Wieħed jeħtieġ biss iħares lejn l-ismijiet tal-mużiċisti f'dawn l-orkestri biex jara li s-suq tax-xogħol għall-professjonisti huwa wieħed internazzjonali. Bil-bosta kulleġġi tal-mużika prestiġjużi tagħha, il-Ġermanija hija wkoll post attraenti fejn tistudja l-mużika. Madankollu, in-natura internazzjonali tal-industrija tfisser li dawk li jistudjaw fil-Ġermanja jaf ikunu jeħtieġu jkunu lesti biex jgħixu f’pajjiż ieħor biex isibu xogħol.
Sabiex tipprepara mużiċisti potenzjali għal din il-possibbiltà kmieni kemm jista’ jkun fil-karriera tagħhom, ZAV-Künstlervermittlung (is-Servizz ta’ Kollokament għall-Arti tal-Ispettaklu tal-Aġenzija tal-Impjieg Federali tal-Ġermanja) riċentement organizzat avveniment uniku b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-EURES Ġermaniż NCO).
Parir estensiv minn Konsulenti tal-EURES
Madwar 30 student tal-mużika, inkluż dawk li jdoqqu l-arpa, il-vjolin, iċ-ċello, il-flawt u l-bassun, iltaqgħu fl-Orchesterzentrum NRW f’Dortmund fid-29-30 ta’ Ottubru 2018 biex isiru jafu dwar opportunitajiet ta’ impjieg fil-Ġermanja u barra mill-pajjiż.
L-Orchesterzentrum NRW hija faċilità konġunta ta’ erba’ kulleġġi tal-mużika separati, li saret l-ewwel ċentru ta’ taħriġ universitarju reċiproku bħal dan għall-mużiċisti orkestrali fl-Ewropa meta fetħet fl-2009.
Konsulenti tal-EURES mis-Slovakkja, l-Iżvizzera u l-Iżvezja kienu preżenti fl-avveniment biex jipprovdu informazzjoni diretta dwar opportunitajiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. L-istudenti ntqalilhom kif ix-xogħol fi Stat Membru ieħor tal-UE jista’ jipprovdi esperjenza imprezzabbli u ġew introdotti għas-swieq tax-xogħol relatati fil-pajjiżi differenti.
“Il-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-atturi differenti għenet biex l-istudenti li pparteċipaw jingħataw parir b’mod estensiv dwar is-suġġett tal-mobbiltà ġusta,” tgħid Lena Sundheimer min-NCO tal-EURES Ġermaniż.
L-istudenti rċivew ukoll informazzjoni dwar opportunitajiet biex jibbenifikaw minn programmi tal-mobbiltà tal-UE bħal “L-ewwel impjieg EURES tiegħek”, li joffri appoġġ lil persuni li jkunu qed ifittxu impjieg ta’ bejn it-18 u l-35 sena li jridu jaħdmu fi Stat Membru ieħor tal-UE.
“L-EURES jista' jippermetti lill-artisti tal-ispettaklu jibbenefikaw min-netwerk tiegħu”
Filwaqt li l-parteċipazzjoni f'avvenimenti internazzjonali bħal fieri tal-impjieg mhi xejn ġdid għall-Persunal tal-EURES, dan l-avveniment għall-mużiċisti orkestrali huwa eżempju tajjeb ħafna ta’ inizjattiva unika u mmirata.
Is-suq tax-xogħol għall-mużiċisti professjonali huwa kompetittiv u jinbidel kontinwament, li jagħmel avvenimenti bħal dan saħansitra aktar imprezzabbli, kif tispjega l-organizzatur tal-avveniment Lilia Felde-Ritz, minn ZAV-Künstlervermittlung f’Cologne, “Għalina, bħala uffiċjali tal-kollokament għall-mużiċisti orkestrali, li nkunu qrib tal-kulleġġi u l-gradwati tal-mużika huwa importanti ħafna, sabiex nibqgħu aġġornati mal-iżviluppi fis-suq tax-xogħol.”
Tony Erb, Koordinatur tal-EURES għall-Iżvizzera fis-Segretarjat tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi (SECO) f’Bern, li attenda għall-avveniment, enfasizza r-rwol importanti li għandu jaqdi l-EURES biex jappoġġja lill-ħaddiema fis-settur tal-arti tal-ispettaklu: Huwa qal, “Fl-opinjoni tiegħi, il-mobbiltà internazzjonali tal-artisti tal-ispettaklu hija neċessità, u għalija, il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi biex jgħinuhom tagħmel sens.” “L-EURES jista’ jippermetti lill-artisti tal-ispettaklu jibbenefikaw min-netwerk tiegħu.”
L-industriji kulturali u kreattivi joffru medda diversa ta’ opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-UE biex jaħdmu barra mill-pajjiż. Xi servizzi tal-EURES, inkluż ZAV-Künstlervermittlung, Arbetsförmedlingen fl-Iżvezja u Pôle emploi fi Franza, joffru konsultazzjoni dedikata u servizzi ta’ kollokament għal persuni li qed ifittxu impjieg f'dawn is-setturi.
Jekk int mużiċista jew artist/a tal-ispettaklu u interessat f’karriera internazzjonali, jew impjegatur li qed tfittex kandidati b’ħiliet, għaliex ma tikkuntattjax lill-Konsulent tal-EURES lokali tiegħek jew tirreġistra fil-portal tal-EURES illum fuq: https://ec.europa.eu/eures/public/index_mt.
Links relatati:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 21 Marzu 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Ġranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles