B’xorti tajba, l-intrapriżi fil-Ġermanja m’għandhomx għalfejn iħossuhom waħedhom fit-tfittxija tagħhom għal professjonisti internazzjonali kkwalifikati. Iż-Zentrale Auslands- und Fachvermittlung (ZAV), id-Dipartiment Internazzjonali tas-Servizz Pubbliku Ġermaniż għall-Impjieg, jgħinhom ifittxu applikanti potenzjali minn barra l-pajjiż li għandhom ħiliet li huma nieqsa fis-suq Ġermaniż.
Dan huwa wkoll fejn ikun ta’ għajnuna l-EURES. Bħala membru tan-netwerk tal-EURES, iż-ZAV jagħmel użu mill-bażi ta’ data tan-netwerk biex isostni lill-impjegaturi. B’mod aktar speċifiku, huwa jista’ jieħu vantaġġ mill-appoġġ offrut permezz tal-programm “L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek” li jgħin liż-żgħażagħ isibu xogħol jew opportunitajiet ta’ taħriġ barra minn pajjiżhom u jappoġġja lill-impjegaturi biex isibu l-ħiliet li jeħtieġu għall-intrapriża tagħhom.
Intrapriża li bbenefikat mill-appoġġ offrut miż-ZAV u l-EURES hija r-Romantikhotel Astenkrone fir-raħal ta’ Winterberg, f'Nordrhein-Westfalen, li aktar kmieni din is-sena kien possibbli li tilqa' żewġ membri ġodda tal-persunal min-Nofsinhar tal-Ewropa biex jimlew b’mod urġenti postijiet tax-xogħol battala matul l-eqqel tal-istaġun tagħha.
Jörg Templin, maniġer tar-Romantikhotel Astenkrone, jispjega: “Meta żewġ impjegati telquna ħabta u sabta eżatt qabel il-Milied, fil-bidu tal-eqqel tal-istaġun, kellna nsibu wejter u receptionist f’qasir żmien għaliex il-lukanda kienet mimlija kollha. Irrikorrejna għand l-aġenzija lokali tal-impjiegi tagħna, li mbagħad għamlitna f’kuntatt maż-ZAV, li pproponietilna diversi kandidati internazzjonali.”
Templin għażel li jimpjega lil Angelo Cinieri, mill-Italja, u lil Maria Consuelo Bravo, minn Spanja, li sa mill-bidu tas-sena kienu ta’ appoġġ għat-tim ta’ 42 ruħ tal-lukanda. Fiż-żewġ każijiet, kien hemm inqas minn tliet ġimgħat bejn id-data meta l-kandidati ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom permezz taż-ZAV u l-ewwel jum tax-xogħol tagħhom fil-lukanda.
Iż-ZAV kien sab is-CV ta’ Bravo fil-bażi ta’ data tan-netwerk tal-EURES tard fl-2017 u għamel kuntatt magħha. Il-professjoni tagħha hija effettivament għalliema tal-Ispanjol bħala lingwa barranija, iżda kienet ħadmet għal aktar minn tliet snin bħala receptionist f’lukanda f’Barċellona u kienet au pair fi Vjenna, għalhekk is-CV tagħha kien jgħodd sew għal xogħol fil-lukanda.
Cinieri, min-naħa l-oħra, kien diġà magħruf miż-ZAV, peress li d-dipartiment kien diġà sablu post tax-xogħol għas-sajf ġo ħanut tal-ġelat fuq il-gżira ta’ Wangerooge fl-2017. Wara din l-esperjenza, huwa inizjalment mar lura l-Italja, sakemm sema’ dwar wieħed mill-avvenimenti ta’ reklutaġġ taż-ZAV f’kooperazzjoni mal-EURES tal-Italja f’Milan u reġa’ għamel kuntatt magħhom.
“Aħna nnuttajna mill-ewwel li mill-aħħar darba li tkellimna miegħu, huwa kien tejjeb sew l-għarfien tiegħu tal-lingwa Ġermaniża,” fakkret Stephanie Diegel, li taħdem bħala uffiċjal tal-kollokamenti u Konsulent tal-EURES maż-ZAV f’Dortmund. “Għaldaqstant kien immedjatament ċar għalina li stajna nipproponuh bħala kandidat għal impjegaturi oħrajn.”
L-integrazzjoni ta’ impjegati barranin f'intrapriża teħtieġ impenn b'saħħtu ħafna tal-impjegatur, u r-Romantikhotel Astenkrone toffri eżempju tajjeb ta’ dan. Wara l-wasla tagħhom, il-lukanda appoġġat b’mod attiv liż-żewġ impjegati l-ġodda biex jistabbilixxu ruħhom, billi għenithom f’affarijiet relatati mal-akkomodazzjoni u formalitajiet u billi offriet pariri 24 siegħa kuljum.
Kemm Bravo kif ukoll Cinieri rċivew ukoll appoġġ mill-"Ewwel impjieg tal-EURES tiegħek" li għenhom fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom.
“L-impjegati qatt ma għandhom iħossuhom weħidhom”, jemmen Templin. Huwa żid jgħid li l-kumpaniji “m’għandhomx jinjoraw l-importanza tal-integrazzjoni soċjali, għaliex jekk l-impjegati jkunu mdejqin fil-ħin liberu tagħhom, jitilqu wara ftit ta’ żmien”.
“Għall-biċċa l-kbira tal-applikanti internazzjonali, il-vjaġġ lejn il-Ġermanja huwa pass lejn dak li mhux magħruf,” żied jgħid Thorsten Rolfsmeier, li jaħdem bħala direttur tal-unità operattiva taż-ZAV. “Għandhom ikunu jafu eżattament x’għandhom jistennew u liema għajnuna se jirċievu.”
Grazzi għaż-ZAV u l-EURES, ir-Romantikhotel Astenkrone setgħet timla żewġ postijiet ewlenin battala f’perjodu ta’ emerġenza, filwaqt li Bravo u Cinieri kellhom l-opportunità li jiksbu esperjenza ta’ xogħol internazzjonali siewja. Sadanittant, l-appoġġ għall-integrazzjoni pprovdut mil-lukanda, għandu jkun ta’ eżempju tajjeb sabiex isegwuh impjegaturi oħrajn li jkunu se jimpjegaw minn barra l-pajjiż.
L-iskema tal-mobilità "L-ewwel impjieg EURES tiegħek" tgħin liż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-35 sena biex isibu impjieg jew opportunitajiet ta' taħriġ fi Stat Membru ieħor tal-UE, in-Norveġja jew l-Iżlanda, pereżempju permezz ta’ internship, apprendistat jew kors għat-tagħlim ta’ lingwa. Biex tikseb aktar informazzjoni, żur: http://www.yourfirsteuresjob.eu/en/home.
Links relatati:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Tiftix għall-Impjiegi mal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 6 Settembru 2018
- Forfattere
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles