Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet21 Novembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Is-sajf fil-Kroazja, ix-xitwa fl-Awstrija: persuna li qiegħda tfittex ix-xogħol irnexxielha tagħmel dan b'suċċess

Bil-kosta meraviljuża tagħha, il-Kroazja hija destinazzjoni popolari għat-turisti fis-sajf – dan ifisser li hemm domanda kbira ta’ ħaddiema kkwalifikati u esperjenzati fl-ospitalità.

Summer in Croatia, winter in Austria: one jobseeker has made it work
Tomislav Rihter – EURES Croatia

Iżda meta jintemm l-istaġun tas-sajf f’Settembru jew f’Ottubru, parti kbira mill-forza tax-xogħol staġjonali terġa’ tirrikorri għas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Kroat, b’ħafna ħaddiema jibqgħu mingħajr impjieg sakemm jerġa’ jibda l-istaġun f’Mejju. Għal xi wħud, is-soluzzjoni hija li fix-xitwa jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom.

Ejja nieħdu eżempju ta’ Tomislav Rihter, minn Osijek, fil-Lvant tal-Kroazja. Bis-saħħa tal-esperjenza sostanzjali tax-xogħol u l-għarfien tal-Ġermaniż tiegħu, huwa sab xogħol permezz tal-uffiċċju tal-EURES Osijek matul avveniment ta’ reklutaġġ li sar għall-istaġun tal-iskijjar 2016/2017 fl-Awstrija.

Wara proċess tal-għażla fuq il-post mar-rappreżentanti tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Awstrijak (AMS) u l-Kmamar Ekonomiċi, instablu impjegatur f’Oberlech fl-Awstrija.

Hemmhekk, huwa ħadem bħala kok fil-pastiċċerija u kien sodisfatt ħafna bl-esperjenza. “Peress li r-riżorts tal-iskijjar huma mimlija bit-turisti sal-aħħar ta’ April, kellna ħafna xogħol u l-kundizzjonijiet kienu eċċellenti,” qal Tomislav ta’ 42 sena. “Il-kċina tar-ristorant tal-lukanda kienet mgħammra tajjeb u moderna, allura dak kollu li kelli bżonn kien għad-dispożizzjoni tiegħi.

“Ingħatajt kamra ġdida, li kienet spazjuża, imżejna sabiħ u nadifa. Fl-aħħar ta’ ġurnata xogħol, kont inkun fil-paċi u fil-kwiet. Meta tkellimt mal-impjegatur, skoprejt li hemm pjanijiet għal 10 kmamar ġodda u kamra tal-fitness għall-persunal, u dan kollu ser isir sabiex l-impjegati jkunu kuntenti.”

Wara li ntemm l-istaġun tax-xitwa fl-Awstrija, Tomislav irritorna lejn Osijek, u malajr sab impjieg għas-sajf bħala kok f’lukanda fil-gżira ta’ Hvar, fejn huwa jinsab kuntent ukoll.

“Fost il-mistiedna kien hemm kantanti Kroati famużi”, qal, “allura jien kont kuntent li ltqajt magħhom u tgħidx kemm għoġobhom l-ikel tiegħi. U hawnhekk ingħatajt impjieg għall-istaġun tas-sajf fl-2018.”

Il-konsulenta tal-EURES Ivana Šarić, li għenet lil Tomislav fit-tfittxija ta’ xogħol tiegħu, qalet ukoll: “Sabiex ikun hemm ix-xogħol matul is-sena kollha, l-EURES Kroazja stabbilixxa sħubija mal-AMS u mal-EURES Awstrija f’avvenimenti ta’ reklutaġġ għall-istaġun tax-xitwa fl-Awstrija.

“Issa, Tomislav qed jerġa’ jiffoka fuq l-opportunitajiet tal-istaġun tax-xitwa fl-Awstrija, u aħna kuntenti li nistgħu nagħmlu dan l-“istaġun ċirkolari” possibbli għalih, u għal ħafna oħrajn, bis-saħħa tal-kooperazzjoni tajba bejn il-pajjiżi fin-netwerk tal-EURES.”

 

Links relatati:

EURES Kroazja

Servizz tal-Impjieg Pubbliku Kroat

EURES Osijek

Servizz Pubbliku tal-Impjiegi Awstrijak (AMS)

Kmamar Ekonomiċi Awstrijaċi

EURES Awstrija

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent ta’ EURES

Kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol f’pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

EURES fuq Google+

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.