Irreklama impjieg - L-Unjoni Ewropea
Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

Irreklama impjieg

L-impjiegi kollha fuq il-portal tal-EURES jiġu mill-bażijiet tad-data tal-postijiet tax-xogħol vakanti ġestiti mis-Servizzi pubbliċi tal-impjiegi kif ukoll mill-Membri u mis-Sħab tal-EURES ta’ 31 pajjiż li jipparteċipaw fl-EURES. Dawn ix-xogħolijiet jistgħu jkunu ta’ żewġ tipi:

  • "Xogħolijiet EURES", xogħolijiet li min iħaddem ikun wera interess fir-reklutaġġ minn pajjiż ieħor jew
  • xi xogħolijiet oħrajn reklamati fid-databases nazzjonali ta’ l-impjiegi.

Jekk trid tirreklama xogħol f’database nazzjonali tax-xogħolijiet u b’hekk tkun tidher ukoll fil-portal EURES inti għandek diversi opzjonijiet għad-dispożizzjoni tiegħek. Bosta pajjiżi joffru soluzzjonijiet ta’ l-Internet Self Service u Call Centres. Jekk jogħġbok ara t-tabella ta’ hawn taħt sabiex tkun taf lil min u kif għandek tikkuntattja fil-pajjiżi rispettivi. Tista’ ssib dettalji ta’ kuntatt tal-konsulenti ta’ l-EURES kollha billi tikklikkja fuq il-buttuna fil-kolonna fuq in-naħa tax-xellug "Ikkuntattja konsulent ta’ l-EURES".

Jekk jogħġbok innota li sikwit teħtieġ user ID sabiex tkun tista’ tuża s-sistemi Self Service u illi xi pajjiżi jeħtieġu li tkun reġistrat bħala min iħaddem f’dak il-pajjiż sabiex tkun tista’ tirreklama xogħolijiet hemmhekk.