Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet28 Mejju 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

Kif tagħmel is-setup tax-xogħol mid-dar tiegħek aktar ekoloġiku

Matul is-sena li għaddiet, ix-xogħol mid-dar sar in-normalità ġdida minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u għal ħafna impjegati din mhix xi ħaġa li se tinbidel mill-aktar fis. Sabiex timmassimizza l-produttività tiegħek u tgħin lill-pjaneta, agħmel is-setup ta’ darek aktar favorevoli għall-ambjent bil-ħames pariri sempliċi tagħna!

How to make your work-from-home setup greener
EURES

1. Uża għamara tal-uffiċċju użata

Ħafna minna ma konniex narawna naħdmu mid-dar qabel il-pandemija, u ma domniex biex intbaħna li ma konniex ippreparati. Maż-żmien, ix-xogħol mill-mejda tal-kċina sar anqas sostenibbli u kellna bżonn xi ħaġa aktar komda. Minflok ma tixtri mwejjed u siġġijiet tal-uffiċċju ġodda, ipprova sib alternattivi użati online jew fil-ħwienet tal-karità. Antik jew mudell ġdid, qatt ma tista’ tgħid ma’ liema prodott se tiltaqa’ ladarba tibda tfittex!

2. Aqleb għal apparati effiċjenti fl-enerġija

Minflok ma tħalli d-dar b’kollox mitfi biex tmur taħdem, ix-xogħol mid-dar jista’ jfisser li jkollok bżonn iżżomm id-dwal fl-uffiċċju tad-dar tiegħek mixgħulin il-jum kollu. Naturalment, il-fatt li żżomm id-dwal mixgħulin u li tħaddem apparati bħal kompjuters matul il-jum jirrikjedi elettriku addizzjonali u dan aktarx jaffettwa l-kont tal-elettriku tiegħek. Filwaqt li l-impjegatur tiegħek jista’ jikkontribwixxi għaż-żieda fil-kontijiet tiegħek, bidliet żgħar bħal li ssib post għall-uffiċċju tiegħek qrib tieqa b’ħafna dawl naturali jew li tissostitwixxi l-bozoz tiegħek b’bozoz LED effiċjenti fl-użu tal-enerġija jista’ jagħmel differenza u jnaqqas l-ispejjeż filwaqt li jgħin lill-pjaneta.

3. Tużax printer fl-uffiċċju tiegħek

L-użu ta’ printer fid-dar jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent peress li l-biċċa l-kbira tal-kartriġis tal-linka mhumiex riċiklati. Jekk ma jkunx possibbli li taħdem mingħajr printer, ikkunsidra l-użu ta’ kartriġis riċiklati li jerġgħu jimtlew u jerġgħu jinbiegħu. Dawn mhux biss huma aktar favorevoli għall-ambjent, iżda spiss jiswew ħafna anqas ukoll! Barra minn hekk, tista’ tikkunsidra wkoll l-użu ta’ karti riċiklati jekk għadek m’għamiltx dan.

4. Evita li tixtri l-ikla ta’ nofsinhar tiegħek kuljum

Ħafna drabi, li tixtri l-ikla ta’ nofsinhar tiegħek meta tkun ix-xogħol, hija għażla faċli u konvenjenti speċjalment jekk l-uffiċċju tiegħek ikun jinsab qrib ħwienet tal-merċa u kafetteriji, iżda sandwiches u insalati takeaway spiss jinvolvu ħafna mballaġġ tal-plastik. Il-preparazzjoni tal-ikliet id-dar kuljum hija mod faċli biex tnaqqas l-iskart ta’ kuljum tiegħek u tiffranka l-flus. Tista’ wkoll tnaqqas l-iskart billi tagħmel it-te jew il-kafè ta’ filgħodu tiegħek id-dar minflok ma tixtrih fi triqtek lejn ix-xogħol. Jekk tillimita l-użu ta’ kikkri u mballaġġ mhux riutilizzabbli tiffranka l-enerġija u tgħin biex jitnaqqas it-tniġġis. Jekk ikollok bżonn tippakkja l-ikla ta’ nofsinhar tiegħek, il-kontenituri u l-boroż tas-sandwiches riutilizzabbli huma alternattiva tajba ħafna għall-plastik mhux riutilizzabbli.

5. Investi fin-natura

Li tagħmel l-ispazju tax-xogħol tiegħek aktar ekoloġiku mhix biss frażi – hija l-verità! Iż-żieda ta’ pjanti fis-setup tal-uffiċċju tiegħek mhux biss tagħmel il-kamra tidher aħjar, iżda ttejjeb il-kwalità tal-arja tiegħek. Il-pjanti jippurifikaw l-arja ta’ madwarek u xi wħud jibdlu d-diossidu tal-karbonju fl-ossiġenu. Dan jgħin biex jitnaqqas l-istress, iwassal għal ambjent aktar san u biex int tkun aktar kuntent! L-iSpathiphyllum u r-Rampila huma pjanti popolari fil-postijiet tax-xogħol.

Dawn huma ħamsa mill-aħjar suġġerimenti tagħna biex is-setup tax-xogħol mid-dar tiegħek ikun aktar ekoloġiku. Issa pprova implimentahom!

Artiklu prodott fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li se jsiru dalwaqt

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.