Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 13 Ġunju 2019
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 2 min qari

Mekkanik tar-roti għandu opportunitajiet ġodda fin-Norveġja

Li ssib impjieg jaf tkun ta’ sfida, partikolarment jekk il-qasam magħżul tiegħek ma joffrix ħafna opportunitajiet f’pajjiżek. Għal xi wħud, bħall-mekkanik tar-roti Pollakk Grzegorz Osóbka, is-soluzzjoni taf tkun li jiċċaqlaq barra minn pajjiżu.

Bike mechanic enjoys new opportunities in Norway
EURES

Minn mindu dawwar il-passjoni tiegħu f’karriera professjonali, Grzegorz Osóbka kien kiseb aktar minn sitt snin ta’ esperjenza fix-xogħol bir-roti. Minkejja dan, sabha diffiċli biex isib xogħol xieraq f’pajjiżu, il-Polonja, għalhekk beda jwessa’ t-tfittxija tiegħu u jfittex opportunitajiet barra mill-pajjiż. Hawn hu fejn daħal in-network tal-EURES, u l-promozzjoni tiegħu ta’ firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet tax-xogħol madwar l-UE.

“Minn dejjem kont aġġornat b’offerti ta’ xogħol ġodda," spjega Grzegorz. “Meta rajt xi offerti ta’ xogħol barra mill-pajjiż, ħsibt “għaliex le?”  Ridt nipprova xi ħaġa ġdida. Fittixt online dwar il-kumpanija Bike Brothers u sibt li dehru bħala kumpanija serja u stabbli.”

Il-pożizzjoni li applika għaliha Grzegorz intbagħtet lill-EURES il-Polonja minn EURES in-Norveġja, u ġiet promossa mal-Polonja (u l-UE b’mod aktar wiesa’), wara li Bike Brothers avviċinaw in-network. “Konna qed infittxu mekkaniks tajbin u għandna esperjenza tajba b’mekkaniks mill-Ewropa fil-passat,” spjega rappreżentant mill-kumpanija.

“Huwa importanti li jkollna mekkaniks tar-roti tajbin,” kompla jgħid, “u d-domanda għal mekkaniks tar-roti kwalifikati tajbin, hija għolja. Illum il-ġurnata, in-Norveġiżi jużaw ir-roti tagħhom aktar, biex jivvjaġġaw għax-xogħol, l-iskola, il-ħwienet tal-merċa, eċċ.”

Ir-raġuni li Bike Brothers  kienet qed tfittex lil hinn mill-fruntieri tan-Norveġja hija li, filwaqt li l-Polonja m’għandhiex opportunitajiet għall-mekkaniks tar-roti, in-Norveġja għandha l-problema opposta. “Huwa kważi impossibbli li ssib mekkaniks tar-roti tajbin fin-Norveġja. Il-ftit kandidati tajbin huma impjegati minn kumpaniji oħra.”

Dan ipprovda lil Grzegorz bl-opportunità li kien qed ifittex. Huwa bagħat applikazzjoni għal xogħol lill-Uffiċċju Reġjonali tax-Xogħol f’Bialystok u ftit xhur wara, Bike Brothers  ikkuntattjawh u offrewlu perjodu ta’ prova bħala mekkanik tar-roti.

Id-deċiżjoni li jiċċaqlaq lejn in-Norveġja biex jaħdem ma’ Bike Brothers kienet esperjenza pożittiva għal Grzegorz. “Issa għandi kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u qed nagħmel xogħol li dejjem kont inħobb. Inħossni tajjeb ukoll fost il-kollegi sħabi l-ġodda. Insewwi r-roti u nitkellem mal-klijenti.”

Huwa ssetilja wkoll fil-ħajja l-ġdida tiegħu fin-Norveġja. “L-aktar ħaġa li nnotajt hija li fin-Norveġja, il-ħajja hija aktar kalma u mhux mgħaġġla. In-nies huma edukati ħafna. Bħala klijenti, jistennew li jkun hemm l-aqwa kwalità u mhux l-orħos prezz. Kważi kulħadd jitkellem bl-Ingliż — għalija dan kien tassew ta’ għajnuna. Hemm ukoll arja nadifa u natura sabiħa!”

L-EURES tan-Norveġja u n-netwerk usa’ tal-EURES huma pjattaforma kbira għal kumpaniji bħal Bike Brothers li jridu jattiraw ħaddiema tas-sengħa minn madwar l-UE. “Il-kollaborazzjoni kienet tajba ħafna,” qal ir-rappreżentant tal-kumpanija. "Kellna appoġġ tajjeb ħafna mill-EURES minn meta ppreżentajna r-reklam fuq il-post tax-xogħol. Żgur li se nerġgħu nużaw l-EURES fil-futur.”

 

Links relatati:

Sit web ta’ Bike Brothers

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Stejjer ta' suċċess
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.