Il-ktejjeb, bl-isem ta’ “Making it Work in Denmark” (Kif Tirnexxi fid-Danimarka), isegwi l-provi u minn xhiex għaddew tmien min-nies, li kollha ġejjin minn pożizzjonijiet fil-ħajja differenti ħafna, li telqu minn djarhom, telqu lill-ħbieb u lill-familji tagħhom biex jibdew avventura Daniża.
Workindenmark huwa servizz għall-impjiegi pubbliku bl-għan li jgħin lil kandidati internazzjonali jsibu impjieg fis-suq Daniż, u jgħin lill-impjegaturi jsibu persunal għal pożizzjonijiet li diffiċli li jinstab xi ħadd għalihom. Ipproduċa l-ktejjeb bħala mezz ta’ kif jagħti sens veru ta’ xi jfisser li timxi għal post ġdid u tgħix fid-Danimarka bħala espatrijat.
“Making it Work in Denmark” juri l-abbundanza ta’ opportunitajiet fi ħdan is-suq tal-impjiegi Daniż. L-individwi li jidhru fil-ktejjeb sabu pożizzjonijiet ġodda f’varjetà ta’ oqsma professjonali, bħall-inġinerija, il-kura tas-saħħa, ix-xjenzi tal-ħajja, il-komunikazzjoni u l-IT.
Il-ktejjeb jipprovdi ħarsa lejn ir-raġunijiet għala dawn imxew għal post ġdid, l-ewwel impressjonijiet tal-pajjiż u l-kultura, id-diffikultajiet li affaċċjaw in-nies u kif għelbuhom, u d-differenzi żgħar li sabu meta waslu.
Kif isemmi Pedro Leitao, li mexa għal Aars minn Lisbona, il-Portugall: “L-ikbar sorpriża għalija kienet li d-Daniżi kellhom mentalità daqshekk miftuħa... wara t-tieni ġimgħa tiegħi diġà kont mistieden għall-ikel.”
Oħrajn jispjegaw is-sorpriża tagħhom bin-nuqqas ta’ ġerarkija fl-istruttura ta’ maniġment Daniża, li tippermetti progress fil-karriera aktar malajr u faċli minn f’xi pajjiżi oħrajn.
Il-ktejjeb jagħti fehim aktar fil-fond tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fid-Danimarka. Kif jgħid Fabrizio Moroni, li huwa minn Milan iżda issa resident ta’ Skanderborg: “Kont sorpriż ħafna bil-fatt li l-affarijiet huma aktar kalmi meta mqabbla ma’ dak li mdorri bih jien, iżda xorta produttivi ħafna... Hawnhekk, naħdem inqas, iżda aktar iffukat. Hemm differenza kbira fil-kultura tax-xogħol.”
Il-ktejjeb jagħtik sens veru għar-realtà għala tagħmel bidla bħal din. Huwa jmur lil hinn minn statistika u numri, iżda huwa dwar nies veri u l-esperjenzi tagħhom, li jintqalu fi kliemhom stess.
Jekk qed tfittex impjieg, bidla fil-karriera u stil ta’ ħajja ġdid, għala ma tikkunsidrax id-Danimarka. Ikkuntattja lil Workindenmark biex tirċievi l-kopja tiegħek ta’ “Making it Work in Denmark” jew niżżel il-verżjoni pdf mis-sit web. Tista’ tagħmel kuntatt permezz tal-posta elettronika workindenmarkworkindenmark [dot] dk (workindenmark[at]workindenmark[dot]dk) jew permezz ta’ chat diretta kull nhar ta’ Ġimgħa mill-10am - 1pm (CET).
Links relatati:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li jmiss
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 21 Frar 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Stejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles