Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali, li tnediet fl-2016, hija kampanja annwali mfassla biex tippromwovi l-ETV permezz ta’ taħlita ta’ avvenimenti li jseħħu fl-Ewropa kollha: fuq livell lokali, reġjonali kif ukoll nazzjonali. Il-kampanja tlaqqa’ flimkien il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet tan-negozju, it-trade unions, u l-pubbliku usa’ biex ikunu enfasizzati l-benefiċċji tal-ETV u jintwerew l-opportunitajiet mill-Ewropa kollha.
Is-sena l-oħra, ġew organizzati aktar minn 1,800 avveniment u attività fil-kuntest tal-kampanja tal-2018, li laħqu aktar minn 2.4 miljun persuna. S’issa din is-sena, diġà ġew irreġistrati kważi 500 avveniment u attività, b’ħafna aktar mistennija jseħħu matul il-kumplament tas-sena u matul il-Ġimgħa nnifisha.
Għażla għaqlija għal kulħadd
Minkejja kważi 80 % tal-gradwati żgħażagħ tal-ETV li jsibu impjieg ftit wara li jiggradwaw, l-ETV xorta għadhom xi drabi meqjusa bħala “t-tieni għażla” meta mqabbla ma’ għażliet ta’ karriera aktar tradizzjonali. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali għandha l-għan li tbiddel din il-perċezzjoni kemm fost l-impjegati kif ukoll l-impjegaturi potenzjali.
“Is-suġġett ċentrali tal-kampanja tagħna din is-sena hu ‘ETV għal Kulħadd – Ħiliet għall-Ħajja’,” qalet Marianne Thyssen, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema. “Dan minħabba li jien irrid li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jsiru l-ewwel għażla valida kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti. Nemmen verament li l-ETV jipprovdu pass ’il quddiem għal karrieri sinifikanti u ħajjiet sodisfaċenti.”
Nimlew in-nuqqasijiet fil-ħiliet
L-UE qed taħdem ħafna biex tnaqqas in-nuqqasijiet fil-ħiliet fl-ekonomija Ewropea kkawżati minn bidliet mgħaġġla fil-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali tenfasizza kif l-ETV jistgħu jgħinu lill-impjegaturi jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-ħiliet li qed jevolvu b’mod kostanti billi jipprovdu opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għall-impjegati eżistenti. Dan jista’ jgħin lin-nies ta’ kull età biex jadattaw għall-bidliet fis-suq tax-xogħol, itejbu l-potenzjal tagħhom u jwettqu impjiegi ta’ kwalità għolja. Barra minn hekk, dan jista’ jgħin lin-negozji jżommu l-vantaġġ kompetittiv tagħhom fl-ekonomija tal-lum li qed tinbidel b’rata mgħaġġla.
Messaġġ ta’ eċċellenza
Il-Ġimgħa se turi wkoll is-suċċess fl-ETV billi tirrikonoxxi impenji minn nies, organizzazzjonijiet u proġetti fl-Ewropa kollha matul il-Premjijiet għall-Eċċellenza fl-ETV. Il-premjijiet se jiċċelebraw il-kisbiet fl-ETV ibbażati fuq numru ta’ kategoriji differenti, bir-rebbieħa tal-premjijiet magħżula skont voti minn ġurija ta’ membri indipendenti u tal-pubbliku.
“Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali se sservi bħala pjattaforma biex nikkondividu l-messaġġ tagħna ta’ eċċellenza fl-ETV u rrid li dan il-messaġġ jasal fl-Ewropa kollha, mit-Tramuntana għan-Nofsinhar u mil-Lvant għall-Punent,” ikkonkludiet il-Kummissarju Thyssen. “Tliet snin ilu, konna pijunieri ta’ din l-inizjattiva ambizzjuża u kull sena din qed titjieb. Kull sena l-messaġġ tagħna jilħaq aktar nies u aktar nies qed jimpenjaw ruħhom fl-ETV.”
Involvi ruħek!
Għal aktar informazzjoni dwar il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019, ara l-links li ġejjin:
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019
Il-mappa tal-avvenimenti tal-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019
Paġna tal-Avvenimenti fuq Facebook:Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali 2019
Is-sit web tal-Presidenza Finlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2019
Segwi lil Marianne Thyssen fuq FacebookuTwitter
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali fuq Twitter: #EUVocationalSkills, #DiscoverYourTalent
Aqra aktar:
Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 2 Ottubru 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles