagħ, għan-negozji u għall-organizzazzjonijiet

Filwaqt li Drop’pin dejjem kien parti mill-familja tal-EURES, ir-rilokazzjoni riċenti tal-pjattaforma għas-sit web tal-EURES għaqqdet sew iż-żewġ servizzi. Aħna ħsibna li kien żmien tajjeb biex nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn l-EURES u x’għandu x’joffri dan in-netwerk uniku liż-żgħażagħ, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet ta’ Drop’pin.

X’inhu l-EURES?

L-EURES hu n-netwerk Ewropew ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea, uffiċċji ta’ koordinazzjoni Nazzjonali u fornituri ta’ servizzi (Membri tal-EURES u sħab tal-EURES) fit-28 Stat Membru tal-UE flimkien mal-Iżvizzera, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. In-netwerk jinkludi wkoll Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES), Servizzi privati tal-impjiegi (PRES), trade unions u organizzazzjonijiet tal-impjegaturi mill-Ewropa kollha bħala sħab.

L-EURES jipprovdi s-servizzi tiegħu permezz ta’ aktar minn 1000 konsulent tal-EURES disponibbli kuljum għal persuni li qed ifittxu x-xogħol u impjegaturi fl-Ewropa kollha, kif ukoll permezz ta’ Il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol, hub ċentrali għal opportunitajiet għall-impjegati u għall-impjegaturi.

X’inhu l-għan tal-EURES?

Stabbilit fl-1993, l-EURES jipprovdi informazzjoni, pariri u opportunitajiet ta’ tqabbil tal-impjieg għal persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol u għal impjegaturi fl-Ewropa kollha. Is-servizz għandu l-għan li jiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema ġewwa l-UE billi jappoġġja n-nies biex isibu xogħol, jew jiżviluppaw il-ħiliet li ser jgħinuhom isibu xogħol fil-futur, u billi jagħti lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet iċ-ċans li jsibu l-kandidati t-tajbin għall-postijiet vakanti tagħhom.

X’joffri l-EURES liż-żgħażagħ?

Permezz tal-Portal tal-EURES dwar il-Mobilità fix-Xogħol, iż-żgħażagħ jistgħu jfittxu impjiegi jew opportunitajiet għaż-żgħażagħ f’varjetà ta’ oqsma fil-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw. Il-magna tat-tiftix versatili tagħmilha malajr u faċli biex issib l-opportunitajiet tajbin għalik.

Il-portal joffri wkoll sistema ta’ ħolqien ta’ CV online u parir prezzjuż dwar l-għajxien u x-xogħol barra l-pajjiż.

X’joffri l-EURES lin-negozji u lill-organizzazzjoniet?

Il-Portal tal-EURES dwar il-Mobilità fix-Xogħol hu post eċċellenti biex in-negozji u l-organizzazzjonijiet jirreklutaw talent ġdid u jsiru jafu aktar dwar il-passi li għandhom jittieħdu meta jiġu reklutati persuni mill-Ewropa kollha. L-impjegaturi jistgħu wkoll jirreklamaw l-opportunitajiet tagħhom għaż-żgħażagħ fuq il-pjattaforma. 

X’inhu L-ewwel xogħol EURES tiegħek?

L-ewwel xogħol EURES tiegħek hu skema ta’ mobbiltà fix-xogħol tal-UE għal nies ta’ bejn it-18 u l-35 sena, li tgħin liż-żgħażagħ isibu xogħlijiet, traineeships jew apprendistati f’pajjiż ieħor tal-UE (flimkien man-Norveġja u l-Iżlanda). Hi opportunità eċċellenti għaż-żgħażagħ biex jiksbu esperjenza ta’ xogħol u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, filwaqt li jesperjenzaw ukoll kultura ġdida u pajjiż ġdid.

Fil-każ ta’ negozji u organizzazzjonijiet, l-iskema tgħinhom isibu ħaddiema żgħażagħ kwalifikati, b’mod partikolari għal pożizzjonijiet li diffiċli jimtlew. Hemm ukoll finanzjament disponibbli għal SMEs biex ikopru parti mill-ispejjeż tat-taħriġ u tal-integrazzjoni biex idaħħlu l-impjegat, it-trainee jew l-apprendist il-ġdid.

X’inhuma l-Jiem l-Impjiegi Ewropej?

Il-Jiem l-Impjiegi Ewropej huma fieri ta’ reklutaġġ online u fil-post uniċi li jlaqqgħu flimkien persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol u negozji jew organizzazzjonijiet minn pajjiżi Ewropej oħrajn.L-avvenimenti jseħħu fuq livell nazzjonali, reġjonali, transkonfinali u transnazzjonali. Il-parteċipanti jistgħu jattendu fiżikament, u hu disponibbli wkoll aċċess remot permezz ta’ livestreaming u għodod għaċ-chat online li jistgħu jintużaw biex isiru intervisti.

Aktar informazzjoni dwar Jiem l-Impjiegi Ewropej li ġejjin tista’ tinstab hawn.

Il-passi li jmiss

L-investiment fiż-żgħażagħ hu essenzjali għall-futur tal-Ewropa u l-artiklu riċenti tagħna jirrifletti l-benefiċċji għan-negozji u għall-organizzazzjonijiet. Esplorajna wkoll programmi oħra tal-UE għaż-żgħażagħ, bħal Erasmus+ u l-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, allura għala ma tarax x’opportunitajiet hemm għalik?

 

Links relatati:

Erasmus+

Skema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

L-ewwel xogħol EURES tiegħek

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Taħriġ EURES
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.