![EURES answers your top questions on labour shortages and surpluses in Europe](/sites/default/files/styles/oe_theme_medium_no_crop/public/2023-10/shutterstock%20481730953.jpg?itok=qLEQ4f3G)
Liema professjonijiet hemm domanda għalihom fl-Ewropa?
Abbażi tas-sejbiet tar-rapport, dawn huma l-aqwa 15-il professjoni li hemm domanda għalihom fl-Ewropa:
- Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks u oħrajn relatati ma’ dan il-qasam
- Mastrudaxxi u ħaddiema li jgħaqqdu l-għamara
- Sewwieqa ta’ trakkijiet kbar u żgħar
- Ħaddiema li jissettjaw u operaturi tal-magni tax-xogħol tal-metall
- Professjonisti tal-infermerija
- Plamers u ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-pajpijiet
- Ħaddiema li jdaħħlu l-elettriku fil-bini u dawk relatati ma’ dawn
- Ħaddiema li jiwweldjaw u jaqtgħu bl-użu tan-nar
- Ħaddiema li jqiegħdu l-konkrit, ħaddiema li jirfinaw ix-xogħol tal-konkrit u dawk relatati ma’ dawn
- Ħaddiema li jaħdmu bil-pjanċi tal-metall
- Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-art u dawk li jqiegħdu l-madum
- Żviluppaturi tas-software
- Kokijiet
- Ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni tal-bini
- Mekkaniċi elettriċi u fitters
Mill-ewwel kwart tal-2021 sat-tieni kwart tal-2022, l-impjiegi totali fis-settur tal-kostruzzjoni espandew b’6 %, iżda għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni tas-sengħa espandew b’5.8 %. Ir-rapport jispjega li dan seta’ kkawża tensjoni bejn l-għadd ta’ ħaddiema tas-sengħa u ż-żieda kumplessiva fl-impjieg. Għalhekk, dan seta’ kien fattur li kkontribwixxa għall-ħaddiema tal-kostruzzjoni tas-sengħa, bħal ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks , li sar l-aktar impjieg li hemm domanda għalih fl-2022, meta mqabbel mas-seba’ post li preċedentement ħareġ fir-rapport tal-2021.
Liema pajjiżi għandhom nuqqas ta’ impjiegi fil-kostruzzjoni?
Ir-rapport jikkonkludi li n-nuqqas l-aktar mifrux kien għal impjiegi relatati ma’ software, il-kura tas-saħħa, kif ukoll xogħlijiet tas-sengħa fil-kostruzzjoni u fl-inġinerija. Ħafna segwaċi tal-EURES huma interessati f’impjiegi fil-kostruzzjoni u jistaqsu liema pajjiżi Ewropej għandhom nuqqas f’dan is-settur.
Dawn huma r-riżultati:
- Ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks (u ħaddiema relatati): il-Belġju, l-Iżvizzera, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja, is-Slovenja u s-Slovakkja.
- Bennejja (bl-użu ta’ materjali tradizzjonali): is-Slovakkja.
- Ħaddiema involuti fil-kostruzzjoni tal-bini: il-Belġju, l-Iżvizzera, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja.
- Ħaddiema involuti fl-irfinar: is-Slovenja
- Maniġers tal-industrija tal-kostruzzjoni il-Belġju, id-Danimarka, Franza, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, ir-Rumanija.
- Sorveljaturi tal-kostruzzjoni: il-Belġju, l-Iżvizzera, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, is-Slovenja.
Fejn hemm domanda għall-arkitetti?
Ħafna segwaċi tal-EURES huma arkitetti kurjużi dwar f’liema pajjiżi hemm domanda għall-professjoni tagħhom. Ir-rapport żvela li l-Iżvizzera u d-Danimarka għandhom nuqqas ta’ arkitetti tal-bini, u hemm eċċess fis-Slovenja. Min-naħa l-oħra, l-arkitetti tal-pajsaġġ huma meħtieġa fil-Belġju, u hemm eċċess fid-Danimarka u fi Spanja.
Fejn għandhom ifittxu impjieg l-istudenti tal-komunikazzjonijiet u tal-inġinerija?
Il-kont tal-EURES tal-Instagram għandu ħafna studenti segwaċi, u fi stħarriġ immexxi mill-kont, ħafna qalu li qed jistudjaw il-komunikazzjoni jew l-inġinerija, u staqsew dwar il-pajjiżi li għandhom domanda għall-karrieri futuri tagħhom. Dawn huma l-pajjiżi b’domanda għal karrieri futuri potenzjali ta’ dawn l-istudenti:
- Tekniċi tal-Inġinerija Elettrika: l-Awstrija, il-Belġju, l-Iżvizzera, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovenja.
- Inġiniera tal-Elettriku: l-Iżvizzera, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovenja.
- Tekniċi tal-Inġinerija Elettronika: il-Belġju, l-Iżvizzera, Spanja, in-Netherlands, in-Norveġja.
- Inġiniera Elettroniċi: l-Iżvizzera, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovenja.
- Professjonisti tal-inġinerija mhux ikklassifikati band’oħra: il-Belġju, l-Iżvizzera, id-Danimarka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, in-Norveġja, is-Slovenja.
- Inġiniera Ambjentali: In-Netherlands.
- Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni: il-Belġju, in-Netherlands, l-Iżvizzera, l-Italja, l-Awstrija, Spanja, Franza, l-Irlanda, in-Norveġja, l-Estonja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija.
Bi tweġiba għal kwiżż, il-biċċa l-kbira tar-rispondenti qalu li huma interessati fl-Iskandinavja bħala destinazzjoni għall-karriera.
Żewġ pajjiżi Skandinavi huma fost il-pajjiżi bl-ogħla nuqqas irrappurtat ta’ impjiegi: In-Norveġja tinsab fil-ħames l-ogħla post f’dak li jirrigwarda l-għadd ta’ nuqqas ta’ impjiegi, b’128, filwaqt li d-Danimarka kienet fis-seba’ post, b’106. Min-naħa l-oħra, id-Danimarka rrappurtat l-ogħla għadd ta’ eċċess ta’ impjiegi, b’150. L-Iżvezja kienet l-għaxar l-inqas pajjiż f’dak li jirrigwarda nuqqas ta’ impjiegi b’31 biss ta’ nuqqas ta’ impjiegi.
Kemm id-Danimarka kif ukoll l-Iżvezja għandhom nuqqas ta’ impjiegi fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Il-pajjiżi Skandinavi għandhom ukoll nuqqas fl-inġinerija, fil-kostruzzjoni u f’ħafna setturi oħra. Il-lista sħiħa ta’ pajjiżi u n-nuqqas ta’ impjiegi hija pprovduta fir-rapport.
Tixtieq issir taf aktar dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema fl-Ewropa? Aqra r-rapport hawn.
Links relatati:
Ir-rapport tal-EURES dwar in-nuqqas u l-eċċess ta’ ħaddiema tal-2022
Aqra aktar:
Il-Jiem Ewropej għall-Impjiegi
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 11 Ottubru 2023
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/Intraprenditorija
- Ideat u Suġġerimenti
- Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
- Aħbarijiet/rapporti/statistika
- Xejriet ta' reklutaġġ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Ideat u Suġġerimenti
- Informazzjoni dwar is-Suq tax-Xogħol
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles