“Il-proġett dwar ir-reklutaġġ ta’ chefs beda fl-2015 b’tal-anqas żewġ avvenimenti ta’ reklutaġġ fi Spanja kull sena,” spjega Daniel Bellón Serrano, Konsulent tal-EURES Spanja. “Huwa każ ċar ta’ sitwazzjoni tajba għal kull min hu involut: l-Iżvezja għandha settur tal-osterija dejjem jikber u Spanja għandha tradizzjoni twila ta’ tħarriġ ta’ chefs u professjonisti oħra tal-osterija, b’ħafna skejjel professjonali madwar il-pajjiż.”
L-edizzjoni tal-2018 ta’ dan l-avveniment uniku ta’ reklutaġġ seħħet f’Madrid u laqgħet rappreżentanti minn 10 ristoranti Żvediżi (ħamsa fiżikament u ħamsa onlajn) li kienu qegħdin ifittxu chefs biex jimlew postijiet vakanti fil-kumpaniji tagħhom. Niklas Cramer mil-lukanda Falkenberg Strandbad kien qed ifittex chefs għar-ristorant b’veduta tal-baħar tiegħu. “Diġà rreklutajna xi nies minn Spanja u kellna riżultati tajbin ħafna,” qal. “Impjegajna magħna tnejn full-time u erba’ membri tal-persunal staġjonali għas-sajf. Kull min impjegajna ħadem tajjeb ħafna u ninsab kuntent ħafna b’dan!”
L-avveniment ittella’ fil-faċilitajiet tas-Servizz tal-Impjieg Pubbliku Spanjol, u kien ibbażat fuq l-idea ta’ intervisti bi stil ta’ speed-dating. Fi spazju ta’ ftit sigħat, il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jipparteċipaw f’bejn 4 sa 8 intervisti mar-rappreżentanti tar-ristorant. “Kienet tajba, mgħaġġla u informali,” qal Niklas. “Fi ftit ħin stajna niltaqgħu ma’ ħafna kandidati fiżikament.”
Waħda minn dawk il-kandidati, Rocío Rapallo Fernández, taqbel ma’ dan. “Naħseb li kien mod tajjeb ħafna kif wieħed jgħaqqad lill-impjegaturi mal-impjegati. Dak li jkun jista’ wkoll jieħu idea tal-kumpanija u kif se jkun il-post tax-xogħol.”
Rocío kienet waħda mis-27 chef Spanjol li sabu impjieg ġdid għall-istaġun tas-sajf Żvediż permezz tal-avveniment. Chef li tagħmel xogħolha b’entużjażmu, u waħda li tivvjaġġa madwar id-dinja, Rocío kienet qed tfittex avventura gastronomika ġdida. “Kont ixxurtjata li ntgħażilt minn kumpaniji differenti, biex b’hekk kelli ċ-ċans nagħżel l-aħjar waħda għalija. S’issa, inħossni sodisfatta ħafna bil-kumpanija u bl-ambjent hawn fl-Iżvezja. Żgur li nerġa’ nagħmilha!”
Barra mis-sessjonijiet ta’ speed dating, kienu disponibbli Konsulenti tal-EURES li pprovdew informazzjoni lill-kandidati dwar l-għajxien u x-xogħol fl-Iżvezja, x’dokumenti jkunu meħtieġa mal-wasla tagħhom u l-iskemi tal-mobbiltà varji disponibbli. Il-konsulenti tal-EURES ħadu wkoll lir-rappreżentanti tar-ristoranti f’wieħed miċ-ċentri ta’ taħriġ vokazzjonali tal-osterija f’Madrid – iċ-Ċentru ta’ Taħriġ Vokazzjonali Simone Ortega (Simone Ortega Vocational Training Centre) – fejn setgħu jaraw b’għajnejhom il-kwalità tat-taħriġ li jirċievu x-chefs Spanjoli. Dan qajjem diskussjonijiet dwar kooperazzjoni futura bejn il-kumpaniji Żvediżi u ċ-ċentri ta’ taħriġ Spanjoli.
B’mod ġenerali, l-avveniment kien suċċess kbir. “Il-feedback mingħand dawk li qed ifittxu x-xogħol u l-impjegaturi kien pjuttost pożittiv, spjega Daniel, “u r-riżultati tal-kollokament kienu tajbin. Ovvjament jiddependi mill-ħtiġijiet tal-impjegaturi – u l-kollegi Żvediżi tagħna qed jagħmlu xogħol tajjeb ferm magħhom – iżda jekk kollox imur kif mar fis-snin preċedenti, naħseb li t-timijiet tal-EURES Żvediżi u Spanjoli se jorganizzaw avveniment simili s-sena d-dieħla.”
“Jien nirrakkomanda ħafna din l-esperjenza lil kull min iħobb jivvjaġġa u jaħdem barra minn pajjiżu,” ikkonkludiet Rocío. “Huwa mod tajjeb kif tiskopri pajjiż, il-kultura u t-tradizzjonijiet tiegħu, filwaqt li tħossok bħala persuna tal-post.”
Links relatati:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Diċembru 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Partijiet interessati esterni
- Aħbarijiet interni tal-EURES
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles