Aktar minn 200 esebitur lokali u barrani ħadu sehem fil-Wirja tal-Impjiegi 2017 ta’ April f’Nitra, is-Slovakkja, b’50 minnhom li ppreżentaw opportunitajiet ta’ xogħol barra minn pajjiżhom fil-padiljun tal-Jiem l-Impjiegi Ewropej. Fost l-esebituri kien hemm impjegaturi, rappreżentanti ta’ servizzi tal-impjiegi privati u netwerks tal-informazzjoni tal-UE bbażati fis-Slovakkja. Kiem hemm ukoll Konsulenti tal-EURES minn 10 pajjiżi.
Serge Terburg huwa maniġer taż-żona, Nofsinhar, għall-Grupp Alertec fin-Netherlands, li jispeċjalizza fir-reklutaġġ għas-setturi tekniċi u tal-kostruzzjoni. “L-EURES laqgħuna b’idejhom miftuħin,” qal. “Kellimna lil bosta persuni li kienu qed ifittxu impjieg, u l-ewwel ħaddiema diġà bdew jaħdmu mal-klijent tagħna. Il-kwalifiki għoljin tal-ħaddiema Slovakki, flimkien mal-ħiliet lingwistiċi tajbin fl-Ingliż, ifisser li aħna u l-klijenti tagħna sodisfatti ħafna.”
Stefan Liebig, direttur maniġerjali tal-Aġenzija tal-impjiegi Slovakka Backup, ukoll kien kuntent bir-riżultati. “Diġà għandna tliet kandidati li ngħaqdu ma’ vapur tal-kruċieri ewlieni li jivvjaġġa fix-xmajjar u huma kuntenti bl-impjieg ġdid tagħhom,” spjega. “Barra minn hekk, għandna erba’ kandidati fl-istadju tat-tieni intervista għall-vapur tal-kruċieri li jivvjaġġa fix-xmajjar Ġermaniż A-ROSA. Għal vapuri tal-kruċieri li jivvjaġġaw fl-oċean, qed nippreparaw kuntratt ma’ tliet kandidati. Għalhekk, b’mod ġenerali nistgħu ngħidu li din kienet ta’ suċċess u stajna nilħqu klijenti potenzjali.”
Matul il-fiera ta’ jumejn, 6,500 ruħ żaru l-padiljun tal-Jiem l-Impjiegi Ewropej għal informazzjoni dwar xogħol barra minn pajjiżhom. Fost l-esebituri kien hemm Konsulenti tal-EURES mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, il-Bulgarija, in-Netherlands, il-Ġermanja, l-Iżvezja, il-Finlandja u l-Litwanja.
Il-Konsulent tal-EURES Żvediż Olof Person qal: “Il-fiera offriet xi kandidati rilevanti ħafna għal dak li teħtieġ l-Iżvezja. Aħna għandna nikkunsidraw mhux biss il-kwantità iżda wkoll il-kwalità. Proprjament, jien iltqajt ma’ numru ta’ kandidati li kienu jitkellmu ftit Żvediż, li ma sseħħx ta’ spiss. Żgur li nirritornaw is-sena d-dieħla.”
Annabelle Schmitt, Konsulenta tal-EURES ibbażata f’Dortmund, spjegat: “Ħafna mill-persuni li kienu qed ifittxu impjieg u li tkellimna magħhom – tal-inqas ħamsin jew sittin – kienu interessati fl-ospitalità. Barra mis-setturi problematiċi bħal-loġistika, il-kostruzzjoni u l-IT, kien hemm diversi għalliema b’ħiliet eċċellenti fil-Ġermaniż interessati li jaħdmu fil-Ġermanja, kimiku tal-laboratorju wieħed u għalliem wieħed tal-kindergarten. Aħna sejrin nikkuntattjaw lill-kandidati kollha li tawna s-CVs tagħhom u li jixtiequ appoġġ bit-tfittxija tagħhom għal impjieg.”
L-esebituri offrew total ta’ 4,258 post tax-xogħol battal, prinċipalment fil-kostruzzjoni, fil-kura tas-saħħa u fl-ospitalità, u fi professjonijiet bħal mastrudaxxi, ħaddiema li jaħdmu xogħol tal-metall, welders, operaturi u xufiera. L-impjiegi fuq vapuri tal-kruċieri madwar l-Ewropa kienu karatteristika ġdida din is-sena.
Impjegaturi minn barra kellhom 435 intervista ma’ persuni li kienu qed ifittxu impjieg matul il-jumejn tal-fiera u għandhom il-ħsieb li jibdew impjieg ma’ 294 kandidat li ntgħażlu. F’ittra lill-esebituri wara l-avveniment, il-Koordinatur Nazzjonali tas-Slovakkja tal-EURES, Matúš Caban, qal, “Aħna fiduċjużi li l-fiera tal-impjiegi ta’ din is-sena għenitek tiskopri l-kandidati ideali għall-postijiet battala tiegħek, u ninsabu wkoll ħerqanin li nilqgħuk għall-fiera tas-sena d-dieħla!”
Links relatati:
Aġenzija tal-impjiegi Slovakka Backup
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol f’pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES
Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 Ġunju 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Partijiet interessati esterni
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Midja soċjali
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles