Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet20 Diċembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni2 min qari

Actiris International: dipartiment speċjalizzat li jgħin lill-impjegaturi bbażati barra mill-pajjiż sabiex jirreklutaw fi Brussell

Il-fergħa internazzjonali tas-servizz ta’ impjieg pubbliku ta’ Brussell qed tagħmilha aktar faċli għall-impjegaturi Ewropej biex dawn jirreklutaw in-nies tajba għall-impjieg.

Actiris International: a specialised department helping employers based abroad to recruit in Brussels

Actiris International, f’kollaborazzjoni mal-EURES, jipprovdi appoġġ speċjalizzat lil kumpaniji barra mill-pajjjiż interessati li jirreklutaw persuni li qed ifittxu impjieg minn Brussell. Actiris International jipprovdi appoġġ ta’ kwalità għolja lill-impjegaturi li joffru opportunitajiet ta’ xogħol jew taħriġ prattiku.

Fil-bidu tal-2016, huwa żviluppa servizz ġdid imfassal apposta għall-impjegaturi internazzjonali li jirreklutaw barra mill-pajjiż: Select International. L-istess bħal ma tagħmel aġenzija ta’ kollokament, Select International jieħu ħsieb il-preselezzjoni ta’ kandidati kwalifikati fi Brussell, immirati għall-ħtiġijiet ta’ impjegaturi barra mill-pajjiż. Huwa joffri servizz mingħajr ħlas u adattat għall-użu, b’konsulent speċifiku ddedikat għall-proġett.

Actiris International jista’ jorganizza wkoll jum tal-impjiegi speċjalizzat, f’każ li jkun hemm aktar minn sitt pożizzjonijiet vakanti. L-offerti ta’ impjiegi jiġu ppubblikati fuq is-sit web ta’ Actiris u l-portal tal-EURES, u l-konsulenti jadottaw approċċ proattiv billi jistiednu lil kandidati potenzjali identifikati fil-bażi tad-data intern tagħhom.

Għall-impjegaturi bbażati fi Brussell u li jkunu qed jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema, Actiris International qed joffri servizz li għadu ser jiġi introdott, li permezz tiegħu jista’ jipprovdi lista ta’ preselezzjoni ta’ kandidati kwalifikati fl-UE.

“L-assi ewlenin tal-kandidati ta’ Brussell għall-mobbiltà internazzjonali huma l-għarfien li għandhom ta’ lingwi barranin, mill-Ingliż għall-Pollakk, u l-fatt li huma miftuħa għax-xogħol u l-ħajja barra mill-pajjiż,” tgħid Jessica Mathy, kap tal-Unità Internazzjonali tal-Impjieg fi ħdan Actiris.

Dan id-dipartiment speċjalizzat – parti min-netwerk tal-EURES – joffri appoġġ adattat skont l-użu u pass, pass lill-kumpaniji, mill-kjarifika ta’ reklam ta’ impjieg sal-preselezzjoni ta’ kandidati xierqa. Actiris International jieħu ħsieb il-preselezzjoni u l-iskrinjar ta’ kandidati potenzjali, u jwiegħed li jippreżenta l-kandidati magħżula lill-impjegatur fi żmien tliet ġimgħat.

Actiris International Il-Konsulenti tal-Mobbiltà huma wkoll Konsulenti tal-EURES, u dawn huma speċjalizzati fir-reklutaġġ internazzjonali. Permezz tan-netwerk dawn jistgħu jaqsmu opportunitajiet ta’ xogħol ma’ kollegi minn madwar it-30 pajjiż affiljat.

“Aħna nikkollaboraw ma’ ħafna kumpaniji bbażati barra mill-pajjiż, minn SMEs għal oħrajn multinazzjonali, inkluż fis-settur mingħajr skop ta’ qligħ,” tgħid Jessica. “Il-pajjiżi u s-setturi li naħdmu magħhom huma varjati. Aħna poġġejna speċjalisti fil-kura tal-konsumatur fil-Bulgarija, fil-kumpanija Euroccor, konsulent tal-appoġġ tekniku fl-Irlanda għal Apple, żviluppaturi tan-negozju fir-Renju Unit għal EnergyFrance, maniġer tal-proġetti għal Sogerom fil-Lussemburgu, assistent tal-HR f’Bimbamjob fi Franza, u oħrajn.”

 

Links relatati:

EURES Job Mobility Portal – “Find Candidates” – Vidjo tat-Tutorial

Il-EURES għall-Impjegaturi

Actiris International

Select International

Euroccor

Apple

Bimbamjob

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall- impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
  • Negozju/Intraprenditorija
  • L-aħjar prattika tal-EURES
  • Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilità
  • Aħbarijiet/rapporti/statistika
  • Xejriet ta' reklutaġġ
Sezzjoni(jiet) relatati

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.