Florian, ta' 21 sena, huwa student fl-aħħar sena li qed jistudja għal BTS [Brevet de technicien supérieur - diploma ta' edukazzjoni ogħla fi Franza] fil-manutenzjoni tal-vetturi, u diġà kiseb xi esperjenza tax-xogħol permezz ta' internship bħala mekkanik tal-vetturi.
Huwa għamel ukoll xi xogħol staġjonali bħala ġardinar fil-Kunsill Lokali ta' Bolbec u għamel volontarjat f'ħostel taż-żgħażagħ fil-Belġju, iżda qatt ma vvjaġġa aktar ’il bogħod għax-xogħol. Madankollu, hu għandu ċertu wanderlust, u l-possibbiltà li jaħdem f’diversi pajjiżi differenti qanqlitlu l-interess.
“Il-karriera tal-ħolm tiegħi tkun impjieg li joffrili l-possibbiltà li nivvjaġġa madwar id-dinja, għaliex dan jippermettili nsaħħaħ l-esperjenza professjonali tiegħi,” qal Florian. “Nixtieq [naħdem fi] fir-Renju Unit, fl-Irlanda, fil-Belġju, fin-Netherlands, fl-Iskandinavja, fil-Ġermanja jew fl-Awstrija.”
Meta Florian ltaqa' mal-kwiżż #Your CareerMove fuq il-paġna tal-EURES Facebook , huwa ntebaħ li din mhux biss kienet opportunità tajba sabiex jara jekk il-ħajja ta' espatrijat tkunx xierqa għalih, iżda kienet ukoll opportunità ta’ vera biex jagħmel apprendistat f’pajjiż barrani. Biex ikollu l-opportunità li jirbaħ, Florian kellu biss iwieġeb sett ta’ mistoqsijiet u jkun ċert li kellu profil ta’ persuna li qed tfittex xogħol fuq il-portal tal-mobbiltà tal-impjiegi tal-EURES.
Ma basarx li fi ftit żmien kien se jintgħażel b’mod każwali bħala r-rebbieħ tal-kwiżż u jkollu l-opportunità li jsegwi l-karriera tal-ħolm tiegħu f’pajjiż barrani.
“Qas qatt ma ħlomt li nispiċċa nirbaħ,” ammetta Florian. “Kont naf li ħafna nies se jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-kwiżż [aktar minn 5,000 persuna żagħżugħa fil-fatt]. Iżda meta skoprejt li jien kont irbaħt il-kompetizzjoni, bejni u bejn ruħi għidt li rrid nisfrutta bl-aħjar mod din l-opportunità u niżgura li twassal għal xi ħaġa.”
Bħala premju, is-CV ta’ Florian se tingħata prominenza mill-EURES f’pajjiż tal-għażla tiegħu. Huwa jitkellem bl-Ingliż u bl-Ispanjol f’livell intermedju flimkien mal-Franċiż nattiv tiegħu, u huwa importanti li kull vjaġġ f’pajjiż barrani jippermettilu jkompli jtejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħu.
L-Irlanda, jew preferibbilment ir-Renju Unit, jippermettuli nipprattika l-Ingliż tiegħi fuq bażi ta’ kuljum,” qal hu. “Il-Belġju (Flanders), in-Netherlands jew wieħed mill-pajjiżi tal-Iskandinavja wkoll jagħtuni l-opportunità li nipprattika diversi lingwi, inkluż l-Ingliż.”
Florian huwa konxju wkoll li jekk isiefer f’pajjiż barrani jista’ jimxi ’l quddiem malajr fil-karriera tal-ħolm tiegħu fil-motorsport. “Jien appassjonat ħafna fil-motorsport u nittama li l-karriera tiegħi tkun f'dan il-qasam, pereferibbilment bħala inġinier,” spjega hu. “Madankollu, jien lest li naċċetta professjoni oħra fil-motorsport jekk ma jirnexxilix insib opportunità ta’ negozju jew ta’ taħriġ fl-inġinerija.”
Florian joħlom fuq impjieg fl-hekk imsejjaħ Motorsport Valley fir-Renju Unit, li huwa magħrufa bħala “d-dar tal-Formula 1” għaliex huwa l-bażi tal-għażla ta’ ħafna mill-aqwa timijiet tal-isport. Dan, flimkien ma’ xewqa biex jikkonsolida l-ħiliet lingwistiċi tiegħu fl-Ingliż, wassluh biex jagħżel il-belt ta’ Banbury, f’Oxfordshire, bħala d-destinazzjoni ppreferuta tiegħu.
Is-CV ta’ Florian issa se tingħata prominenza mill-EURES fir-Renju Unit, fejn huwa jittama li l-abbundanza ta’ kumpaniji tal-motorsport li jinsabu qrib iċ-ċirkwit famuż tat-tlielaq Silverstone tista’ tirriżulta f’opportunità tal-ħolm.
Madankollu, għalissa l-affarijiet qed joħodhom pass, pass. “Il-pass li jmiss għalija huwa li nikseb id-diploma tiegħi u mbagħad jew inkompli bl-istudji tiegħi hawnhekk fi Franza, jew nibda apprendistat f’pajjiż barrani, jekk dan iwassal għal offerta minn kumpanija,” qal.
Minkejja li Florian qed iżomm saqajh sew mal-art, huwa se jkun qed jittama li s-suċċess tiegħu fil-kwiżż tal-EURES ressqu pass aktar viċin il-ħolma tieħu ta’ karriera fil-Formula 1.
#YourCareerMove kien kwiżż multilingwi, li deher fuq il-paġna ta’ Facebook tal-EURES fl-2017, li kellu l-għan li jżid is-sensibilizzazzjoni dwar in-netwerk tal-EURES u s-servizzi tiegħu. Diversi rebbieħa rċevew “goodie bags” bħala premji, filwaqt li r-rebbieħ prinċipali rebaħ l-opportunità li jkollu s-CV tiegħu tidher f’pajjiż tal-UE tal-għażla tiegħu. Żomm għajnejk miftuħin għal aktar opportunitajiet fuq Facebook u oħloq il-profil tiegħek fuq il-portal tal-EURES sabiex tibda t-tfittxija tal-impjieg tiegħek illum.
Links relatati:
Il-paġna ta’ Facebook tal-EURES
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 11 Frar 2018
- Forfattere
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilità
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Taħriġ EURES
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles
