Wara li ħalla l-Andalusija, iż-żgħażugħ ta᾽ 27 sena iċċaqlaq lejn Bottrop fil-punent tal-Ġermanja, fejn sab impjieg malajr bis-saħħa tal-appoġġ mill-EURES fil-Ġermanja.
Wara li sar jaf li l-kuntratt tiegħu f᾽Sevilja ma kienx se jiġġedded, Jose kien qed jara x᾽kienu l-għażliet tiegħu. Qatta᾽ semestru fl-Università għat-Teknoloġija fi Graz fl-Awstrija permezz ta᾽ programm tal-Erasmus u kien qed jistudja l-Ġermaniż fl-Istitut Goethe f᾽Sevilja. Minħabba l-qgħad kbir kontinwu fi Spanja, kien qed jikkunsidra jiċċaqlaq lejn il-Ġermanja għal ftit żmien.
Is-servizzi tal-EURES fil-Ġermanja huma fornuti minn German International & Specialized Placement Services (ZAV). Jose mill-ewwel kellu appuntament ma᾽ Markus Skrbina f᾽ZAV, konsulent issekondat lit-tim tal-aġenzija ta᾽ Dortmund, u spjegalu l-possibbiltajiet. "Stajna nwieġbu l-mistoqsijiet kollha tiegħu dwar l-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja, u ssuġġerejna numru ta᾽ postijiet vakanti f᾽din il-professjoni li diffiċli ssib impjegati għaliha," qal Markus.
Bottrop qiegħed fir-reġjun ta᾽ Ruhr, parti mill-Ġermanja li darba kienet magħrufa għall-industrija peżanti u li issa qed tinfetaħ għal industriji ġodda, u fejn, bħal fil-bqija tal-pajjiż, hemm domanda għall-ispeċjalisti tal-IT. Il-kumpanija ta᾽ softwer lokali Celano kienet ilha żmien tfittex biex issaħħaħ it-tim tagħha, u l-aġenzija għall-impjiegi ssuġġeriet li għandhom ifittxu lil xi ħadd lil hinn mill-fruntieri tal-Ġermanja.
Persunal internazzjonali għal soluzzjonijiet internazzjonali
Għalhekk, f᾽Lulju li għadda, ir-rappreżentanti minn Celano, l-Aġenzija għall-Impjiegi Bottrop u Markus Skrbina, iltaqgħu biex jiddiskutu r-rekwiżiti għal speċjalisti barranin. Ġimagħtejn wara, Jose u rappreżentant ta᾽ Celano tkellmu fuq it-telefon, u wara ġimgħa segwiet intervista wiċċ᾽imb᾽wiċċ. F᾽Ottubru, Jose beda l-impjieg il-ġdid tiegħu.
"Il-parir ipprovdut minn ZAV għinna ħafna, minħabba li dejjem kellna persuna ta᾽ kuntatt li tieħu ħsieb il-mistoqsijiet," qalet il-kelliema għal Celano, Maria Niehoff. "U l-impjegati tagħna jogħġobhom il-fatt li issa għandna persunal internazzjonali."
Jose qed igawdi l-esperjenza, minkejja li għalih kollox ġdid. Huwa qal li,"l-ikbar problema li kellu kienet biex isib post fejn jgħix." U hu mhux l-unika persuna fil-kumpanija tiegħu li qed jaffaċċja ħajja ġdida f᾽pajjiż barrani: Il-Kollega Taljan tiegħu, Michele Geri għadu jasal u kien irrakkomandat ukoll minn ZAV.
Skont Markus Skrbina, is-sekondar tiegħu lit-tim ta᾽ ZAV f᾽Dortmund kienet esperjenza siewja. Bħala aġent fis-servizz tal-impjegaturi f᾽Mülheim, hu issa jista᾽ jitkellem mill-esperjenza meta jippreżenta l-possibbiltà li jirrekluta speċjalisti barranin għal kumpaniji lokali.
Links relatati:
German International & Specialized Placement Services (ZAV)
L-għajxien u x-xogħol fil-Ġermanja
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta᾽ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 4 Lulju 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Stejjer ta' suċċess
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles