Ċaħda
L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.
Iffiltra skont
Aħbarijiet (459)
RSSCVs. Curriculum vitaes. Résumés. Mhuwiex importanti x'issejħilhom, għandhom skop wieħed ċar: li jippromwovu lilek, l-għarfien tiegħek u l-ħiliet tiegħek – u jikkonvinċu lil reklutatur li inti ta' min tkun intervistat/a. Hemm ħafna ideoloġiji dwar x'jagħmel CV perfetta, liema informazzjoni għandek tinkludi, kif għandha tkun l-istruttura... minflok nitkellmu dwar affarijiet li diġà hemm ħafna informazzjoni dwarhom qegħdin nagħtu ħarsa lejn temi aktar ġenerali sabiex jgħinuk tissimplifika dak li għandek.
Qed tfittex xogħol ġdid, iżda mhux xogħol kwalunkwe? Forsi qed toħlom fuq pożizzjoni bi drama u avventura? Tixxennaq għal post tax-xogħol li għandu dik ix-xi ħaġa żgħira differenti, jew unika? Jekk int tħossok hekk, mela kompli aqra!
Il-persuni li timpjega huma l-qalba tan-negozju jew tal-organizzazzjoni tiegħek. Jekk inti għandek żewġ membri tal-persunal jew mitejn, dawn huma dawk li jmexxu l-kumpanija tiegħek 'il quddiem u jgħinuk tilħaq l-għanijiet tiegħek. Filwaqt li xi kultant, huwa diffiċli li tikseb bilanċ bejn is-sodisfazzjon tal-persunal u l-bżonnijiet u d-domandi tal-kumpanija – u inti qatt m'inti se tkun tista' tagħmel lil kulħadd kuntent il-ħin kollu – aħna fformulajna xi suġġerimenti sabiex ngħinu biex il-post tax-xogħol tiegħek ikun ta' suċċess...
Maciej Słowikowski, raġel Pollakk ta’ 25 sena kien qed jgħix u jaħdem bħala head chef f’bistro mimli ħajja fil-qalba ta’ Londra. Dan sakemm ftit xhur ilu rreġistra mal-EURES u beda l-proċess li jibdel ħajtu ta’ taħt fuq.
Oriġinarjament stabbilita fl-2012 bħala programm pilota, L-ewwel impjieg EURES tiegħek (YfEJ) hija skema tal-mobbiltà fl-impjiegi mmirata li qed tgħin liż-żgħażagħ tal-UE b'talent u li qed ifittxu xogħol jaċċessaw opportunitajiet li qed jiġu offruti min-negozji u l-organizzazzjonijiet fl-Ewropa kollha.
Inizjattiva ġdida biex tittejjeb il-mobilità fix-xogħol taġevola lil 100 ħaddiem li għandhom aktar minn 30 sena u li ġejjin mis-Silesia t'Isfel, il-Polonja. Pawel Frydlewicz hu wieħed mill-26 Pollakk li rnexxielu jsib xogħol.
Oriġinarjament stabbilita fl-2012 bħala programm pilota, L-Ewwel Impjieg EURES tiegħek (YfEJ) hija skema tal-mobbiltà fl-impjiegi mmirata li qed tgħin lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet jimlew postijiet battala f'setturi speċifiċi b'żgħażagħ b'talent mill-UE kollha.
Xahar wara li żaret is-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi (PES) f'Rodi, il-Greċja, Eleni Kritikou sabet impjieg ġdid f'lukanda f'Ħamburg, il-Ġermanja.
Riċentement, l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati (EAfA) organizzat avveniment ta' livell għoli f'Malta biex tiċċelebra l-kisbet tagħha matul l-aħħar erba' snin u biex tħares lejn il-ġejjieni. Aħna ħsibna li jkun tajjeb li neżaminaw mill-qrib din is-sħubija unika u kif in-negozji u l-organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa għadhom jistgħu jiġu involuti.
Seize the Summer, fiera tal-impjiegi online li tiffoka fuq impjiegi staġjonali, tat il-frott lil kumpanija turistika Portugiża u persuna Franċiża li qed tfittex impjieg.