Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 4 Diċembru 2020
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Kif tipprepara biex tmur tgħix barra minn pajjiżek

Li tmur tgħix barra minn pajjiżek għal xogħol jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-karriera tiegħek, iżda tista’ tkun esperjenza iebsa. Iddeċidejt u aċċettajt l-impjieg, iżda issa mhuwiex iż-żmien li tintilef fl-eċċitament tal-mument. Għad għandek x’tippjana, u l-EURES qiegħed hawn biex jgħinek.

How to prepare for your move abroad
EURES

Restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minħabba l-COVID-19

Qabel ma tippjana kwalunkwe vjaġġ, iċċekkja jekk pajjiżek u l-pajjiż ta’ destinazzjoni tiegħek jippermettux l-ivvjaġġar internazzjonali. Informa lill-impjegatur tiegħek jekk ikollok xi tħassib dwar l-ivvjaġġar barra minn pajjiżek. Jistgħu jagħtuk parir li taħdem mid-dar sakemm jitneħħew ir-restrizzjonijiet. Biex tikseb l-aktar informazzjoni aġġornata dwar l-ivvjaġġar fl-Ewropa, iċċekkja l-pjattaforma Re-open EU.

Viżi, passaporti u permessi tax-xogħol

L-UE tiggarantixxi l-moviment liberu taċ-ċittadini tagħha, li jfisser li ċ-ċittadini tal-UE jistgħu jagħżlu li jgħixu u jaħdmu fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż fiż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja). Madankollu, xi restrizzjonijiet jistgħu japplikaw għaċ-ċittadini tal-Kroazja kif ukoll għal ċittadini mhux tal-UE, għalhekk kun żgur li tiċċekkja r-rekwiżiti tal-pajjiż ospitanti tiegħek.

Tinsiex tiċċekkja x’tip ta’ dokument tal-identità għandek bżonn għall-ivvjaġġar tiegħek – jista’ jkollok bżonn passaport internazzjonali, viża jew karta tal-identità biss – dan kollu jiddependi minn fejn int u fejn sejjer. Barra minn hekk, id-dokument tal-ivvjaġġar tiegħek għandu jkollu validità ta’ mill-inqas sitt xhur.

Jekk int ċittadin tar-Renju Unit jew qed tikkunsidra li tiċċaqlaq għal hemm, kun ċert li tiċċekkja dawn il-mistoqsijiet u t-tweġibiet dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, u aqra l-informazzjoni u l-gwida tal-gvern tar-Renju Unit dwar Brexit.

Numru tas-sigurtà soċjali

F’xi pajjiżi, jista’ jkun li jkollok tikseb numru tas-sigurtà soċjali jew tirreġistra r-residenza tiegħek mal-awtoritajiet lokali. Dan jista’ jkun importanti għall-aċċess għal servizzi essenzjali, bħall-kura tas-saħħa, u jista’ jkun legalment meħtieġ għax-xogħol. Xi pajjiżi saħansitra jippermettulek tagħmel dan qabel iż-żmien.

Jekk int ċittadin tal-UE, jaf tkun tista’ tikseb Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea mingħajr ħlas. Din tipprovdilek xi ftit serħan il-moħħ f’termini ta’ kura tas-saħħa, sakemm torganizza d-dokumenti tiegħek.

Akkomodazzjoni

Illum il-ġurnata, l-internet jagħmilha faċli biex issib u torganizza l-akkomodazzjoni tiegħek mill-bogħod. Agħmel tiftixa online dwar liema huma s-siti web tal-abitazzjoni l-aktar popolari fil-pajjiż ospitanti tiegħek. Jista’ jkun li dan ma jkunx il-post perfett, iżda l-aktar ħaġa importanti hija li jkollok xi ħaġa garantita meta tasal. Ladarba tkun issettiljajt, dejjem tista’ tfittex akkomodazzjoni aħjar.

Dejjem oqgħod attent għall-iscams, u ftakar – kun kawt għal sidien li jitolbuk tibgħatilhom il-flus bil-quddiem permezz ta’ Western Union jew MoneyGram.

Lingwa

F’ħafna postijiet madwar l-Ewropa tista’ tkampa bl-Ingliż, iżda hemm ukoll ħafna pajjiżi Ewropej fejn l-Ingliż mhuwiex biżżejjed. Xi pajjiżi joffru lezzjonijiet tal-lingwa bla ħlas jew affordabbli għall-espatrijati, li tista’ tirriċerka minn qabel, iżda tista’ wkoll tibda titgħallem il-lingwa mid-dar b’waħda mill-ħafna għodod ta’ tagħlim tal-lingwa b’xejn disponibbli online.

Bank

Li torganizza l-kont tal-bank tiegħek jista’ ma jkunx l-aktar ħaġa eċċitanti li tagħmel, iżda huwa importanti biex wieħed jibda impjieg ġdid barra minn pajjiżu. F’xi pajjiżi, il-ftuħ ta’ kont bankarju jista’ jkun aktar diffiċli milli biex takkwista numru tas-sigurtà soċjali, għalhekk agħmel ir-riċerka tiegħek dwar it-tip ta’ dokumenti li għandu bżonn ikollok. Xi banek jew tipi ta’ kontijiet jistgħu jiġu rakkomandati lill-espatrijati.

Tfaddil

Li tmur tgħix f’pajjiż ieħor jimplika ħafna spejjeż – minn spejjeż tal-ivvjaġġar sa ħlas bil-quddiem ta’ mill-inqas xahar kera u depożitu ta’ garanzija. Jista’ jkun li jkollok tixtri wkoll oġġetti oħra bħal bjankerija tas-sodda jew anke għamara. F’ħafna impjiegi, jista’ jkollok tistenna sa xahar jew saħansitra aktar qabel ma tirċievi l-ewwel salarju tiegħek, għalhekk kun ċert li ssir taf meta se titħallas u faddal biżżejjed biex tkopri dan il-perjodu.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-fatt li tmur tgħix barra minn pajjiżek għal xogħol, iċċekkja t-taqsima Ħajja u Xogħol, u tiddejjaqx tikkuntattja lill-Konsulent tal-EURES nazzjonali tiegħek  għall-għajnuna.

 

Links relatati:

Perjodu ta’ tranżizzjoni tal-Brexit

Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

Għodod għal tagħlim tal-lingwi mingħajr ħlas biex jgħinuk ittejjeb il-ħiliet tiegħek mid-dar

Moviment ħieles – ċittadini tal-UE

Ħajja u Xogħol

Mistoqsijiet u Tweġibiet – id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, kif deskritti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ

Re-open EU

Fittex Konsulenti tal-EURES

Permessi tax-xogħol

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.