Juan Carlos de la Cruz Pons tgħallem is-sengħa tiegħu bħala chef fil-Gżira Balearika ta’ Menorca, fejn kiseb esperjenza ta' xogħol u kwalifiki fil-gastronomija u l-ġestjoni gastronomika. Minkejja li kiseb marki tajbin, huwa beda jaħseb li kien jeħtieġ li jħares iktar lil hinn mill-progress fil-karriera tiegħu u kellu idea li jħalli l-gżira, jew saħansitra Spanja għal kollox.
Inwessgħu l-orizzonti
"Kelli l-fortuna li niltaqa’ ma' grupp ta’ voluntiera Ewropej li qattgħu sena f'Menorca mas-Servizz Volontarju Ewropew", jispjega Juan Carlos. Huwa ħaseb aktar u aktar dwar li jitlaq u għamel sforz biex jipprattika l-Ingliż tiegħu.
"Wara ftit snin, fl-2016, iddeċidejt li nwaqqaf l-istudji tiegħi u nesplora orizzonti ġodda," huwa jfakkar. "Imbagħad, ġrat xi ħaġa maġika: żewġt iħbieb qrib tiegħi - kull wieħed mhux konxju li l-ieħor kien ikkuntattjani - it-tnejn bagħtuli opportunità li naħdem fl-Isvezja permezz ta’ servizz imsejjaħ EURES."
Tweġiba f’ġurnata
Juan Carlos iddeċieda li jissottometti s-CV tiegħu u, kien sorpriż li rċieva tweġiba fi żmien ġurnata. “Kienet inkredibilment malajr. Għaddejt mill-proċess ta’ għażla u spiċċajt mort f'Barċellona biex niġi intervistat għal karigi ma' diversi impjegaturi Żvediżi, kollha ġestiti mill-EURES. "
Juan Carlos rċieva tliet offerti ta’ impjieg - wieħed f'Helsingborg, wieħed f'Gothenburg u ieħor fi Stokkolma. Huwa kien appoġġjat bis-sħiħ matul il-proċess ta’ reklutaġġ mill-Konsulenti tal-EURES miż-żewġ pajjiżi, kellu l-ispejjeż tal-vjaġġi tiegħu mħallsa u seta' jqatta’ ħin fit-tlett ibliet kollha. Wara prova ta’ suċċess, Juan Carlos ġie offrut ix-xogħol fi Stokkolma u mexa hemmhekk fi żmien ftit ġimgħat.
Appoġġ kontinwu
Sfortunatament, wara ftit xhur, ix-xogħol fi Stokkolma ma marx kif ippjanat. Juan Carlos ikkuntattja lill-Konsulenti tiegħu tal-EURES, Arnau Soy Massoni (EURES Spanja) u Maria Thoren (EURES Svezja) u spjega s-sitwazzjoni tiegħu.
"L-appoġġ kien immedjat," jgħid. "Irrispondew malajr u b'mod professjonali. Huma ħadu nota tal-problema u pproponew diversi soluzzjonijiet." Għażla waħda kienet li jittrasferixxi ruħu lejn impjegatur ieħor fl-Isvezja, iżda minflok iddeċieda li jieħu pawża u jirritorna lejn Spanja. Madankollu, il-Konsulenti tal-EURES għamluha ċara li l-bieb baqa' miftuħ għalih biex jerġa’ jikkuntattjahom fil-ġejjieni.
Ixxurtjat għat-tieni darba
Wara ftit xhur, Juan Carlos iddeċieda li jimxi lejn il-Ġermanja, li huwa ra bħala opportunità oħra biex jibda ħajja ġdida - din id-darba fil-pajjiż nattiv tal-partner tiegħu. "Iddeċidejt li nikkuntattja lill-Konsulenti tal-EURES tiegħi", jgħid. "Kont naf li fil-Ġermanja kien hemm EURES ukoll, għalhekk ħsibt li forsi jkun hemm il-possibbiltà li nfittex impjieg permezz tagħhom."
Bl-appoġġ ta’ Arnau, Juan Carlos ikkuntattja lis-Servizz ta' Kollokament Internazzjonali Ġermaniż (ZAV), u sab impjieg fi żmien ġimagħtejn. Issa huwa jaħdem bħala sous-chef fi kċina professjonali f'Saarbrücken u diġà ġie promoss.
Ix-xogħol iebes sewa
"Kelli ngħaddi minn ħafna burokrazija, nimla formoli u naħdem iebes," huwa jammetti. “Iżda ma nistax inkun aktar kuntent.” Juan Carlos rċieva appoġġ siewi mill-Istaff tal-EURES fit-tliet pajjiżi u huwa grat ħafna.
"Bħalissa, għandi pożizzjoni u ħajja stabbli f'pajjiż ieħor, u dan kollu huwa grazzi għal dawk in-nies kollha li għamlu l-vjaġġ u t-tranżizzjoni tiegħi possibbli."
Żur il-Portal tal-EURES biex issir taf kif l-EURES jista’ jgħinek. Tista’ wkoll taqra l-istorja oriġinali ta' Juan Carlos (bl-Ispanjol) hawn.
Links relatati:
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Novembru 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles