Mur għall-kontenut ewlieni
Logo
EURES (EURopean Employment Services)

Jiem Ewropej tal-Impjiegi: 15-il sena nlaqqgħu talenti ma’ opportunitajiet madwar l-Ewropa

Qed tfittex li tespandi l-karriera tiegħek lil hinn mill-fruntieri jew qed tikkunsidra li timpjega kandidati minn pajjiż Ewropew ieħor? Mela l-Jiem Ewropej tal-Impjiegi huma s-soluzzjoni ideali għalik.

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 31 Marzu 2026
  • L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
  • 4 min qari

Immaġina kieku l-persuna jew il-kariga t-tajba kienet biss għafsa ta’ buttuna ’l bogħod, kemm jekk qed tfittex ix-xogħol ideali li jmiss tiegħek jew jekk qed tfittex ħaddiema tas-sengħa għall-kumpanija tiegħek. Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi (EJDs, European Job Days) ilhom ibiddlu din il-viżjoni f’realtà mill-2011, u jaġixxu bħala pont bejn it-talenti u l-opportunitajiet ta’ karriera madwar l-Ewropa.

Sabiex jiċċelebra l-15-il sena li ilu jlaqqa’ persuni li qed ifittxu impjieg ma’ impjegaturi madwar l-Ewropa, il-EURES qed iniedi l-kampanja, “Ingħaqad mal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi” minn issa sal-Milied tal-2026. Din il-kampanja se tenfasizza kif l-EJDs jistgħu jappoġġawk, u b’hekk ikun iż-żmien perfett biex tesplora dak kollu li joffri s-servizz.

L-EJDs joffru aktar minn sempliċement avvenimenti ta’ reklutaġġ; huma pjattaforma ta’ servizz pubbliku li tappoġġa reklutaġġ ġust ta’ impjiegi madwar l-Ewropa. Fi żmien ta’ nuqqas akut ta’ ħiliet u suq tax-xogħol li qed jinbidel b’mod mgħaġġel, il-pjattaforma toffri soluzzjoni unika. Immexxija min-network EURES u appoġġata mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA, European Labour Authority) u mill-Kummissjoni Ewropea, din tgħaqqad l-effiċjenza diġitali ta’ pjattaforma mal-aspett uman tal-konsulenti esperti tal-karrieri.

In-numri jixhdu dan. Matul dawn l-aħħar 15-il sena, aktar minn 400 000 persuna li qed tfittex impjieg ħadu sehem fit-364 avveniment tal-EJDs, u involvew ruħhom ma’ 14 000 impjegatur minn 32 pajjiż madwar l-Ewropa. Il-parteċipazzjoni f’dawn l-avvenimenti wasslet biex jiġu rreklamati 25 000 post tax-xogħol vakanti , u jiġi ġġenerat l-ammont impressjonanti ta’ 250 000 applikazzjoni. Il-pjattaforma tal-EJDs tiġbor flimkien opportunitajiet f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi l-IT, il-kura tas-saħħa, it-turiżmu, il-kostruzzjoni, u aktar.

Għall-persuni li qed ifittxu impjieg, din hija l-passaport għall-Ewropa

Għandek kurżità dwar ix-xogħol barra mill-pajjiż? Tixtieq taħdem fix-xena teknoloġika vibranti ta’ Berlin, fis-settur tal-enerġija rinnovabbli ta’ Copenhagen, jew fl-industrija tal-ospitalità ta’ Madrid? L-EJDs jagħmlu dan possibbli.

Il-pjattaforma tista’ tintuża b’xejn, u hija sikura u sigura. L-avvenimenti ta’ reklutaġġ mhumiex disponibbli biss fuq il-post – tista’ “tattendi” kwalunkwe avveniment ta’ reklutaġġ, iddur eluf ta’ postijiet tax-xogħol vakanti vverifikati u saħansitra jkollok intervisti mal-impjegaturi online, mill-kumdità ta’ darek stess. Jekk m’intix ċert(a) dwar il-proċess, tinkwetax – il-pjattaforma toffri tutorials bil-vidjo dwar kif tirreġistra, tapplika għal impjieg, tiskeda intervisti u tiċċettja mal-impjegaturi.

Għall-impjegaturi, kollezzjoni imprezzabbli taʼ talenti

Qed issibha diffiċli biex issib impjegat għal rwol kritiku? F’ħafna setturi, jista’ jkun diffiċli biex issib kandidati lokali xierqa. L-EJDs joffrulek aċċess b’xejn għal riżerva varjata ta’ kandidati minn madwar l-Ewropa. Tista’ tippowstja postijiet tax-xogħol vakanti, tfittex f’bażi tad-data ta’ CVs u tinvolvi ruħek ma’ persuni li qed ifittxu impjieg li għandhom motivazzjoni reali biex imorru jgħixu f’pajjiż ieħor għax-xogħol.

Il-pjattaforma tappoġġa wkoll reklutaġġ ġust u trasparenti, billi tgħinek issib kandidati li mhux biss għandhom il-ħiliet it-tajba, iżda li wkoll jaqblu mal-kultura tal-kumpanija tiegħek. Minn ħaddiema staġjonali għal professjonisti għolja, l-EJDs jagħmluha aktar faċli għalik biex tikkomunika ma’ firxa wiesgħa ta’ talenti li l-Ewropa għandha x’toffri.

Kif qal reċentement Cosmin Boiangiu, id-Direttur Eżekuttiv tal-ELA: “Matul dawn l-aħħar 15-il sena, l-avvenimenti tal-Jiem Ewropej tal-Impjiegi biddlu l-ħajja ta’ ħafna persuni li qed ifittxu impjieg u tejbu t-tqabbil tal-ħiliet għal eluf ta’ kumpaniji, b’aċċess faċli. Dan huwa reklutaġġ trans-Ewropew online faċli u ġust!”

Qed tfittex li tiltaqa’ ma’ talenti jew li ssib l-opportunità li jmiss tiegħek fl-Ewropa? Iċċekkja l-Jiem Ewropej tal-Impjiegi li ġejjin! U tinsiex tuża #EuropeanJobDays fuq il-media soċjali biex iżżomm ruħek aġġornat(a) dwar l-attivitajiet riċenti kollha.

 

Links relatati:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Sib Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

Il-EURES fuq Facebook

Il-EURES fuq Twitter

Il-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • Ideat u Suġġerimenti
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.