Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet25 Frar 2020L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni3 min qari

L-EURES tal-Ġermanja: Nappoġġaw lill-persuni li qed ifittxu impjieg u lill-impjegaturi fil-pajjiż kollu u lil hinn minnu

Qed tippjana li tmur tgħix il-Ġermanja u ssib xogħol? Jew forsi tmexxi negozju bbażat fil-Ġermanja li jista’ jibbenefika minn xi impjegati internazzjonali? Hi x’inhi s-sitwazzjoni tiegħek, l-EURES tal-Ġermanja qiegħed hawn biex jgħinek.

EURES Germany: Supporting jobseekers and employers across the country and beyond
EURES

X’tip ta’ appoġġ jistgħu jirċievu l-persuni li qed ifittxu impjieg mingħand l-EURES tal-Ġermanja?

LEURES tal-Ġermanja għandu esperjenza kbira fl-għoti ta’ servizz transfruntier lill-persuni li jgħixu f’pajjiż wieħed u jaħdmu f’ieħor. Aħna noffru wkoll servizz tajjeb ħafna għall-persuni kollha interessati li qed ifittxu impjieg mill-Ewropa kollha, li jinkludi chat testwali, hotline, webinars u l-Jiem Ewropej tal-Impjiegi Online. Tista’ tikkuntattja lill-konsulenti tal-Ġermanja tal-EURES permezz tal-portal tal-EURES u s-sit web Make it in Germany.

Xi ngħidu dwar l-impjegaturi?

L-impjegaturi Ġermaniżi jistgħu jirreġistraw il-pożizzjonijiet vakanti tagħhom fuq il-portal tal-EURES. Il-Konsulenti tal-EURES tagħna jgħinu lill-impjegaturi biex jipparteċipaw f’reklutaġġ online u offline, filwaqt li aħna nipprovdu wkoll appoġġ għal skemi ta’ mobilità mmirati.

Għaliex taħseb li n-nies jenħtieġ li jiġu u jaħdmu fil-Ġermanja? X’jista’ toffri l-pajjiż?

Ir-riċerka turi li fil-Ġermanja, is-sodisfazzjon tal-impjegati huwa pjuttost għoli u li l-pajjiż huwa wieħed mid-destinazzjonijiet l-aktar popolari tal-immigrazzjoni fid-dinja. Hemm ukoll firxa ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi f’industriji differenti u għal firxa wiesgħa ta’ livelli ta’ kwalifiki (eż. fil-kura tas-saħħa, fil-loġistika, fl-IT, fil-lukandi u fil-kostruzzjoni).

Kif iddikjarat fis-sit web Make it in Germany: “Il-Ġermanja tista’ ssostni li għandha għadd kbir ta’ kisbiet soċjali, u dawn huma apprezzati minn ħafna nies, irrispettivament mill-ġeneru, mill-età jew mill-oriġini tagħhom. Tali kisbiet jinkludu l-istabbiltà politika u ekonomika tal-pajjiż, is-soċjetà ta’ kura tagħha b’firxa ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali, ir-rispett tagħha għal-libertà ta’ opinjoni u ta’ reliġjon, is-sistema komprensiva u affordabbli ta’ kura tas-saħħa tagħha, iż-żamma tal-istat tad-dritt tagħha, ir-rwol b’saħħtu tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tat-trejdjunjins, u l-importanza kbira marbuta mal-edukazzjoni”.

U l-impjegaturi? X’benefiċċji jġib miegħu impjegat internazzjonali għal kumpanija?

L-impjegati internazzjonali jistgħu jgħinu biex jitneħħew id-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ ħaddiema. Huma joffru wkoll ħiliet lingwistiċi, kompetenzi kulturali, mod ta’ ħsieb ġdid u perspettiva ġdida. Barra minn hekk, huma jġibu magħhom modi ġodda għas-solvien tal-problemi u jistgħu jgħinu lill-kumpanija tiegħek tindirizza gruppi ġodda fil-mira f’pajjiżi oħra.

Dan l-aħħar int iffilmjajt xi vidjos li jinkludu lil Konsulenti tal-EURES minn mill-Ġermanja kollha. Tista’ tgħidilna x’ispira dawn il-vidjos?

Konna ispirati mill-kampanja #EURES25, li kienet qed tiċċelebra l-għeluq il-25 sena reċenti mill-ħolqien tal-EURES. Aħna xtaqna nikkontribwixxu b’messaġġ mill-Ġermanja li jxerred is-sensibilizzazzjoni dwar is-servizzi li joffru l-Membri u s-Sħab kollha tagħna.

Il-messaġġ ewlieni tal-EURES huwa “aħna hawnhekk għalik meta teħtieġ parir dwar il-mobilità tax-xogħol fl-Ewropa” u dan ikollu l-akbar impatt meta jiġi mingħand Konsulenti reali tal-EURES. Matul konferenza reċenti, aħna konna kollha flimkien u kien il-mument perfett għall-iffilmjar tal-vidjos.

Għaliex intgħażel il-vidjo bħala format?

Il-vidjo jagħti impressjoni qawwija u jippermetti lill-persuni li jfittxu impjieg u lill-impjegaturi biex jaraw l-uċuħ reali tal-EURES!

X’inhuma l-messaġġi ewlenin li tixtieq li n-nies jieħdu mill-vidjo?

L-EURES għandu ħafna x’joffri. Hemm Konsulenti tal-EURES entużjasti u motivati li se jgħinuk issib impjieg jew impjegat mill-Ewropa kollha. Il-konsulenti Ġermaniżi tal-EURES huma disponibbli kuljum u huma bbażati fil-Ġermanja kollha, u jipprovdu appoġġ ta’ reklutaġġ transfruntier u transnazzjonali f’kull qasam.

Grazzi għall-speċjalista subalterna tal-EURES Lena Kocanis talli pprovdiet il-kontenut għal dan l-artikolu.

 

Links relatati

Vidjo tal-EURES tal-Ġermanja

L-EURES tal-Ġermanja

Is-sit web Make it in Germany

Fatti dwar il-Ġermanja

L-Aġenzija Federali tal-Impjiegi

 

Aqra aktar:

Il-Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib il-Konsulenti tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li għadhom se jsiru

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Partijiet interessati esterni
  • Aħbarijiet interni tal-EURES
  • Xejriet ta' reklutaġġ
  • Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
Settur
  • Accomodation and food service activities
  • Activities of extraterritorial organisations and bodies
  • Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
  • Administrative and support service activities
  • Agriculture, forestry and fishing
  • Arts, entertainment and recreation
  • Construction
  • Education
  • Electricity, gas, steam and air conditioning supply
  • Financial and insurance activities
  • Human health and social work activities
  • Information and communication
  • Manufacturing
  • Mining and quarrying
  • Other service activities
  • Professional, scientific and technical activities
  • Public administration and defence; compulsory social security
  • Real estate activities
  • Transportation and storage
  • Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
  • Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.