Tinkwetax, jekk qed taħdem mill-bogħod, għandna 10 suġġerimenti għalik biex ngħinuk torganizza laqgħa virtwali. Jekk bħalissa qed tfittex xogħol, tista’ wkoll tuża dawn is-suġġerimenti f’intervisti ta’ impjieg mill-bogħod, jew sempliċiment biex tibqa’ f’kuntatt mal-ħbieb.
Jekk qed torganizza laqgħa, l-ewwel ħames suġġerimenti tagħna għandhom jgħinuk tipprepara:
- Agħżel is-softwer tiegħek…
Illum il-ġurnata hemm ħafna applikazzjonijiet sofistikati għall-vidjokonferenzi, bħal Zoom, Skype u Microsoft Teams. Agħmel ir-riċerka tiegħek u sib dak li hu l-aħjar għalik. Kun żgur li s-softwer jitniżżel bla ħlas, u ċċekkja jekk jistax jakkomoda biżżejjed parteċipanti. - ... u ttestjah!
Se jkollok bżonn ukoll tittestja minn qabel is-softwer ma’ ħabib/a jew kollega. Il-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet għall-vidjokonferenzi huma sempliċi ħafna wara li tkun użajthom l-ewwel darba, iżda ħafna drabi l-affarijiet jistgħu jmorru żmerċ l-ewwel darba jekk ma tkunx familjari magħhom. - Sib ħin tajjeb
Iċċekkja l-kalendarji tal-persuni u żomm f’moħħok is-sigħat tax-xogħol, iż-żoni tax-xogħol u ċ-ċirkostanzi individwali. Pereżempju, jekk taf li l-parteċipanti għandhom it-tfal, jaf ikollok bżonn tkun flessibbli biex takkomoda l-bżonnijiet tagħhom. - Kun żgur li kulħadd issettjat
Għid lill-parteċipanti tiegħek liema għodod se jkollhom bżonn. Avżahom sew minn qabel u agħtihom struzzjonijiet ċari, u kun żgur li għandhom kwalunkwe kodiċi jew link li jkollhom bżonn biex jissieħbu fil-laqgħa. - Iċċirkola d-dokumenti u qabbad lil xi ħadd jieħu n-noti
Ikkondividi minn qabel kwalunkwe dokument importanti, inkluż l-aġenda jekk ikun hemm bżonnha. Jekk beħsiebek tippreżenta xi ħaġa, ikkunsidra li tikkondividi l-iskrin tiegħek matul it-telefonata. Kun ċert li titfi t-twissijiet tal-email u agħlaq kull tieqa kunfidenzjali minn qabel! Jaf ikollok bżonn tqabbad lil xi ħadd jieħu l-minuti.
Allavolja mill-bogħod, huwa importanti li jiġi prattikat etikett tajjeb matul il-laqgħat, għaldaqstant hawn ħames suġġeriment oħra għal matul il-laqgħa:
- Tbissem għall-kamera!
Inkoraġġixxi lil kulħadd biex juża l-vidjo tiegħu peress li dan jagħmel il-laqgħa aktar realistika. Xi applikazzjonijiet għandhom funzjoni ta’ ‘blur my background’ (sfoka l-isfond tiegħi), li tipproteġi l-privatezza u tipprevjeni kwalunkwe distrazzjoni kkawżata mill-isfond. Kun żgur li tilbes b’mod xieraq ukoll. Ħafna jħossu li meta jilbsu pulit ikollhom attitudni tax-xogħol, u l-klijenti jew l-intervistaturi xorta se jistennew li tidher professjonali. - Agħti ċ-ċans lil kulħadd biex jitkellem…
Xi applikazzjonijiet għandhom funzjoni integrata li bis-saħħa tagħha tidher biss il-persuna li tkun qed titkellem fuq l-iskrin, u dan jinkoraġġixxi lill-parteċipanti biex jitkellmu meta jkun imiss lilhom. Fi kwalunkwe każ, ikkunsidra li jkun hemm persuna li tippresiedi biex taċċerta li l-punti fuq l-aġenda jiġu koperti, biex tiġbor fil-qosor il-punti ewlenin u biex talloka l-opportunità lil kulħadd biex jikkontribwixxi. - ... u agħmel il-mikrofonu tiegħek silenzjuż meta ma tkunx qed titkellem!
L-istorbju fl-isfond bħall-annimali domestiċi jew it-tfal żgħar jista’ jtellef. L-użu ta’ sett ta’ kuffji tal-widnejn b’mikrofonu integrat jista’ jgħin biex dan jiġi evitat, iżda anke n-nifs tiegħek stess jista’ jinstema’ qawwi. L-aktar mod sikur biex tevita dan huwa billi tagħmel il-mikrofonu tiegħek silenzjuż meta tkun qed tisma’ lill-oħrajn. - Tinsiex titkellem fuq affarijiet li mhumiex tax-xogħol
“Kif kien il-vjaġġ tiegħek hawn?” mhux se taħdem f’dan il-każ, iżda kun żgur li tistaqsi lil kulħadd kif qed iħossuhom. Xi persuni jistgħu jħossuhom iżolati u waħidhom meta jaħdmu mid-dar, allura xi ftit konverżazzjoni każwali matul il-laqgħa taf tkun sors pożittiv ta’ interazzjoni. - Agħmel segwitu
Agħmel segwitu tal-laqgħa bl-istess mod kif tagħmel is-soltu. Jekk meħtieġ, iċċirkola noti b’punti ċari għall-azzjoni u l-persuni responsabbli għal dawn l-azzjonijiet.
Nittamaw li dawn l-10 suġġerimenti jgħinuk bil-laqgħa virtwali tiegħek - ir-risq!
Links relatati:
Aqra aktar:
Sib il-Persunal tal-EURES..
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom se jsiru
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 7 April 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Partijiet interessati esterni
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles