EURES u l-konsulenti tiegħu spiċċaw bi rwol importanti f’dan il-proċess ta’ reklutaġġ – partikolarment għaċ-Ċentru tal-Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott f’Cork, l-Irlanda. “Bħalissa naqdu disa’ swieq ta’ lingwi differenti,” Aoife Lyons, tispjega Speċjalista tar-Reklutaġġ fiċ-Ċentru. “Xi drabi, ikollna bżonn l-għajnuna biex niżguraw li dawn is-swieq jinqdew, speċjalment minħabba t-tkabbir ekonomiku li ilha tesperjenza l-Belt ta’ Cork fl-aħħar ftit snin.”
“Ir-rwol ta’ Speċjalista tal-Prenotazzjonijiet u l-Klijenti tagħna huwa wieħed li primarjament nħaddmu esternament għalih,” iżżid. “Dan jinvolvi li ngħinu lill-klijenti tagħna b’mistoqsijiet dwar il-prenotazzjoni f’numru ta’ swieq ta’ lingwi.”
Hugh Rodgers, konsulent f’EURES Irlanda, issa ilu jgħin lil Marriott International, Cork bil-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tagħhom għal aktar minn 10 snin. “Aħna nippromwovu l-pożizzjonijiet tagħhom fil-portal tal-EURES u għandna wkoll aċċess għas-siti nazzjonali,” jgħid. “Jien nsib appoġġ kbir ukoll min-netwerk ta’ Konsulenti ta’ EURES f’pajjiżi bħall-Kroazja, id-Danimarka u n-Netherlands, li jqabblu u jippromwovu dawn il-pożizzjonijeit fil-pajjiżi tagħhom stess.”
Waħda minn dawn il-konsulenti hija Martina Vidakovic minn EURES Kroazja, li matul is-snin, għenet biex tqabbel numru ta’ Kroati b’talent ma’ pożizzjonijiet miftuħa fiċ-Ċentru ta’ Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott.
Kienet laqgħa b’kumbinazzjoni bejn il-kollega tagħha u Hugh li nibtet il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ uffiċċji ta’ EURES. “Il-kollega tiegħi Patricija ltaqgħet ma’ Hugh f’kors ta’ taħriġ u semmiet li bosta nies Kroati jitkellmu bil-Ġermaniż, kif ukoll bl-Ingliż,” qalet Martina. “Hugh indika li Marriott International għandha bażi ta’ klijenti Ġermaniżi kbira u hija tabilħaqq ħila lingwistika mfittxija ħafna. Huwa stedinha biex iżżurhom u tara kemm Marriott hija impjegatur tajjeb. Minn hemm ’il quddiem kulħadd jaf x’ġara.”
Martina temmen li l-fatt li l-Kroazja kienet l-aktar pajjiż riċenti li ssieħeb fl-UE kellu sehem biex jagħmel l-isforzi ta’ reklutaġġ tant ta' suċċess. “Bis-suq tax-xogħol li qed jespandi, għandna bosta nies Kroati li huma interessanti f’esperjenza ġodda barra.”
“Il-Kroati togħġobhom ħafna l-Irlanda,” żiedet tgħid, “u hemm bosta similiritajiet kulturali bejn in-nies Irlandiżi u Kroati. L-Irlanda huwa wieħed mill-pajjiżi li huma [il-Kroati] spiss jagħżlu biex jibdew xi ħaġa ġdida.”
Il-feedback minn dawk li għamlu l-vjaġġ għall-Irlanda kien bla dubju wieħed pożittiv. “Malajr jinsew bina għax tant jieħdu gost jaħdmu f’Marriott,” tgħid Martina bid-daħka. “Il-feedback kollu li rċivejna s’issa jikkonferma li dawn huma sodisfatti u qed jieħdu ħsiebhom tajjeb!”
L-esperjenza taċ-Ċentru tal-Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott hija eżempju tajjeb ħafna tal-benefiċċji li jista’ jagħti EURES lill-kumpaniji madwar l-Ewropa.
“Jien naħseb li EURES għandu l-potenzjal li jkun appoġġ kbir għall-kumpaniji li qed jirreklutaw b’mod internazzjonali,” jgħid Hugh. “Dan jilħaq bosta nies madwar il-pajjiżi kollha u għandu netwerk ta’ appoġġ tajjeb ħafna. Dan għandu wkoll l-għodod li jipprovdi kemm għajnuna kif ukoll informazzjoni, u jista’ joffri pakkett komprensiv lill-impjegaturi.”
U bħala rappreżentanta ta’ waħda minn dawn il-kumpaniji, x’inhi l-perspettiva ta’ Aoife? “EURES huwa ta’ għajnuna, informattiv, iwieġeb fil-ħin u dejjem nieħdu pjaċir naħdmu miegħu!” tgħid hi b’entużjażmu. “Joffrilna ħafna appoġġ għall-ħtiġijiet tar-reklutaġġ tagħna.”
Links relatati:
Ċentri ta’ Involviment tal-Klijenti ta’ Marriott International
Aqra aktar:
Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol f’pajjiżi ta’ EURES
EURES Bażi ta’ data tal-Impjiegi
Servizzi tal-EURES għal impjegaturi
EURES Kalendarju tal-Avvenimenti
Avvenimenti Online Li ġejjin
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 31 Mejju 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Partijiet interessati esterni
- Aħbarijiet interni tal-EURES
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles