L-EURES, li ġie mniedi fl-1994, huwa netwerk ta’ kooperazzjoni Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi, imfassal biex jiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema. Matul is-snin, l-EURES kiber b'mod li jinkludi 32 pajjiż (28 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera), u aktar minn 1 000 membru tal-Persunal tal-EURES. In-netwerk dejjem ħadem ħafna biex jiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess opportunitajiet, minkejja l-ostakli tal-lingwa, id-differenzi kulturali, l-isfidi burokratiċi, liġijiet differenti dwar l-impjiegi u nuqqas ta’ rikonoxximent taċ-ċertifikati edukattivi madwar l-Ewropa.
Sal-lum, aktar minn 14 300 impjegatur jużaw il-portal u bħalissa qed jiġu rreklamati 3.7 miljun impjieg vakanti. Dawn iċ-ċifri juru d-daqs u l-importanza tal-EURES illum. Meta wieħed iħares ’il quddiem għall-25 sena ta’ servizz li ġejjin, in-netwerk se jwitti t-triq biex jiġi żgurat li ħafna persuni li possibbilment qed ifittxu impjieg u impjegaturi potenzjali jkunu konxji mill-EURES, x’jirrappreżenta, u kif dan jista’ jappoġġjahom matul il-ħajja tagħhom jew fil-proċessi ta’ reklutaġġ tagħhom.
X’servizzi joffri l-EURES?
Il-membri tal-persunal jipprovdu informazzjoni u assistenza lil dawk li qed ifittxu impjieg f’pajjiż Ewropew ieħor, inklużi pariri dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol. Huma jappoġġjaw ukoll lill-impjegaturi fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn pajjiżi oħra.
Is-servizzi tal-EURES għal dawk li qed ifittxu impjieg u għall-impjegaturi huma pprovduti mis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fil-pajjiżi parteċipanti, kif ukoll minn diversi servizzi tal-impjieg privati, trejdjunjins u organizzazzjonijiet tal-impjegaturi.
X’inhi l-#EURES25?
L-#EURES25 hija kampanja ta' komunikazzjoni fuq ħames xhur mal-UE kollha, li tiċċelebra l-25 anniversarju tan-netwerk EURES. Din se tibqa’ għaddejja sa Jannar 2020.
X’inhuma l-objettivi ewlenin?
- Li jiġu ċċelebrati l-kisbiet tal-EURES f’dawn l-aħħar 25 sena billi jintwerew it-tkabbir u l-kisbiet kontinwi tiegħu.
- Li titlaqqa’ flimkien il-familja EURES u jiġu ċċelebrati l-istejjer ta’ suċċess u l-kisbiet tagħha.
- Dawk li qed ifittxu impjieg għandhom ikunu konxji mill-EURES u jibbenefikaw mis-servizzi tiegħu billi jirreġistraw direttament fuq il-Portal dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-EURES jew billi javviċinaw direttament lill-Persunal tal-EURES f’pajjiżi speċifiċi.
- Li titqajjem kuxjenza dwar l-EURES u tiżdied il-viżibilità tiegħu għall-benefiċċju ta’ dawk li qed ifitxxu impjieg, tal-ħaddiema, tal-impjegaturi u ta’ kwalunkwe ċittadin li jixtieq jibbenefika mis-servizzi tiegħu permezz tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni fl-Ewropa.
- Li titrawwem klima ta’ opportunitajiet futuri ma’ impjegaturi ġodda li jkunu interessati li jikkollaboraw mal-EURES.
Kif nista’ ninvolvi ruħi fl-#EURES25?
Tista’ ssegwi u tinvolvi ruħek fil-kampanja fuq il-midja soċjali billi tuża l-hashtag #EURES25.
Għal avvenimenti f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek bħala parti mill-kampanja, iċċekkja l-kalendarju tal-avvenimenti sħiħ tal-EURES .
Tista’ tiskopri wkoll l-aktar aħbarijiet riċenti dwar l-#EURES25 fuq il- paġna ta’ Facebook tal-EURES, kif ukoll fuq Twitter u LinkedIn.
L-EURES għenek issib impjieg? Għidilna dwar dan u irbaħ premjijiet!
Jekk int ċittadin u/jew residenti tal-UE li użajt is-servizzi tal-EURES, jekk jogħġbok, aqsam l-istorja ta’ suċċess tiegħek.
Biex tidħol fil-kompetizzjoni huwa sempliċi:
- irrekordja u tella’ filmat ta’ minuta li jiddeskrivi l-istorja ta’ suċċess tal-EURES tiegħek
- fil-vidjo inkludi l-kelma “EURES”, bl-aktar mod kreattiv li tista’ timmaġina!
Tliet rebbieħa jirċievu vawċer ta’ EUR 500 biex jattendu:
- kors ta’ tagħlim ta’ lingwa tal-għażla tagħhom
JEW
- taħriġ fil-ħiliet tal-impjegabbiltà biex iżidu l-possibbiltajiet tagħhom li jsibu l-impjieg li dejjem xtaqu
Ħaffef, il-kompetizzjoni tagħlaq fl-24 ta’ Novembru!
It-tliet rebbieħa xxurtjati jitħabbru fis-6 ta’ Diċembru.
Murhawnhekk għal aktar dettalji u biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni.
Ħaġa importanti li għandek iżżomm f’moħħok matul l-#EURES25 hija li ċ-ċelebrazzjoni ma tistax tirnexxi mingħajrek! S’issa kont parti importanti ħafna mill-vjaġġ tal-EURES u aħna se nkomplu neħtieġu l-appoġġ tiegħek.
Links relatati:
Aqra aktar:
Sib Persunal tal- EURES
Il-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 27 Novembru 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Aħbarijiet esterni tal-EURES
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Midja soċjali
- Stejjer ta' suċċess
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles