Dawn kollha huma professjonijiet li fihom il-kwalifiki tiegħek jistgħu jiġu vverifikati faċilment minn fruntiera għal oħra permezz tal-Karta Professjonali Ewropea (KPE).
F'dan l-artiklu, aħna ddeskrivejna l-aspetti bażiċi tal-KPE, iżda informazzjoni aktar dettaljata hija disponibbli online permezz ta' L-Ewropa tiegħek. Iċ-ċentri nazzjonali ta' assistenza jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni dwar ir-regoli f'pajjiż partikolari, jew jekk ikollok xi mistoqsija ulterjuri dwar l-UE, int tista' tikkuntattja lil Europe Direct.
Il-KPE mhijiex karta reali - minflok, hija proċedura elettronika li tippermetti li l-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti malajr u faċilment f'pajjiż ieħor tal-UE. Din tfisser ukoll li tista' żżomm kont tal-applikazzjoni tiegħek għar-reġistrazzjoni online u li terġa’ tuża dokumenti mtellgħin diġà biex tibda applikazzjonijiet ġodda għal pajjiżi differenti.
Fil-futur, il-proċedura tal-KPE tista' tiġi estiża għal professjonijiet oħrajn differenti minn dawk imsemmija hawn fuq. Bħalissa, il-professjonisti f'industriji oħrajn iridu jiddependu fuq il-proċeduri standard biex jaċċessaw professjoni regolata f'pajjiż ieħor sabiex il-kwalifiki tagħhom jiġu rikonoxxuti.
Il-proċedura hija disponibbli għal dawk il-persuni li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni tagħhom f'pajjiż ieħor tal-UE fuq bażi temporanja u okkażjonali, jew għal dawk li jixtiequ jibdew jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE u jipprattikaw il-professjoni tagħhom hemm fuq bażi permanenti.
Il-KPE hija l-prova elettronika li int għaddejt mill-kontrolli amministrattivi u li l-kwalifiki professjonali tiegħek ġew rikonoxxuti mill-pajjiż li tixtieq taħdem fih, jew li int issodisfajt il-kundizzjonijiet biex tipprovdi servizzi f'dak il-pajjiż fuq bażi temporanja.
Meta applikazzjoni għal rikonoxximent tiġi approvata mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż ospitanti, int tista' tiġġenera ċertifikat tal-KPE f'format ta' pdf, li jinkludu numru ta' referenza li impjegatur prospettiv jista' juża biex jiċċekkja l-validità tiegħu.
Jekk għandek il-ħsieb li tibda tgħix f'pajjiż barrani għal perjodu twil, jaf tkun tista' jew anki tkun obbligat/a li tirreġistra ma' korp professjonali, bħar-Royal Pharmaceutical Society jew iċ-Chartered Society of Physiotherapy fir-Renju Unit, jew jaf ikollok tgħaddi minn kontrolli addizzjonali li jinkludu l-kapaċità lingwistika, qabel ma tkun tista' tibda tipprattika l-professjoni tiegħek. Int tista' tiċċekkja r-rekwiżiti mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.
Il-KPE hija valida b'mod indefinit jekk int tkun tibda tgħix fit-tul f'pajjiż, iżda jekk int tkun qed tipprovdi servizzi fuq bażi temporanja, hija se tkun valida għal 18-il xahar. Għal dawk il-professjonijiet li jkollhom impatt fuq is-saħħa jew is-sigurtà pubblika, hija valida għal 12-il xahar biss.
Vidjo animat maħluq mill-Kummissjoni Ewropea jispjega s-sistema hawn.
Links relatati:
Il-Karta Ewropea Professjonali (KPE) – vidjo animat
Il-Karta Ewropea Professjonali (KPE) – L-Ewropa tiegħek
Ċentri nazzjonali ta' assistenza
Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali
Korpi professjonali u rekwiżiti lingwistiċi
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 19 Frar 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Ideat u Suġġerimenti
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles