1. Ħajja eċċitanti
L-affarijiet jinbidlu kontinwament f'kumpanija għadha tiftaħ. Dejjem ikun hemm proġett, skadenza, persuna, idea, kunċett jew laqgħa ġdida. F'ħakka t'għajn tista' titlef xi ħaġa eċċitanti. Xejn mhu ser jagħtik l-istess tqanqil ta' pjaċir fil-ħajja tax-xogħol professjonali tiegħek. L-ebda ambjent ieħor mhu ser jagħtik daqshekk għarfien fi żmien daqshekk qasir. Sena ta' esperjenza f'kumpanija għadha tiftaħ hija ekwivalenti għal sentejn jew tliet snin ta' esperjenza f'korporazzjoni kbira b'aktar storja. Allura jekk inti żagħżugħ/a u għatxan biex tibni karriera, l-għażla li tibda taħdem għal kumpanija li tkun għadha tiftaħ ser tagħtik bidu mill-aqwa.
2. Impjieg li jagħtik sodisfazzjon
Kumpaniji li jkunu għadhom jiftħu ma jirreklutawx interns biex joqogħdu jirranġaw il-karti u jagħmlu l-kafè. Dawn jirreklutaw interns biex jagħmlu xogħol importanti għall-kumpanija. Fuq il-kuntratt tiegħek jaf ikollok miktub "internship" iżda inti ser tiġi ttrattat bl-istess mod daqslikieku inti impjegat full-time. F'kumpanija li tkun għadha tiftaħ, inti jkollok impatt akbar fuq id-direzzjoni tan-negozju u ta' spiss tħossok ferm aktar kunfidenti u komdu/a fir-rwol tiegħek. Kumpanija li tkun għadha tiftaħ huwa l-post ideali biex teżamina lilek innifsek u ssir taf x'issarraf inti stess u liema direzzjoni inti tista' tieħu fil-karriera tiegħek.
3. Mhuwiex faċli
Ma tħossokx komdu/a f'sitwazzjonijiet stressanti? L-aspettattivi jqanqlulek it-tensjoni? Allura inti m'għandekx tingħaqad ma' kumpanija li tkun għadha tiftaħ.Għaliex? Għaliex xejn ma huwa bla intoppi. Anke wħud mill-aktar impriżi ġodda famużi, bħal Uber u Airbnb għad għandhom sfidi li jridu jegħlbu. Xejn ma jsir għaliex "dan huwa l-mod ta' kif aħna dejjem għamilna l-affarijiet hawnhekk". Kumpanija li tkun għadha tiftaħ tistinka biex tiġi rikonoxxuta u biex jirnexxielha tagħmel dan trid taħdem aktar, għal ħin itwal u b'iktar bis-saħħa. Danil-proċess huwa mgħaġġel u mimli taħbit, b'persuni għatxana għas-suċċess. Xi drabi jaf tħossok qisek trid tiġġieled biex sempliċiment tlaħħaq max-xogħol, iżda kemm il-kumpaniji kif ukoll il-persuni li jagħmlu dak l-isforz żejjed jiġu ppremjati. Il-fatt li wieħed jaħdem f'negozju ġdid huwa esperjenza essenzjali sabiex wieħed ikun jaf kif għandu jindirizza l-inċertezza. F'kumpanija li tkun għadha tiftaħ, inti kuljum ser tħoss emozzjoni ta' inċertezza u ser titgħallem kif għandek iġġib ruħek b'mod effiċjenti f'sitwazzjonijiet kummerċjali mhux familjari.
4. "Kollox" huwa possibbli
Ta' spiss, in-negozji ġodda għandhom struttura b'livell wieħed u jiżviluppaw b'ritmu mgħaġġel. Dan ifisser li inti tista' timplimenta u tittestja l-ideat u l-kunċetti tiegħek malajr u bir-reqqa. Inti verament ikollok l-opportunità li tittestja l-limiti ta' dawk l-affarijiet li organizzazzjoni hija kapaċi tikseb f'perjodu ta' żmien qasir. Rari ħafna ser issib il-burokrazija, allura jekk għandek xi idea tajba huwa faċli li din tingħata l-ħajja f'perjodu ta' żmien qasir. Ta' spiss, in-negozji ġodda jkunu lesti li jmorru oltre meta jittestjaw xi ħaġa ġdida, allura għal persuni kreattivi, dan verament huwa ambjent tajjeb.
5. Kun promoss malajr
Meta taħdem f'negozju ġdid, inti ser tiġi rikonoxxut għax-xogħol siewi tiegħek. Minħabba l-istruttura u l-pass mgħaġġel imsemmija qabel, dawk il-persuni li jagħmlu sforz speċjali jiġu ppremjati. Jien bdejt naħdem ma' CupoNation sentejn ilu, u minn Maniġer tal-Kontijiet diġà ġejt promoss għal Maniġer Superjuri tal-Kontijiet u issa għal Kap tal-Ġestjoni tal-Kontijiet. Naturalment, dan ma kienx ikun possibbli mingħajr ħafna xogħol iebes, iżda meta kumpanija tkun qiegħda tespandi malajr, din tiftaħ pożizzjonijiet ġodda aktar ta' spiss minn kumpanija stabbilita.
Links relatati:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Diċembru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles