Ikel tajjeb għas-saħħa jista’ jsalva lid-dinja
Meta Gaëlle ggradwat mill-Free University ta’ Brussell, ma kinitx taf li f’qasir żmien kienet se taqbad it-triq għal karriera kulinari. Madankollu, il-mara żagħżugħa minn dejjem kellha passjoni għat-tisjir. Qabel ma saret kok, kienet diġà sajret għal okkażjonijiet żgħar, bħal anniversarji, iżda l-ikbar motivazzjoni tagħha biex tħejji l-ikel kienet ġejja mit-twemmin tagħha li l-ikel “jista’ jsalva lid-dinja”.
“Il-mod ta’ kif nieklu jinfluwenza kif inkabbru l-ħxejjex u kif nittrattaw il-ħamrija u l-ambjent. Irrid ngħin lin-nies jieklu ikel lokali u staġjonali,” qalet Gaëlle.
Taqtax qalbek twettaq il-ħolm tiegħek
Meta Gaëlle ddeċidiet li riedet tibda karriera bħala kok, kienet taf kemm hu importanti għaliha li tikseb xi esperjenza internazzjonali, u ma qagħditx lura milli toħlom kbir.
“Kienet il-ħolma tiegħi li naħdem f’Noma ristorant magħruf mad-dinja kollha f’Copenhagen, id-Danimarka. Ir-ristorant huwa famuż internazzjonalment u għandu żewġ stilel tal-Michelin, għalhekk il-fatt li rnexxieli nakkwista xogħol fih kien l-aħħar sinjal ta’ suċċess għalija.”
Għajnuna mingħand EURES
Dan huwa meta l-kok żagħżugħa għamlet kuntatt mal-Konsulenti tal-EURES f’Actiris International−id-dipartiment tal-mobilità internazzjonali tas-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi għar-reġjun ta’ Brussell. Minkejja l-għajnuna li rċeviet, Gaëlle xorta waħda kienet taf li l-futur tagħha jiddependi minnha.
“Il-Konsulent tiegħi tal-EURES kien ta’ għajnuna kbira, madanakollu kont naf li jien kont responsabbli biex immexxi l-affarijiet ’il quddiem. Ikkuntattjajt lil xi ristoranti u għamilt appuntamenti għal intervisti. Eventwalment, intgħażilt għal internship f’Noma.”
Gaëlle temmen li mingħajr l-għajnuna finanzjarja li rċeviet mingħand Actiris International ma kienx ikun possibbli għaliha li tagħmel l-internship. “Il-ħajja fid-Danimarka tista’ tkun pjuttost għalja. Grazzi għall-benefiċċju finanzjarju li rċevejt mingħand l-EURES stajt inżomm il-livell tal-għajxien tiegħi, li kien importanti ħafna għalija.”
Xejn mhu impossibbli
Illum il-ġurnata, Gaëlle taħdem bħala kok ewlieni f’ristorant f’Pariġi. Meta tħares lura lejn l-esperjenza tagħha barra mill-pajjiż, tgħid li tgħallmet ħafna.
“Waħda mittagħlimiet l-aktar importanti li tgħallimt kienet kif naħdem tajjeb f’tim, u kif nikkondividi l-għarfien fi spirtu tajjeb. Il-kreattività tiegħi tjiebet ħafna. Irrealizzajt li l-affarijiet li qabel kienu jidhru impossibbli, mhux fattibbli, jew li kienu kkumplikati wisq issa jistgħu jintlaħqu. Jien kburija ħafna wkoll bis-CV tiegħi, li hija ħafna aktar kompetittiva issa li għandi esperjenza ta’ xogħol internazzjonali.”
Trid tibda l-avventura tiegħek barra minn pajjiżek? Minkejja l-pandemija, il-Konsulenti tagħna tal-EURES qegħdin hemm biex jagħtu pariri u jappoġġaw lil dawk li qed ifittxu impjieg biex isibu opportunitajiet fl-Ewropa kollha. Ikkuntattja lill-helpdesk tal-EURES biex tibda mil-lum
Links relatati:
Ikkuntattja lill-helpdesk tal-EURES
Aqra aktar:
Kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 9 Ġunju 2021
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURES
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles