Is-Supereroj
Is-supereroj jimbuttaw lilhom infushom biex jaħdmu aktar minn ħaddieħor. Dawn għandhom it-tendenza li jemmnu li jridu jkunu huma li jaħdmu l-aktar jew li jilħqu l-ogħla livelli ta’ suċċess. Aħna ngħixu f’dinja li kontinwament tenfasizza l-produttività, u s-Supereroj jistgħu jieħdu din l-idea għall-estrem.
Jekk tidentifika lilek innifsek mas-Supereroj, tista’ ssibha diffiċli li tiddelega l-kompiti jew titlob għajnuna meta jkollok bżonnha. Irrikonoxxi li m’għandekx għalfejn terfa’ l-piż li tagħmel kollox waħdek. Dan jgħinek biex tevita l-eżawriment u tnaqqas il-livelli ta’ stress tiegħek. Ipprova fakkar lilek innifsek li l-valur proprju tiegħek m’għandux jiddependi fuq il-produttività tiegħek. Ħu pawżi u pprijoritizza l-benesseri mentali tiegħek meta jkollok bżonn.
Il-Perfezzjonist(a)
Il-perfezzjonisti jistabbilixxu standards inkredibbilment għoljin għalihom infushom, li ta’ spiss ma jkunux realistiċi. Meta ma jkunux jistgħu jissodisfaw dawn l-istandards, jibdew jiddubitaw il-valur tagħhom.
Jekk tidentifika lilek innifsek mal-perfezzjonist(a), irrikonoxxi li l-perfezzjoniżmu tiegħek jista’ jkun kemm saħħa kif ukoll dgħufija. Agħmel sforz konxju biex tistabbilixxi għanijiet realistiċi li huma maniġġabbli u li jistgħu jinkisbu. Ta’ spiss, il-perfezzjonisti jaraw biss l-eżitu finali bħala li jistħoqqlu rikonoxximent. Minflok, iċċelebra s-suċċessi u l-istadji importanti kollha, irrispettivament minn kemm jidhru żgħar għalik.
L-Individwalist(a)
Ta’ spiss l-individwalisti jħossu li sakemm ma jagħmlux xi ħaġa waħedhom, mingħajr assistenza, is-suċċess ma jkunx tagħhom. Huma jemmnu li jekk ikunu rċevew l-għajnuna, il-ħiliet u l-esperjenza tagħhom ma jkunux adegwati.
Jekk tidentifika lilek innifsek mal-individwalist(a), ftakar li tfittex l-għajnuna mhijiex sinjal ta’ dgħufija. Ħafna kompiti jeħtieġu kollaborazzjoni, u tista’ tipproduċi l-aħjar xogħol tiegħek bil-kontribut u bl-għarfien espert ta’ oħrajn. Li titgħallem minn oħrajn jgħinek ukoll biex tikber u ttejjeb il-ħiliet proprji tiegħek.
Il-Ġenju/Ġenja min-Natura
Il-Ġenju/Ġenja min-Natura huwa xi ħadd li sab l-affarijiet faċli mit-tfulija. Meta jiltaqgħu ma’ sfidi u diffikultajiet fil-ħajja adulta, ta’ spiss iħossuhom bħala impusturi, peress li ma jkunux bnew ir-reżiljenza biex ikunu kapaċi jipperseveraw quddiem l-isfidi.
Jekk tidentifika lilek innifsek mal-Ġenju/Ġenja min-Natura, kun af li huwa normali li ma teċċellax f’kollox, speċjalment mal-ewwel darba li tipprova. L-intelliġenza mhijiex fissa – tista’ tiżviluppa l-ħiliet tiegħek permezz ta’ sforz u prattika. Tibżax jekk issib li xi ħaġa tkun diffiċli l-ewwel darba. Hija parti naturali tal-ħajja, għalhekk użaha bħala opportunità biex titgħallem u tikber.
L-Espert(a)
Ta’ spiss l-esperti jemmnu li jeħtieġ li jiddedikaw ammont sinifikanti ta’ ħin għar-riċerka qabel ma jkunu jistgħu jibdew kompitu. Dan jista’ jaffettwa l-produttività, l-ikkompletar tal-kompiti u l-fiduċja meta jippruvaw affarijiet ġodda.
Jekk tidentifika lilek innifsek mal-Espert(a), irrikonoxxi l-ħiliet li diġà għandek – hemm raġuni tajba għalfejn intlabt biex twettaq kompitu partikolari. Li tkun espert ma jfissirx li jeħtieġ li tkun taf kollox, iżda pjuttost li għandek fehim konsiderevoli tas-suġġett. Tibżax minn xi lakuni fl-għarfien tiegħek. Minflok, użahom bħala opportunità biex tagħmel kuntatt mal-oħrajn fit-tim tiegħek u tikkollabora biex issib soluzzjoni.
Għal parir dwar kif tkampa bis-sindromu tal-impustur, ara l-artiklu tagħna dwar “Erba’ regoli tad-deheb biex tindirizza s-sindromu ta’ impustur fuq il-post tax-xogħol”.
Links relatati:
Erba’ regoli tad-deheb biex tindirizza s-sindromu ta’ impustur fuq il-post tax-xogħol
Aqra aktar:
Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 19 Ottubru 2023
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Ideat u Suġġerimenti
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Ideat u Suġġerimenti
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles